Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Gozo Channel? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma ngħata l-ebda trasferiment fil-Gozo Channel mis-6 ta` Settembru sat- 28 ta'
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Malta International Airport? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma ngħata l-ebda trasferiment bejn is-6 ta' Settembru 1998 u t-28 ta' Ottubru 1998 fil-Malta International Airport PLC.
Peress illi fix-xhur ta' qabel is-6 ta' Settembru suppost li kien qed isir eżerċizzju ta' ristrutturazzjoni, iżda ftit li xejn sar xogħol effettiv fuqu ħlief xi transfer 'l hemm u 'l hawn ta' impjegat jew tnejn, il-Malta International Airport għandha l-pjan li fix-xhur li ġejjin tagħti priorita lil dan l-eżerċizzju. Għaldaqstant il-Kumpanija tifhem li jista jkun hemm il-ħtieġa li jsiru xi trasferimenti ta' ħaddiema minn sezzjoni tal-Kumpanija għall-oħra skond l-esiġenzi tal-kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Maltacom? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Istatistika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi sar trasferiment wieħed mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-istatistika u dan fuq talba tal-persuna konċernata.
Trasferimenti jsiru skond l-esiġenzi tad-dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Uffiċċju tal-Budget? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ma kien hemm ebda transfer fl-Uffiċju tal-Budget fil-perjodu msemmi. Kif jaf l-Onor Interpellant trasferimenti ta` impjegati fis-servizz pubbliku huma suġġetti għall-esiġenzi tas-servizz.
Dipartiment tal-Libreriji u Arkivju — Trasferimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fit-8 ta' Ottubru 1998 Tradesman inġieb jaħdem fid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji mill-"Law Courts Department". Dan sar mill-"Management and Personnel Office" fuq talba ta' l-istess impjegat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Public Broadcasting Services? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li fil-Public Broadcasting Services kien hemm trasferiment wieħed minn taqsima għal oħra fi ħdan il-kumpanija fuq talba ta' l-istess persuna minħabba raġunijiet mediċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Korporazzjoni Enemalta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi saru s-segwenti trasferimenti fil-Korporazjoni Enemalta.
8 impjegati irritornaw lura minn diversi Ministeri
4 impjegati marru jagħtu s-servizz tagħhom f'Ministeri
3 impjegati ġew trasferiti wara li ngħataw ħatra fi grad ogħla
2 impjegati ġew trasferiti biex jimlew vaganzi li nħolqu
2 impjegati ġew trasferiti fuq talba tagħhom stess
Għal dak li jirrigwarda trasferimenti fil-futur, dawn isiru, jekk ikun mehtieġ, skond l-eżiġenzi tal-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Water Services Corporation? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perijodu msemmi saru dawn it-trasferimenti fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma:
1. Leak Detector intbagħat mill-fergħa distrettwali ta` Raħal Ġdid għal dak ta` Birkirkara biex jissostitwixxi persuna oħra fl-istess grad li għamlet operazzjoni serja.
2. Labourer ġie trasferit mill-imħażen ta` Wied il-Kbir għall-Ġibjun ta` Hal-Luqa fuq talba tiegħu stess.
3. Żewġ Security Enforcement Inspectors irritornaw lura fis-Sezzjoni tas-Sigurta` mis-Sezzjoni ta` l-Internal Audit fuq talba tagħhom stess.
Għal dak li jirrigwarda trasferimenti fil-futur, dawn isiru, jekk ikun meħtieġ, skond l-eżiġenzi tal-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li għall-perjodu msemmi saru sitt trasferimenti fil-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta.
Dawn it-trasferimenti kienu jinvolvi impjegati tal-Korporazzjoni li rritornaw minn diversi Ministeri u Dipartimenti wara perjodu ta' Secondment.
It-trasferimenti jsiru skond l-esigenzi tal-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fin-National Tourism Organisation of Malta?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li, ħlief għal persuna waħda li talbet biex tiġi ssekondata ma' Ministeru ieħor, ma sar l-ebda trasferiment ieħor bejn is-6 ta' Settembru u t-28 ta' Ottubru 1998 fin-National Tourism Organisation - Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ma saru ebda trasferimenti fid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika fil-perjodu msemmi.
Ma naħsibx illi l-Gvern għandu jintrabat fuq x'jistgħu jkunu l-esiġenzi tas-servizz fil-futur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 fil-Malta Financial Services Centre? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Malta Financial Services Centre hija entita` b`uffiċċju wieħed u għaldaqstant ma jingħatawx trasferimenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-VAT Office? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mis-6 ta` Settembru 1998 sat-28 t` Ottubru 1998 saru 3 trasferimenti li jikkonċernaw id-Dipartiment tas-CET.
Fil-każ ta` l-ewwel tnejn, it-trasferimenti saru fuq talba ta` l-uffiċjali kkonċernati. Fil-każ tat-tielet wieħed, it-trasferiment sar minħabba esiġenza fid-Dipartiment tat-Teżor. Għalkemm in-numru ta` trasferimenti jinżamm limitat kemm jista` jkun, dejjem jistgħu jinqalgħu ċirkustanzi fil-futur li jkunu jirrikjedu li jsir xi trasferiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Institute for the Promotion of Small Enterprises? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li għall-perjodu msemmi ma sar ebda trasferimenti fl-Entita msemmija.
It-trasferimenti jsiru jekk il-ħtieġa tkun titlob hekk.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tad-Drenaġġ?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-perjodu bejn is-6 ta' Settembru u t-28 ta' Ottubru 1998 ma ngħataw l-ebda trasferimenti fid-Dipartiment tad-Drenaġġ.
Ma naħsibx illi l-Gvern għandu jintrabat fuq x'jistgħu jkunu l-esiġenzi tas-servizz fil-futur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ma kien hemm ebda transfer fid-Dipartiment tal-Lottu fil-perjodu msemmi. Kif jaf l-Onor Interpellant trasferimenti ta` l-impjegati fis-servizz pubbliku huma suġġetti għall-esiġenza tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Fil-perjodu msemmi kien hemm 10 persuni trasferiti minn jew lejn id-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Seba` minnhom kienu trasferiti lejn id-Dipartiment filwaqt li t-tlieta l-oħrajn ġew trasferiti lejn Dipartimenti oħrajn.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija jista` jingħad li tmienja minn dawn il-persuni kienu trasferiti fuq talba tagħhom stess dejjem skond l-esiġenzi tad-Dipartiment. Iż-żewġ uffiċċjali l-oħrajn, it-tnejn skrivani li kienu għadhom kif ġew ingaġġati għall-ewwel darba, ġew trasferiti waħda minn dan id-Dipartiment għad-Dwana u l-oħra viċi versa, wara arranġamenti li saru bejn l-MPO u d-dipartimenti.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, jekk u meta fil-futur qarib isiru xi trasferimenti, dawn isiru skond il-proċedura stabbilita u skond l-esiġenza tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Pixxina Nazzjonali?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mis-6 ta' Settembru 'l hawn ma saru ebda trasferimenti fil-Pixxina Nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 281.
Nassigura lill-Onor. Membru li kwalunkwe trasferimenti li jistgħu jsiru fil-futur ikunu skond l-eżiġenzi tas-Servizz.
17.11.98