Legislature:
Category:
Reset
Active:

Siti storiċi — Xogħol ta' restawr

Question

Jista' il-Ministru jghid kemm saru xoghlijiet ta' restawr fuq siti storici fis-snin 2000,01,02,03? Jista' jghid liema huma dawn ix-xoghlijiet, meta saru u kemm swew?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Siti arkeoloġiċi — Xogħol ta' restawr

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi kienu dawn:- konservazzjoni ta' siti medjevali ġewwa s-Simblija, Dingli li tlestew aktar kmieni din is-sena u swew madwar Lm20,000; restawr u rijabilitazzjoni ta' Pembroke Battery li tlesta' fis-sena 2002 u sewa madwar Lm25,000.

Zoni turistiċi — Xogħol ta' upgrading

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta' upgrading f'zoni turistiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' upgrading f'żoni turistiċi fis-snin 2000, 2001, 2002, u 2003 saru f'dawn il-lokalitajiet u n-nefqa fuqhom kienet kif jidher hawn taħt:- SENA LOKALITA' AMMONT - Lm. c. 2000 2001 2002 2003 Buġibba / Qawra Marsascala Birżebbuġia Marsaxlokk Sliema Buġibba Marsascala Birżebbuġia Marsaxlokk Sliema San Ġiljan Sliema San Ġiljan Marsascala Birżebbuġia Marsaxlokk Buġibba / Qawra (Sa l-aħ ħ ar ta' Ġ unju 2003) Sliema San Ġiljan Marsascala Birżebbuġia Buġibba / Qawra 209,524 183,917 113,131 100,255 457,314 28,555 45,671 28,520 63,957 560,374 167,059 222,448 496,503 39,253 19,354 16,505 2,033 58,506 428,226 18,644 744 16,492
Leg 10 PQ #917 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajjiet/xtut — Xogħol ta' upgrading

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta' upgrading f'bajjiet u xtut fis-snin 2000,01,02,03? Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Awtorita' tat-Turiżmu fis-snin indikati ipparteċipat fi proġetti kapitali ta' upgrading f'bajjiet. L-Awtorita' tieħu sehem biss fi proġetti fuq skala żgħira u b'kollaborazzjoni ma' aġenziji oħra tal-Gvern u Kunsilli Lokali. F'dan ir-rigward nistgħu nsemmu l-proġett tal-Exiles li sewa madwar Lm 22,191., Salina Embellishment Project li sewa Lm 19,792. u l-proġett ta' upgrading fil-promenade ta' Marsalforn flimkien mal-Kunsill Lokali taż-Żebbug, li sewa madwar Lm 13,930.

Siti storiċi — Xogħol ta' restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għall-xogħlijiet ta' restawr fuq siti storici ? Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiswew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm il-ħsieb li jsiru diversi xogħlijiet fuq siti storiċi fosthom fuq swar tal-Belt u l-Kottonera. Id-dettalji ta' dawn ix-xogħlijiet, inkluż l-istimi ta' kemm ġejjin jiswew , għadhom qed jinħadmu bi preparazzjoni għall-Estimi tas-sena li ġejja.

Siti arkeoloġiċi — Xogħol ta' restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għall-xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkejoloġiċi ? Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiswew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sena li ġejja huwa ppjanat li jsiru xi xogħlijiet fuq siti arkeoloġiċi. Id-dettalji ta' dawn ix-xogħlijiet, inkluż l-istimi ta' kemm ġejjin jiswew, għadhom qed jinħadmu bi preparazzjoni għall-Estimi tas-sena li ġejja.
Leg 10 PQ #813 Sitting 18 2003-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Għaqdiet u Assoċjazzjonijiet/integrati fl-MTA

