Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Malta Financial Services Centre? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (DALLI, JOHN)
Ma kien impjegat ebda ħaddiem ġdid mal-Malta Financial Services Centre mis-6 ta` Settembru sat-28 ta` Ottubru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Public Broadcasting Service? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk li ġew ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-Public Broadcasting Services ma ġie ngaġġat ħadd mis-6 ta' Settembru 'l hawn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat 28 ta' Ottubru, 1998 mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma mpjegatx ħaddiema ġodda mis-6 ta` Settembru 1998 sat-28 ta` Ottubru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta'Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-perjodu msemmi ma ġew impjegati ebda ħaddiema mal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mat-Tarzna ta' Malta? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-Malta Drydocks bejn is-6 ta' Settembru 1998 u t-28 ta' Ottubru 1998
ġew impjegati sebgħa Welders każwali għal tmien ġimgħat u 'Chief Executive'. L-applikazzjoni għall-'Welders' każwali ħarġet mill-ETC bid-data tal-14 ta' Awwissu 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 ma' l-Awtorita' Marittima ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm min dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-Awtorita' Marittima ta' Malta impjegat tlett (3) ħaddiema ġodda bejn is-16 ta' Settembru sat 28 ta' Settembru 1998.
L-applikazzjonijiet li ħarġu l-ewwel darba fis-26 t'Awissu 1998 kienu għal:
2 Draughtsmen / Surveyors / Site supervisors
1 Port Officer
Il-Port Officer irrapporta għax-xogħol l-ewwel darba fit-12 t'Ottubru 1998, filwaqt li d-Draughtsmen bdew l-impjieg tagħhom ma' l-Awtorita' fis-26 t'Ottubru 1998.
Ma' ġie mpjegat ħadd mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Port Ħieles ta' Malta? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li:
Mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ġew impjegati tliet ħaddiema
mal-Freeport Terminal (Malta) plc.L-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi saru kollha mill-ETC, fis-17 ta' Ġunju 1997 u ma ġew impjegati ebda ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet.
Mal-Malta Freeport Corporation Ltd ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema fil-
perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Maltacom plc? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm min dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Minħabba n-natura kummerċjali ta' Maltacom p.l.c., mhux fl-interess tal-kumpanija li tingħata l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998, ġew impjegati 15-il 'Assistant Planning Technician' u 4 'Data Capture Technicians' wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarġet fl-10 ta' Settembru 1998. Bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998, dawn kienu qed jiġu mħarrġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u kienu mpjegati bħala 'Trainees' ma' l-istess Awtorita'.
04.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mal-Malta Shipbuilding? Jista' l-Ministeru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-perjodu bejn is-6 ta` Settembru 1998 u t-28 ta` Ottubru 1998 ma ġew ingaġġati l-ebda impjegati ġodda mal-Malta Shipbuilding Co. Ltd.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ma' l-Awtorita' dwar it-Tasport Pubbliku? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li mis-6 ta` Settembru sal-lum, ma` kien ingaġġat l-ebda mpjegat ġdid ma` l-Awtorita dwar it-Trasport Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħrig, bejn id-dati riferuti ma ġiet impjegata l-ebda persuna.
Pero, fil-perjodu riferut ġew ingaġġati ħames (5) 'trainers' fuq bażi 'part-time'.
1. Persuna ġiet ingaġġata bħala 'trainer' fl-'Empowerment Skills' wara
sejħa li kienet saret f'Diċembru 1997.
2. Persuna oħra ġiet ingaġġata bħala 'trainer' lill-persuni
b'disabilita', wara li hi stess offriet is-servizzi tagħha permezz ta' ittra f'Ottubru 1998.
3. Persuna oħra ġiet ingaġġata sabiex tmexxi kors tal-'catering'
f'Għawdex. Dan l-ingaġġ sar mingħajr sejħa peress li l-persuna hija l-unika 'instructor' tal-'Institute for Tourism Studies' f'Għawdex.
4. Persuna oħra ġiet ingaġġata bħala 'trainer' fil-'Computer Skills'
direttament. Dan sar wara li l-persuna li kienet qed tmexxi l-kors waqqfet is-servizzi tagħha ħesrem waqt li kien għaddej il-kors.
5. Persuna oħra ġiet ingaġġata direttament, sabiex tmexxi korsijiet
fil-'Further Technical Education' (NIFTE). Dan sar minħabba l-kompentenza tagħha f'korsijiet simili kemm mal-industrija privata u mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni.
