Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tal-Mużewijiet?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol fuq imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mis-6 ta' Settembru sat-28 t'Ottubru, 1998, ingħataw żewġ (2) trasferimenti, wieħed mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet għad-Dipartiment tal-Mużewijiet, filwaqt li l-ieħor mid-Dipartiment tal-Mużewijiet għall-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Ir-raġunijiet li għalihom ingħataw dawn it-trasferimenti huma dawn:
Fl-ewwel każ, ingħata t-trasferiment uffiċjali lejn id-Dipartiment tal-Mużewijiet wara li l-impjegat kien ilu "on loan" ma' l-istess Dipartiment mill-14 ta' Marzu 1997.
Fit-tieni każ, ingħata t-trasferiment lura lejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni wara li l-impjegat dam mad-Dipartiment tal-Mużewijiet mill-4 ta' Settembru 1998, jiġifieri dam inqas minn xagħrejn ma' dan id-Dipartiment, u reġa' mar lura fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, fejn kien impjegat qabel.
Fil-futur qarib hemm maħsub trasferiment ta' impjegat mid-Dipartiment tal-Mużewijiet għall-Ministeru tat-Turiżmu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 fid-Dipartiment tal-Kunsill Lokali?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li mis-6 ta` Settembru sat-28 t'Ottubru
1998 ingħataw żewġ tranfers mid-Dipartiment tal-Kunsilli
Lokali.
Wieħed, fil-grad ta` Principal, ġie appuntat Deputat
Reġistratur u naturalment mar jaħdem il-Qorti.
Waħda, fil-grad ta` Clerk, fuq talba tagħha stess,
marret taħdem fis-Segretarjat Privat tal-Ministru tal-
Finanzi.
Persuna oħra fil-grad ta` Senior Technical Officer ġiet
lura fid-Dipartiment mis-Segretarjat Privat ta` l-ex
Ministru ta` l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent.
Għall-futur trasferimenti jsiru skond u jekk jinqala' l-
bżonn u skond ir-regolamenti tas-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fost l-impjegati tal-Qorti?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li mis-6 ta` Settembru sat-28 ta` Ottubru
1998 kien hemm tlett uffiċjali li ġew trasferiti mill-
Qrati tal-Ġustizzja u dan wara talba tagħhom stess.
S'issa mhux previst li jsiru aktar trasferimenti mill-
Qorti. F'każijiet ta` trasferimenti dawn jiġu
kkunsidrati skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 fid-Djar ta' l-Anzjani?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 281.
Fil-każ tas-sittax-il impjegat li ġew trasferiti fid-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani, tnejn minnhom kienu jinvolvu mpjegati li ġew trasferiti minn jew għal Dar ta' l-Anzjani.
Nassigura lill-Onor. Membru li kwalunkwe trasferimenti li jistgħu jsiru fil-futur ikunu skond l-eżiġenzi tas-Servizz.
16.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew installati bozoz ġodda fit-toroq mill-Korporazzjoni Enemalta f'Malta u f'Għawdex, lokalita' b'lokalita' mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-bozoz li ġew installati mis-6 ta' Settembru sat-28 t'Ottubru 1998 huwa kif ġej:
Naxxar 2
San Ġiljan 1
Valletta 2
Msida 3
Floriana 1
Total 9
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Institute for Tourism Studies?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-Institute of Tourism Studies flimkien mal-Kumpless tal-White Rocks u l-Martin Luther King Hall f'Pembroke jiffurmaw parti mid-Dipartiment tat-Turiżmu. Ninsab infurmat li, ħlief għal spostament ta' xi impjegati fl-istess Dipartiment maħsuba biex dan jitmexxa aħjar, ma saru ebda trasferimenti mill-Institute of Tourism Studies għal xi Dipartiment ieħor tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Infrastruttura?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent ma jeżisti l-ebda Dipartiment ta' l-Infrastruttura u għalhekk nitolbu jippreċiża għal liema Dipartiment qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru 1998 sat-28 ta' Ottubru 1998 fid-Dipartiment tad-Djar? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 281.
Nassigura lill-Onor. Membru li kwalunkwe trasferimenti li jistgħu jsiru fil-futur ikunu skond l-eżiġenzi tas-Servizz.
11.11.98
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Forzi Armati ta' Malta? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-ewwelnett il-postings kollha fil-Forzi Armati jsiru
skond il-kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari u
jieħdu in kunsiderazzjoni l-effiċjenza u l-effettivita
ta' l-Armata kif ukoll l-aħjar interess tas-Servizz.
Ninsab infurmat li kien hemm tlett postings ta'
individwi bejn Reġimenti fl-Armata fil-perjodu msemmi.
It-tlieta kienu biex jimtlew postijiet vakanti fl-aħjar
interess tas-Servizz.