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm sa mit-twaqqif tal-MTA kien hemm Għaqdiet, Assoċjazzjonijiet jew xorta oħra li talbu li jiġu integrati fl-MTA u t-talba tagħhom ma' ġietx aċċettata? Jista' jgħid f'kull każ x'kienet ir-raġuni li t-talba tagħhom ma' ġietx aċċettata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Att dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta (Kap 409) jillimita l-għadd ta' membri li jistgħu jiġu maħtura fuq l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta u fuq id-Direttorati Eżekuttivi li jaqgħu taħtha. L-Att jaħseb ukoll biex lejn l-aħħar tas-sena jsiru erba' elezzjonijiet biex jiġu maħtura għadd ta' persuni "fuq ir-rakkomandazzjoni ta' dawk l-Assoċjazzjonijiet l-oħra li jkollhom l-għarfien tal-Ministru bħala li l-aktar jirrappreżentaw setturi oħra li jipprovdu servizzi ta' l-ivvjaġġar u tat-turiżmu". Il-persuni hekk eletti jkunu jirrappreżentaw mhux biss lill-assoċjazzjoni tagħhom iżda lill-assoċjazzjonijiet l-oħra kollha li jkunu ħadu sehem fl-elezzjoni.
Leg 10 PQ #814 Sitting 18 2003-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vapuri u bastimenti militari

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il talba saret biex vapuri u bastimenti militari jidħlu fl-ibħra u l-portijiet Maltin f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid liema talbiet ġew aċċettati u liema le? Jista' jgħid f'kull każ mil-liema qawwa militari saret it-talba?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin.
Leg 10 PQ #815 Sitting 18 2003-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ajruplani militari — Spazju ta' l-ajru Malti

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm il-talba saret biex ajruplani militari jidħlu fl-ispazju tal-ajru Malti f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid liema talbiet ġew aċċettati u liema le? Jista' jgħid f'kull każ mil-liema qawwa militari saret it-talba?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin.

Proġetti — Xogħol ta' upgrading - Xatt tal-Gżira sax-Xatt ta' tas-Sliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jsir xogħol ta' upgrading (simili li sar fil-Promenade ta' tas-Sliema) mix-Xatt tal-Gżira sax-Xatt ta' tas-Sliema?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda pjan għal xogħol ta' upgrading fil-post imsemmi mill-Onor. Membru.

San Ġiljan — Upgrading tal-playingfield ta' Ġiorni

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex ser jiġi onorat il-ftehim bejn id-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar u l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan għall-upgrading tal-playingfield f' ta' Ġiorni? Jekk fl-affermattiv meta ser isir x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li d-Dipartiment qed jistenna lill-Kunsill jipprocedi kif miftiehem.
Leg 10 PQ #803 Sitting 17 2003-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Souvenir shops

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħwienet li huma awtorizzati li jbiegħu s-Souvenirs lit-Turisti li hawn f'Malta, Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid liema huma, lokalita' b'lokalita' ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #804 Sitting 17 2003-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Gwidi li jaħdmu f'Malta, Għawdex u Kemmuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-Gwidi li hawn jaħdmu f'Malta, Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid kemm minhom huma Maltin u kemm minhom huma barranin? Jista jgħid ta' liema nazzjonalita huma? Jista' jgħid min qiegħed jimpjeghom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' gwidi liċenzjati mid-Direttorat fl-Awtorita' tat-Turiżmu, biex jaħdmu fil-gżejjer Maltin huwa ta' 555. Minn dawn 549 huma Maltin u 6 huma barranin. In-nazzjonalita hija kif imsemmija hawn taħt: Ċiniż 1 Flemish 2 Ġappuniż 1 Olandiż 2 Billi l-aħħar parti tal-mistoqsija mhix ċara biżżejjed, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jikkjarifika t-tip ta' nformazzjoni li jixtieq.
Leg 10 PQ #805 Sitting 17 2003-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Tourist Rep's

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jammontaw ir-Rap's/Rep's li hawn jaħdmu f'Malta, Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid kemm minhom huma Maltin u kemm minhom huma barranin? Jista jgħid ta' liema nazzjonalita huma? Jista' jgħid min qiegħed jimpjeghom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

