Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari 801 u 945 u cioe' jagħti l-informazzjoni mitluba fuq il-bars, night clubs, diskoteki, gyms, sports facilities privati, fitness centres u entertainment establishments?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 947 (Seduta 23), ninsab infurmat li l-permessi ta' night clubs/discos jiffurmaw parti mill-liċenzji tal-bars u mhux separati. Ma tinżammx statistika ta' gyms, sports facilities, fitness centres u entertainment establishments. Dawn l-attivitajiet huma parti integrali mill-operazzjoni tal-lukandi jew stabbilimenti simili.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta membru parlamentari jitqies li spiċċa mill-kariga tiegħu, meta jissejjaħ ir-writ ta' l-elezzjoni jew meta jiġi elett membru parlamentari ieħor minfloku f'elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
I¿-zamma tal-kariga ta’ Membru Parlamentari hi regolata bl-artikolu 55 tal-Kostituzzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm jammontaw ir-Raps/Reps li hawn jaħdmu f'Malta, Għawdex u Kemmuna?
Jista' jgħid kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista jgħid ta' liema nazzjonalita huma? Jista' jgħid min qiegħed jimpjegahom?
Response (GALEA, LOUIS)
Jista' l-Onor. Membru jagħti spjegazzjoni ta' x'inhuma Raps jew Reps?
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħwienet li huma awtorizzati li jbiegħu s-Souvenirs lit-Turisti li hawn f'Malta, Għawdex u Kemmuna?
Jista' jgħid liema huma, lokalita' b'lokalita' ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-liċenzji tan-negozju msemmija, m`għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għaldaqstant, ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il talba saret biex vapuri u bastimenti militari jidħlu fl-ibħra u l-portijiet Maltin f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid liema talbiet ġew aċċettati u liema le? Jista' jgħid f'kull każ mil-liema qawwa militari saret it-talba?
Response (BORG, JOE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li fis-sena 2002 ingħataw 90 permess sabiex vapuri u bastimenti navali barranin jkunu jistgħu jżuru Malta. Ma kien hemm l-ebda talba li ġiet miċħuda. Dawn il-bastimenti ġew minn dawn il-pajjiżi:
Belġju
Franza
Ġermanja
Greċja
Indja
Irlanda
Italja
Kanada
Olanda
Polonja
Renju Unit
Spanja
Stati Uniti ta' l-Amerka
Tunisia
Turkija
Bejn Jannar 2003 sa issa, ingħataw 77 permess sabiex vapuri u bastimenti navali barranin iżuru Malta. Ma kien hemm l-ebda talba li ġiet mċħuda.
Il-bastimenti li ġew din is-sena, kienu minn dawn il-pajjizi:
Danimarka
Finlandja
Franza
Ġermanja
Italja
Marokk
Olanda
Renju Unit
Rumanija
Spanja
Stati Uniti ta' l-Amerka
Tunżija
Turkija
Jista' il-Ministru jgħid kemm il-talba saret biex ajruplani militari jidħlu fl-ispazju tal-ajru Malti f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid liema talbiet ġew aċċettati u liema le? Jista' jgħid f'kull każ mil-liema qawwa militari saret it-talba?
Response (BORG, JOE)
Ninsab infurmat illi fis-sena 2002, ingħataw 461 permess biex ajruplani militari jidħlu fl-ispazju ta' l-ajru Malti. Ma kien hemm l-ebda talba li ġiet miċħuda.
L-ajruplani li ġew fis-sena 2002, kienu minn dawn il-pajjiżi:
Afrika ta' Isfel
Albanija
Alġerija
Arabja Sawdija
Awstrija
Belġju
Bulgarija
Ċina
Danimarka
Eġittu
Emirati Għarab Magħquda
Franza
Ġermanja
Iran
Italja
Jugoslavja
Kanada
Korea ta' Fuq
Kroazja
Libja
Lussemburgu
Malasja
Marokk
Mawretanja
NATO
Norveġja
Olanda
Oman
Renju Unit
Repubblika Ċeka
Russja
Sirja
Slovakkja
Slovenja
Spanja
Stati Uniti ta' l-Amerika
Sudan
Tunisija
Bejn Jannar 2003 sa issa, ingħataw 452 permess biex ajruplani militari jidħlu fl-ispazju ta' l-ajru Malti. Minn dawn, l-ebda talba ma ġiet miċħuda.