Kien hemm ukoll tmien postings oħra bejn Kumpaniji fl-
istess Reġimenti. Dawn kienu jinkludu tnejn li skond
roster li ilu sejjer kien imisshom jinbidlu għal xogħol
ta' supervizjoni fi truppa f'Għawdex.
Ta min jgħid li f'armata ta' kważi elfejn ruħ
trasferimenti jsiru fuq bażi regolari.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartimenti ta' l-Informazzjoni?
Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi matul il-perjodu msemmi kien hemm
trasferiment wieħed mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.
Dan it-trasferiment kien ta' skrivana li marret id-
Dipartiment tas-Sigurta Soċjali biex tieħu taħriġ bħala
parti mill-eżerċizzju biex ix-Short Term Benefits
Section tad-Dipartiment tiġi trasferita għal Għawdex.
Għalkemm it-transfer għat-taħriġ sar qabel is-6 ta'
Settembru, l-iskrivana ġiet trasferita uffiċjalment għal
Għawdex b'effett mill-20 ta' Ottubru 1998.
Hemm tlett impjegati fid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni
li talbu transfer għal xi dipartiment ieħor u t-talba
tagħhom qed tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 281.
Nassigura lill-Onor. Membru li kwalunkwe trasferimenti li jistgħu jsiru fil-futur ikunu skond l-eżiġenzi tas-Servizz.
11.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imdaħħla anzjani ġodda bħala residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule u fid-djar lokali ta' l-anzjani li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Gvern mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn ġew imdaħħla direttament min xi sptar ieħor governattiv u kemm minn dawn ġew imdaħħla direttament mid-dar tagħhom privata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998, fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule ġew ammessi 43 anzjan. Dawn ġew ammessi kif imsemmi hawn taħt:
Mill-Isptar San Luqa 26 anzjan
Mill-Isptar Żammit Clapp 5 anzjani
Mill-Gżira Home 1 anzjan
Mill-Komunita' 11 anzjan
Fl-istess perjodu, fid-Djar ta' l-Anzjani li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Gvern, daħlu sitt anzjani ġodda. Dawn kollha ġew ammessi ġewwa d-Djar ta'l-Anzjani direttament mid-Dar tagħhom privata.
11.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 ma' l-Awtorita' tad-Djar?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 281.
Nassigura lill-Onor. Membru li kwalunkwe trasferimenti li jistgħu jsiru fil-futur ikunu skond l-eżigenzi tas-Servizz.
11.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Pixxina Nazzjonali? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma ġew ingaġġati ebda ħaddiema fil-Pixxina Nazzjonali mis-6 ta' Settembru 'l hawn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 man-National Tourism Organisation of Malta? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda persuna li ġiet impjegata b'kuntratt indefinit min-National Tourism Organisation - Malta bejn is-6 ta' Settembru u t-28 ta' Ottubru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet mis-6 ta' Settembru 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998? Jista' l-Ministru jgħid mil-liema lokalitajiet ġew allokati dawn il-postijiet? Jista' f'numri jgħid mil-liema lokalitajiet huma dawk li gawdew mill-allokazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi saru 5 allokazzjonijiet imqassma kif ġej:-
APPLIKANT MINN ALLOKATI
Gzira Gzira
Qormi Qormi
Rabat Rabat
Cospicua Cospicua
M'Scala Valletta
10.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati bħalha Casual Social Assistants ingħataw transfer mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 u kemm min dawk trasferiti rriżenjaw mill-impjieg tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru totali ta' trasferimenti ta' Assistenti Soċjali Każwali bejn is-6 ta' Settembru 1998 u t-28 t'Ottubru 1998 kien 46 li jfisser li 26 ħarġu jaħdmu fil-komunita' u l-20 l-oħra ddaħħlu jaħdmu ġod-Djar ta' l-Anzjani jew 'Day Centres'. Ħadd minn dawn ma rreżenja.
10.11.98
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il metru kien tħaffer mill-kumpannija Saipem fis-Sit il-Madonna taż-Żejt, f'Kerċem, Għawdex sal-4 ta' Settembru, 1998? Jista' l-Ministru jgħid f'dak l-istudju x'kienu l-indikazzjonijiet li jinstab iż-żejt dejjem skond dak li kienu qed jgħidu lill-Gvern l-esperti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fl-4 ta' Settembru 1998, it-tħaffir tal-bir
f'Kerċem kien wasal fond ta' 4502 metri. L-esperti tal-Gvern
taw parir li skond l-indikazzjonijiet li kellhom kien hemm il-
possibbilta li jista jinstab iż-żejt aktar fil-fond.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew installati linji ġodda tat-telephones mill-Maltacom f'Malta u f'Għawdex, lokalita' b'lokalita' mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998? Kemm min dawn il-linji kienu nstallati b'mod temporanju u kemm min dawn il-linji kienu nstallati b'mod permanenti? Kemm min dawn il-linji ġew installati f'postijiet residenzjali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 ma'l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma ġew mpjegati l-ebda ħaddiema ġodda mal-Malta International Airport PLC.