3.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Institute of Tourism Studies? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid dawk li ġew ingaġġati kemm kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-ebda persuna ma ġiet impjegata b`kuntratt indefinit mill-Institute of Tourism Studies bejn is-6 ta` Settembru u t-28 ta` Ottubru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mal-Institute for the Promotion of Small Enterprizes? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi kienet ingaġġata persuna waħda. Din il-persuna ġiet issekondata mill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp.
L-applikazzjoni għall-ingaġġ ħarġet fis-7 t'Awissu 1998 u tqassmet lill-impjegati tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ma' l-Air Malta plc? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Air Malta bejn is-6 ta` Settembru 1998 u t-28 ta` Ottubru 1998
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom aplikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma saru ebda impjiegi mal-Korporazzjoni Enemalta fil-perjodu ndikat mill-Onorevoli Membru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mas-Sedqa? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm min dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
IMPJEGATI ĠODDA MA' L-AĠENZIJA SEDQA BEJN IS-6 TA' SETTEMBRU U T-28 TA' OTTUBRU, 1998:
F'dan il-perjodu, l-Aġenzija Sedqa impjegat 4 persuni. Dan sar wara li saru talbiet lill-Cabinet Committee for Recruitment, permezz tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeri tal-Ħarsien Soċjali, u dawn ġew approvati mill-imsemmi Kumitat, waqt Meeting No. 11/98 tal-14 t'April, 1998 u waqt Meeting No. 17/98 tas-17 ta' Ġunju, 1998.
Dawn il-persuni ġew impjegati wara li ħarġu il-permessi meħtieġa mill-ETC, u wara li dehru avviżi fil-gazzetti, kif indikat hawn taħt:
Isem Data ta' Posizzjoni Permess ETC Data meta
l-impieg u data meta deher
ħareġ l-avviż
fil-
gazzetti
________________________________________ _______________________
Cutajar C. 07.09.98 Care Worker 62/98-20.04.98 31.05.98
Arpa S. 07.10.98 Research Ex. 98/88-10.07.98 03.09.98
Saliba N. 28.09.98 Prevention Ex. 99/98-10.07.98 03.09.98
Seychell C. 28.09.98 Prevention Ex. 99/98-10.07.98 03.09.98
Ħadd ma ġie impjegat mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet.
3.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux il-ħsieb tal-Gvern li jiġu nstallati l-lifts fil-blokki ta' l-appartamenti fl-oqsma residenzjali ta' Ta' Ġiorni u ta' Ta' Xbiex?
Jekk għadu l-ħsieb tal-Gvern li jinstalla l-imsemmija lifts, jista' l-Ministru jgħid fejn waslet il-proċedura relatata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif aktarx jaf l-Onorevoli interpellant, il-ħsieb tal-gvern preċedenti kien li jtella' sular ieħor fuq il-blokk eżistenti u bhala parti mill-proġett jiġu stallati lifts għall-benefiċċju kemm tar-residenti eżistenti kif ukoll tar-residenti l-ġodda. Kif aktarx jaf ukoll l-istess interpellant, l-applikazzjoni kienet ġiet rifjutata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar minħabba li dan il-proġett kien ser joħloq wisq konġestjoni. Għalhekk, issa li l-proġett mhux ser jitwettaq, il-possibilta' li jiġu stallati dawn il-lifts trid tiġi evalwata mill-ġdid.
2.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru 1998 sat-28 ta' Ottubru 1998 fl-Isptar Monte Carmeli? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
M'għandix x'inzid mat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.141 ħlief li c-caqlieq ta' mpjegati jsir skond l-esiġenzi tas-serviżż.
Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Trasferimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bejn is-6 ta` Settembru u t-28 ta` Ottubru 1998 saru erba` trasferimenti mid-Dipartiment ta` l-Agrikoltura għal ma` Dipartimenti oħra. Saru wkoll seba` trasferimenti minn Dipartimenti oħra għal mad-Dipartiment ta` l-Agrikoltura. S`issa dawn it-trasferimenti għandhom m`humiex uffiċċjali. Kien hemm xi trasferimenti oħra iżda l-ħaddiema nvoluti baqgħu fl-istess dekasteru tal-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd.
It-trasferimenti saru minħabba l-esiġenzi tas-servizz.
Isiru trasferimenti fil-futur qarib, jekk dan ikun ta` siwi għad-dekasteru li jaqa` taħt il-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd.