Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #779 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Primarji - Assistenti kapijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għall-Assistenti Kapijiet fl-iskejjel primarji? Meta saru l-intervisti għall-imsemmija applikazzjonijiet? Kemm u min huma l-applikanti? Kemm hemm postijiet vakanti? Meta beħsiebhom joħorġu r-riżultati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Assistenti Kapijiet fl-iskejjel Primarji ġiet ippubblikata fil-21 ta' Mejju 1998 u għalqet fid-9 ta' Ġunju 1998. Kien hemm 172 applikazzjoni u l-intervisti saru matul ix-xhur tas-sajf. Il-Board issottometta r-rapport tiegħu lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku fit-13 ta' Ottubru 1998. Eventwalment ir-riżultat pubblikat jibqa' validu għal sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni. Il-postijiet ta' assistenti Kapijiet li jiġu vvakati jimtlew mill-lista finali, dejjem skond l-Order of Merit approvata.
Leg 9 PQ #782 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Swimming Promotions Unit

Question

Is-Swimming Promotions Unit li kellha l-uffiċini tagħha fil-Pixxina Nazzjonali se terġa' tibda tiffunzjona? Japprezza l-Ministru li l-lezzjonijiet ta' l-għawm kienu popolari ħafna ma' l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li qed jiġi studjat set-up ġdid għas-Swimming Promotion Unit li nispera li jkun popolari mat-tfal ta' l-iskola.
Leg 9 PQ #783 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema li hemm fil-Pixxina Nazzjonali ngħataw estensjoni ta' xahar b'xahar fil-kuntratt tagħhom, meta skadilhom il-kuntratt part-time ta' sitt xhur? Huwa minnu li dan il-kuntratt ġie estiż għal żmien minimu fuq ordni tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru? Xi pjani hemm biex ix-xogħol ta' dawn il-ħaddiema jkun aktar fiż-żgur?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Pixxina Nazzjonali hemm 7 ħaddiema li ingħataw jew se jingħataw estensjoni ta' xahar b'xahar. Din id-deċiżjoni ittieħdet fuq rakkomandazzjonijiet mill-Bord Amministrattiv. Tweġiba dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija tingħata meta jiġu finalizzati deċiżjonijiet oħra li jirrigwardaw il-Pixxina Nazzjonali.
Leg 9 PQ #784 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ħaddiema fuq bażi ta' full time u part-time fil-Pixxina Nazzjonali? X'inhu x-xogħol tagħhom f'kull każ? Minbarra l-ħaddiema impjegati direttament mal-Pixxina, kemm hemm staff ieħor ta' dipartimenti oħra tal-gvern li jagħmlu x-xogħol tagħhom fil-Pixxina?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Pixxina Nazzjonali hemm tlett impegati full time li jagħmlu xogħol ta' receptionists jew kelerikali. Hemm seba' impjegati oħra part-time li ħamsa minnhom jagħmlu xogħol ta' Aquatic Facility Operators (Deckhands), waħda bħala cleaner u ieħor Security fuq light duties minħabba raġunijiet mediċi. Hemm ukoll tlett watchmen li huma impjegati mad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u disa' impjegati li jitħallsu mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #785 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sports — Ċentri ta' l-isports

Question

Meta dan l-aħħar is-Segretarju Parlamenti l-Onor. J. Mugliett semma t-twaqqif ta' tlett ċentri ta'l-isports fil-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pixxina Nazzjonali kenitx qed tiġi kkonsidrata bħala waħda minnhom? Jeżistu pjani biex dan iċ-ċentru jiġi żviluppat aktar biex aktar dixxiplini sportivi jkunu jistgħu jsiru fih?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħal ma diġa' għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 342 qed isir studju dwar is-siti li jkunu jistgħu jiġu żviluppati f'kumplessi sportivi. F'dan l-istadju ma' nelimina ebda possibilita'.