L-ajruplani li ġew din is-sena, kienu minn dawn il-pajjiżi:
Alġerija
Arabja Sawdija
Belarus
Bulgarija
Danimarka
Franza
Ġermanja
Greċja
Italja
Kanada
Kuwajt
Libja
Malasja
Marokk
Monako
Namibja
Oman
Pakistan
Portugall
Renju Unit
Rumanija
Russja
Spanja
Stati Uniti ta' l-Amerika
Sudan
Svizzera
Tuneżija
Turkija
Ukranja
Urugwaj
Sa l-aħħar tas-sena 2002 ajruplan li jgħaddu mill-ispazju ta' l-ajru Malti biex jasal fid-destinazzjoni tiegħu u jerġa' jgħaddi mill-ispazju ta' l-ajru Malta fi triqtu lura fl-istess ġurnata jgħodd bħala permess wieħed. Fl-ewwel parti ta' l-2003 f'dawn iċ-ċirkostanzi dawn bdew jitqiesu bħala żewġ permessi. Reċentement is-sistema reġgħet ġiet bħalma kienet fl-2002.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju u r-rapporti dwar l-Air Space liberisation li sar mill-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
B'referenza wkoll għal dak li ntqal in konnessjoni mal-mistoqsija numru 1079 , l-istudji u r-rapporti li saru, kemm interni kemm esterni , ma jistgħux jiġu mqegħda fuq il-Mejda tal-Kamra, għaliex hemm fihom informazzjoni kummerċjali fuq l-Air Malta ta' natura kunfidenzjali.
Palazz tal-President — Bini ta' fejn jiltaqa' il-parlament
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-hsieb li jbiddel il-lokazzjoni ta' fejn illum jiltaqa' il-parlament?
Jekk fl-affermativ, x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nhar il-25 ta’ Ġunju fil-Parlament, jien awgurajt li jkun hawn xi forma ta’ kunsens dwar kif nistgħu jkollna ambjent fiżiku tal-Parlament ħafna aħjar milli hu llum.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata ż-żieda u anke l-arretrati ta' l-istess żieda lill-pensjonati ex-ħaddiema ta' Farsons u dan skond kif stipulat fl-aħħar ftehim kollettiv?
Jista' jgħid x'qed iżomm milli din iż-żieda tingħata u għaliex sar dan id-dewmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li r-revi¿joni tal-pensjonanti li kienu jahdmu ma’ l-a¿jenda ndikata mill-Onor. Interpellant qed issir u mistennija tkun lesta fi ftit gimghat ohra.
Kull ftehim kollettiv gdid igib mieghu revi¿joni tal-pensjoni tas-Sigurta’ Socjali ta’ dawk il-pensjonanti li kienu jahdmu ma’ l-a¿jenda rispettiva. Dawn ir-revi¿jonijiet jirrikjedu ammont sostanzjali ta’ xoghol preparatorju li jista’ jikkaw¿a xi dewmien biex tinhadem ir-rata tal-pensjoni gdida f’certu ka¿ijiet.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 801, jista' il-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fuq l-bars, night clubs, diskoteki, gyms, sports facilities privati, fitness centres, u entertainment establishements?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 756 u cioe' jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li kienu jaħdmu fil-lukandi fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002, sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn ħadmu f'Malta u kemm minnhom ħadmu f'Għawdex? Jista' jgħid x'kienet il-medja ta' l-eta' ta' dawn il-ħaddiema? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu fuq kuntratt definit, indefinit u part-timers?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru n-numru ta' ħaddiema 'full-time u part-time only' (nisa u rġiel Maltin u Għawdxin li kienu jaħdmu fis-settur tal-lukandi f'Diċembru 1999, 2000, 2001 u 2002. Il-medja ta' l-eta' tan-nisa u ta' l-irġiel li kienu jaħdmu full-time fil-lukandi u ristoranti f'Malta u Għawdex għal Diċembru 1999, 2000, 2001 u 2002.