San Ġiljan — Xogħlijiet fuq Triq Birkirkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol fuq Triq Birkirkara f'San Ġiljan? Peress li x-xogħol jidher li miexi b'ritmu kajman jafx il-Ministru li dan qed joħloq inkonvenjent lir-residenti minħabba trabijiet, storbju u nkonvenjenti oħra li finalment qed isservu ta' detriment għar-residenti tat-triq u l-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi peress li Triq Birkirkara hija pjuttost dejqa, ix-xogħol ta' tibdil tal-mains u s-servizzi ta' l-ilma ħa aktar żmien milli previst biex jitlesta. Bħalissa qed isir it-tagħqid tal-main prinċipali, it-tqeghied tal-Cables tal-Maltacom u qed jinbnew il-bankini l-ġodda biex mill-ewwel ta' Lulju jibda x-xogħol ta' l-asfalt fuq il-wiċċ tat-triq. Ix-xogħol hu mistenni li jitlesta f'Lulju biex finalment it-triq terġa tinfetaħ.
Leg 10 PQ #811 Sitting 17 2003-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Djar li għandhom il-permess biex jinkrew

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn holiday flats, holiday appartments u djar oħra, lokalita' b'lokalita', li għandhom il-liċenzja biex jinkrew u jgħid ukoll jekk teżistix klassifikazzjoni ta' dawn? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti wkoll id-dettalji tal-klassifikazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #812 Sitting 17 2003-07-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Għaqdiet/Assoċjazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħdi kemm il-Għaqda, Assoċjazzjoni jew xorta oħra huma rappreżentati fl-MTA? Jista' jgħid liema huma u f'liema bordijiet huma rappreżentati? Jista' jgħid min huma l-persuna/persuni li qed jirrappreżentaw lil kull wħada minn dawn imsemmija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Taxxi diretti/indiretti

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 518 u cioe' jista' il-Ministru jgħid għal kemm kien jammonta d-dħul tal-gvern minn taxxi diretti u ndiretti mis-settur turistiku matul is-snin 1999, 2000, 2001 u 2002?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-Gvern mill-ħlas tal-VAT mill-istabbilimenti turistiċi kien: 1999 – Lm2,703,856.07 2000 – Lm3,503,450.83 2001 – Lm3,549,938.27 2002 – Lm3,425,662.18 L-ammonti murija hawn taħt jirrapreżentaw it-taxxa fuq dħul mħallsa direttament mill-intrapriżi fil-qasam turistiku direttament, u ma jinkludux it-taxxa mħallsa mill-ħaddiema jew individwi oħra impjegati f'din l-industrija jew xi taxxa mħallsa minn intrapriżi anċillari. 1999 - Lm298,084 2000 - Lm329,282 2001 - Lm321,573 2002 - Lm386,870
Leg 10 PQ #756 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjegati — Ħaddiema li jidħlu fil-lukandi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 515 u cioe' jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li kienu jaħdmu fil-lukandi fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002, sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn ħadmu f'Malta u kemm minnhom ħadmu f'Għawdex? Jista' jgħid x'kienet il-medja ta' l-eta' ta' dawn il-ħaddiema? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu fuq kuntratt definit, indefinit u part-timers?

Response (GALEA, LOUIS)

Jiddispjaċini li għadu ma wasallix it-tagħrif kollu mill-ETC u għaldaqstant m'hinix f'pożizzjoni li nagħti tweġiba ħlief f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #799 Sitting 16 2003-06-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Restaurants u stabilimenti ta' l-ikel — Malta, Għawdex u Kemmuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw ir-restaurants u stabilimenti oħra ta’ l-ikel li hawn f'Malta, Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid liema huma, lokalita' b'lokalita', u x'klassifikazzjoni għandhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' 944 stabbiliment li jservu l-ikel, reġistrati u liċenzjati ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.