Port Ħieles — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 423, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet, in-numri tal-karta ta' l-identita' u l-indirizzi ta' l-impjegati ġodda msemmija fil-mistoqsija? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-grad, il-kariga u x-xogħol ta' dawn l-impjegati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Inħoss i ma jkunx etikament ġust li nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #482 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Ambulanzi — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-6 ta' Settembru, sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Ambulanzi? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandix x'inżid mat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.141 ħlief li ċ-ċaqlieq ta'mpjegati jsir skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #483 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-6 ta' Settembru, sat-28 ta' Ottubru, 1998 fiċ-Ċentri tas-Saħħa? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru t-transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandix x'inżid mat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 141 ħlief li ċ-ċaqlieq ta' mpjegati jsir skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #628 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni ngħataw l-84 trasferimenti fil-Korp tal-Pulizija b'seħħ mit-2 ta' Novembru, 1998? Jista' l-Ministru jgħid min iddeċieda dawn it-trasferimenti u jagħti raġuni għal kull membru tal-korp għaliex ingħataw dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jpoġġi r-raġunijiet bil-miktub fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 523 f'Seduta 10. 30.11.98
Leg 9 PQ #745 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kif kunsill b'kunsill intnefqu l-allokazzjonijiet mogħtija għall-fondi ta' ħtieġijiet speċjali fond b'fond, sena b'sena għal dawn l-aħħar tlett snin? Jista' l-Ministru jagħti rendikont, kunsill b'kunsill, ta' kemm intnefqu flus minn dawn il-fondi u kemm ma ntnefqux? U jekk ma ntefqux, x'kienet ir-raġuni u x'sar mill-fondi li ma ntnefqux? Jista' l-Ministru jpoġġi l-informazzjoni dettaljata fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba toħroġ sostanzjalment mir-Rapporti ta` l-Awdituri għal kull sena finanzjarja li skond il-dispożizzjonijiet ta` l-Artikolu 65 (6) ta` l-att ta` l-1993 dwar Kunsilli Lokali jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra mill-Ministru tal- Finanzi.
Leg 9 PQ #746 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Fondi speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'dati jġibu l-applikazzjonijiet għall-fondi speċjali għall-kunsilli lokali li qed jingħataw din is-sena, kunsill b'kunsill u fond b'fond? Jista' l-Ministru jpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Fondi Speċjali li ser jingħataw din is-sena għas-sena finanzjarja tal- Kunsilli li tagħlaq fil-31 ta` Marzu 1999 huma marbuta ma` applikazzjonijiet li d-Dipartiment irċieva fl-1996 skond il- modalitajiet determinanti fil-Memorandum anness mar- Riżoluzzjoni li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra nhar it- Tnejn 2 ta` Novembru 1998. L-applikazzjonijiet kienu għalqu fid-9 ta` Awissu 1996 u l- informazzjoni mitluba toħroġ mir-Rapport tal-Kumitati għall- Ħlasijiet għal Ħtiġijiet Speċjali tal-Lokalitajiet (1996 - 1997) li kien tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fl-20 ta` Jannar 1997.
Leg 9 PQ #747 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Pembroke — Proġett ta' Triq il-Ġdida

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' f'liema fażi wasal il-proġett ta' kostruzzjoni ta' Triq il-Ġdida li mid-daħla ta' Pembroke tagħti għal ħdejn il-lukandi ta' San Ġorġ? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni msemmija flimkien mal-pjanti relatati skond kif approvati mid-dipartimenti konċernati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #476 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartimenti ta' l-Immigrazzjoni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal-Immigration Branch fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda trasferimenti fil-perijodu ndikat fil-Mistoqsija. 25.11.98
Leg 9 PQ #477 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fost il-Gwardjani tal-Ħabs? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn żmien għal żmien, uffiċjali tal-ħabs jiġu assenjati xogħol minn diviżjoni/sezzjoni għall-oħra fl-istess Faċilita' Korrettiva ta' Kordin. Dan skond l-esiġenzi tas-servizz. 25.11.98
Leg 9 PQ #478 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Passaporti — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-6 ta' Settembru, sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tal-Passaporti? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998, ma ngħata ebda transfer fl-Uffiċċini tal-Passaporti li jagħmlu parti mid-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili. 25.11.98
Leg 9 PQ #479 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Karti ta' l-Identita' — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-I.D. Cards? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija, kien hemm pulizija mara waħda li ġiet assenjata xogħol fl-uffiċċju tal-karti ta' l-identita' fid-Depot tal-Pulizija u dan sar minħabba esiġenzi tas-servizz. 25.11.98
Leg 9 PQ #480 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-6 ta' Settembru, sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Artijiet? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 239 f'Seduta 8. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, nirreferih għat-tieni parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 815 f'Seduta 12. 25.11.98
Leg 9 PQ #481 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Trasferiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-6 ta' Settembru, sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Uffiċċju Konġunt? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 239 f'Seduta 8. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, nirreferih għat-tieni parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 815 f'Seduta 12. 25.11.98

Air Malta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Air Malta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi saru 9 trasferimenti sabiex jinqdew l-esiġenzi tal-Kumpanija. Naħseb li l-Onor. Membru jifhem li t-transfers jikkostitwixxu parti ntegrali tal-management ta` kull kumpanija bħall-Air Malta u jsiru skond u meta jkun hemm bżonn.
Leg 9 PQ #471 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferinmenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Korp tal-Pulizija? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li bejn is-6 ta' Settembru, 1998, u t-28 ta' Ottubru, 1998, kien hemm 54 membru tal-Korp tal-Pulizija li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom. Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 523 f'Seduta 10. 24.11.98