Min iħaddem mhux obbligat jinforma lill-ETC jekk l-impjieg hux fuq bażi ta' kuntratt definit jew indefinit.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 800 u cioe' jgħid kemm jammontaw il-Bars, Pub's u stabilimenti simili li hawn f'Malta, Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid liema huma, lokalita' b'lokalita', u x'klassifikazzjoni għandhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tat-Turiżmu għandha 1,885 bars u pubs, 21 Coffee Shops u 19-il kioskf'sit fiss reġistrati u liċenzjati magħha.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi liema huma u kemm hemm f'kull lokalita, f'Ġunju 2003. Dawn l-istabbilimenti għandhom klassi waħda.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 811 u cioe' jgħid kemm hawn holiday flats, holiday appartments u djar oħra, lokalita' b'lokalita', li għandhom il-liċenzja biex jinkrew u jgħid ukoll jekk teżistix klassifikazzjoni ta' dawn? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti wkoll id-dettalji tal-klassifikazzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għall-xogħlijiet ta' upgrading f'zoni turistiċi ?
Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiswew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li qiegħed jiġi ppjanat bħala upgrading f'żoni turistiċi għall-perjodu Ottubru 2003 - Ġunju 2004 hu dan li ġej:-
xogħol ta' tisbiħ fit-toroq interni ta' Paceville, stmat madwar Lm800,000;
xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk, stmat madwar Lm200,000;
xogħol ta' tisbiħ fil-bajja ta' San Tumas, Marsaskala, stmat madwar Lm50,000;
jitlesta' x-xogħol ta' tisbiħ fl-inħawi tal-Gillieru, San pawl il-Baħar, stmat madwar Lm200,000;
it-tieni fażi ta' xogħol ta' tisbiħ fil-
promenade
tax-Xemxija, stmat madwar Lm80,000
Jista' il-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għall-xogħlijiet ta' upgrading fil-bajjiet u x-xtut ?
Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiswew?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Ministeru qed jikkonsidra programm ta' titjib f'għadd ta' bajjiet li jkopri wkoll l-immaniġġjar ta' l-istess bajjiet, u bi ħsiebu jissottometti applikazzjonijiet lill-MEPA f'dan ir-rigward. L-ewwel proġett li għandu jigi mwettaq huwa dak fil-bajja ta' San Ġorġ.
Jista' il-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għall-xogħlijiet ta' restawr tas-swar ?
Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiswew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm il-ħsieb li jsiru diversi xogħlijiet ta' restawr fosthom tal-Belt u l-Kottonera. Uħud minn dawn ix-xogħlijiet, bħal il-Landfront tal-Belt Valletta, St. John's Cavalier fil-Belt Valletta, St. Anne's Gate/St. Michael's Bastion ġewwa l-Isla u Fort Ricasoli, diġa' qegħdin fl-idejn.
L-Onor. Membru japprezza li l-ispiża tvarja skond il-proġett, u għalhekk mhux il-każ li wieħed jagħti xi figuri f'dan l-istadju.
Jista' il-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għall-xogħlijiet ta' rinovar ta' mużewijet pubbliċi ?
Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiswew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija Numru 923.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta' restawr fuq s-swar fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?
Jista' jghid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' restawr fuq swar inkluż strutturi oħra ta' difiża militari li saru fis-snin 2000 - 2003 huma kif ġej:-
LOKALITA'
AMMONT (Lm)
Restoration of st. Thomas tower, M'Scala
Pembroke Battery
Tal-Ħamrija Tower, L/O Qrendi
Restoration of M'Scala Redoubt
St. Julian's Tower, Sliema
Notre Dame Gate, Floriana
Għajn Tuffieħa Coastal Tower
Westreme Battery, Mellieħa
Rinella Battery
Nadur Tower, Binġemma
Conservation works at Couvre' Porte
Restoration works at Polverista Gate, Bormla
Paving works at Notre Dame Gate, Birgu
Conservation works to St. Anne's Gate, Senglea
Conservation works to St. Helen's Gate, Bormla
Conservation works to Rinella Gunpowder Magazine
Guardhouse
Conservation works to St. John's Bastions, Birgu
Restoration works, Victoria lines
Conservation works to Fort Ricasoli
Cleaning and restoration of Portes des Bombes
40,000
24,000
28,000
11,500
11,000
8,000
6,000
7,000
23,000
5,500
15,000
47,000
15,000
10,000
55,000
19,000
20,000
19,000
28,000
30,000
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta' rinovar ta' mużewijiet pubbliċi fis-snin 2000,2001, 2002 u 2003?
Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija Numru 925.