Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għaqdiet sportivi — Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5232 u cioe' jista' jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar sentejn l-Awtorità tax-Xandir sponsorjat żewġ kategoriji tal-Malta Journalism Awards lil Institute of Maltese Journalists (qabel magħrufa bħala The Malta Press Club). Fis-sena 2003 l-sponsorship kien jammonta għal Lm1,725 waqt li għal 2004 l- sponsorship jammonta għal Lm1,770. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif mitlub għar-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi jinsab fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għaqdiet sportivi — Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamnetari 5240 u cioe' jista' jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Għaqdiet sportivi — donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5239 u cioe'jista' jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma tat l-ebda donazzjoni finanzjarja jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali matul dawn l-aħħar sentejn.
Leg 10 PQ #5383 Sitting 125 2004-05-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għaqdiet sportivi — Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Tista' il-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5238 u cioe' tista' tgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha? Tista' tgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Għaqdiet sportivi — Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5236 u cioe' jista' jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għaqdiet sportivi u kulturali — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ? Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li f' dawn l-aħħar sentejn ebda xogħlijiet ma ġew sponsorjati għall-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, jew entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru.

Għaqdiet sportivi u kulturali — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ? Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien informat li ma ngħataw l-ebda sponsorships finanzjarji kif ġie deskritt fid-domanda.

Għaqdiet sportivi u kulturali — Xogħlijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tagħha jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tagħha ? Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Universita' — Akkademja mediterranja għal studji diplomatiċi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5106 u cioe' jista' jgħid: 1. X'kienu l-għanijiet li għalihom twaqqfet, flimkien mal-Gvern ta' l-Isvizzera, l-Akkademja Mediterranja għal Studji Diplomatiċi fi ħdan l-Universita’ ta' Malta? 2. Min hu l-Ministru Svizzeru responsabbli għas-sehem Svizzeru f'din l-Akkademja? 3. X'riżultati kisbet sal-lum din l-akkademja u x'inhuma s-suġġetti li tgħallem u f’liema livelli? 4. Mil-liema pajjiżi jiġu l-istudenti ta' l-akkademja u kemm-il suġġett kellha s'issa l-akkademja u kemm iħallsu fis-sena? 5. Jista' ijpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Ftehim bejn il-Gvern Malti u dak Svizzeru li permezz tiegħu twaqqfet din l-akkademja? 6. X'se jkun il-futur ta' din l-akkademja meta Malta tissieħeb bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea? 7. Jista' jgħid jekk huwiex mistenni li jkun hemm intoppi fil-kontinwazzjoni ta' din il-joint venture bejn Malta u l-Isvizzera peress li Malta se tkun membru fl-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera se tkun barra l-Unjoni? 8. Jista' jgħid x'inhi l-qagħda finanzjarja ta' din l-akkademja, kemm jitħallsu l-għalliema tagħha u kif jintgħażlu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MEPA — Applikazzjonijiet għal żvilupp ta' siti sportivi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5208 rigward applikazzjonijiet għal żvilupp ta' siti sportivi quddiem il-MEPA, nitlob lill-Ministru biex jagħti d-dettalji li jirriżultawlu.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li mis-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) f’ dawn l-aħħar 3 snin ma jidhirx li kien hemm applikazzjonijiet li ġew sottomessi minn clubs sportivi għall-iżvilupp tas-siti sportivi tagħhom.

Għaqdiet sportivi — Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5207 u cioe' jista' jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra it-tagħrif mitlub mill-Onor interpellant.

Għaqdiet sportivi u kulturali — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ? Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi f'dawn l-aħħar sentejn ma sponsorjax xogħolijiet għall-clubs, għaqdiet u soċjetajiet sportivi u kulturali.

Għaqdiet sportivi u kulturali — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ? Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għaqdiet sportivi u kulturali — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ? Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li x-xogħlijiet sponsorjati mill-Uffiċċju għall-Proġetti tar-Riabilitazzjoni huma kif ġej:- Soċjeta li bbenifikat Xogħol sponsorjat Valur ta' xogħol Fondazzjoni Suret il-Bniedem Materjal użat biex jitranġa l-post fi Triq San Kristofru, Nru. 40, il-Belt Lm1,040.60ċ

Għaqdiet sportivi u kulturali — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ? Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma sponsorjatx xogħlijiet għal clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali matul dawn l-aħħar sentejn.

Għaqdiet sportivi u kulturali — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ? Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Għaqdiet sportivi — donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Għaqdiet sportivi — donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew xort'oħra lill-clubs, għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jgħid f'kull każ min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' ammont li ngħataw?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jiena nformat li ma ngħataw l-ebda donazzjonijiet finanzjarji kif ġie deskritt fid-domanda.

Għaqdiet sportivi u kulturali — xogħlijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ? Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar sentejn, il-Forzi Armati ta’ Malta għamlu għotja ta’ numru ta’ vetturi tal-militar lil Malta Aviation Museum Foundation wara li dawn kienu ġew iċċertifikati “unserviceable” minn “Board of Survey” f’Diċembru ta’ l-2001. Il-valur totali li kien ġie stmat fuq dawn il-vetturi kien jammonta għas-somma ta’ Lm2,409. Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dekasteru tal-Finanzi fl-aħħar sentejn ġew sponsorjati tlieta u erbgħin elf, mitejn u tlieta u għoxrin liri Maltin ((Lm43,223) lill għaqdiet sportivi, għaxar t’elef u ħames mija liri Maltin (Lm10,500) lill-għaqdiet edukattivi u ħmistax-il elf, tlett mija u tmienja u ħamsin liri Maltin (Lm15,358) fil-qasam kulturali. Aktar tagħrif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għaqdiet sporitivi u kulturali — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar sentejn ġew sponsorjati xogħlijiet għall-clubs,għaqdiet jew soċjetajiet sportivi u kulturali mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu ? Jista' jgħid f'kull każ, min kienu dawn is-soċjetajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont jew il-valur ta' dan ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu indikat ma sarux xogħlijiet kif imsemmi mill-Onor. Interpellant.