Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2665 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Tax payers - Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta b'mod globali l-ammont ta' refunds li l-gvern għandu jagħti lit-tax payers? Kemm huwa n-numru ta' tax payers li qed jistennew refunds? Jista' l-Ministru jgħid kif ammontaw, sena b'sena u ammont b'ammont, ir-refunds?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant rigward refunds hija kif indikata hawn taħt: Sena Individwi Kumpanniji Total ta` Nru. Ammont Nru. Ammont Nru Ammont Stima 90 228 93,537 36 104,840 264 198,377 91 143 85,944 24 85,251 167 171,195 92 237 108,635 20 41,026 257 149,661 93 464 328,180 34 208,324 498 536,504 94 1,053 446,474 46 177,250 1,099 623,724 95 2,994 1,747,260 123 1,082,716 3,117 2,829,976 96 5,689 2,639,615 196 1,274,826 5,885 3,914,441 97 23,924 5,650,665 456 2,071,672 24,380 7,722,337 98 223 128,816 39 160,570 262 289,386 99 68 45,395 3 1,676 71 47,071 Total 35,023 11,274,521 977 5,208,151 36,000 16,482,672 Din it-tabella turi l-ammont globali sas-17 ta` Novembru 1998.
Leg 9 PQ #2673 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-Dipartiment tad-Dwana, fil-fergħa tad-Dwana u Sisa, fi żmien mhux 'il bogħod humiex se jsiru numru ta' transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ammont ta' trasferimenti hux se jaqbeż in-numru ta' 150? Jista' jgħid min se joħroġ dawn it-transfers u minn min tfasslu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll fuq liema kriterji se jsiru dawn it-trasferimenti? Xi ħtieġa hemm tagħhom? X'effett se jkollhom fuq l-effiċjenza tad-dipartiment?

Response (DALLI, JOHN)

Hija policy fid-dipartiment tad-dwana li l-impjegati jiddawwru minn post għall-ieħor fuq bażi regolari. Dan isir kemm għal skop ta` taħriġ u esperjenza kif ukoll għal skop ta` kontroll intern fid-dipartiment.
Leg 9 PQ #2674 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tad-Dwana huwiex jinvestiga xi impjegati tiegħu li nhar id-9 ta' Ottubru, 1998 allegatament skartaw minn fuq ix-xogħol biex attendew laqgħa politika tal-partit fil-gvern? Jista' jgħid x'irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet, jekk saru?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartment tad-Dwana waslitlu informazzjoni li allegat li xi impjegati kienu ħallew il-post tax-xogħol tagħhom biex jattendu laqgħat politiċi taż-żewġ partiti politiċi. Qed isiru investigazzjonijiet dwar dan biex wara jsir dak li jkun indikat skond ma jirriżulta minnhom.
Leg 9 PQ #2656 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ta' Ġiorni — Berġa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1962, jista' l-Ministru jirrispondi l-parti ċioe' jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jiftaħ berġa f'Ta' Ġiorni peress li l-area msemmija tinsab 'il bogħod mill-bereġ li semma fir-risposta speċjalment għall-anzjani?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta hi fin-negattiv.
Leg 9 PQ #2658 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Triq Reġjonali — Coaches/minibuses

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1956, jista' l-Ministru jikkonsidra li jagħti struzzjonijiet lill-pulizija biex jinforzaw il-Liġi tat-Traffiku fis-sens kif mitlub fil-mistoqsija oriġinali?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għall-liema regolamenti tat-traffiku qed jirreferi. 15.12.98 (2pm)
Leg 9 PQ #2661 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan — Palazzo Spinola

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1908, jaf il-Prim Ministru li l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ilu li għamel talba biex juża l-Palazzo Spinola bħala uffiċini mill-1993? Jidhirlu il-Prim Ministru li għadda żmien biżżejjed biex wieħed ikompli jikkonsidra din it-talba? Jista' l-Prim Ministru jgħid f'din il-konsiderazzjoni hijiex se tingħata lil Kunsill ta' San Ġiljan li wara kollox huwa l-gvern lokali ta' dan il-lokal?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-propjeta` msemmija kienet tappartjeni lill-Knisja Maltija (Abazzia Spinola) u għalkemm kienet għaddiet fil-pussess tal-Gvern Malti permezz ta` Dikjarazzjoni Presidenzjali għal skopijiet pubbliċi, kienet ġiet ippreżentata kawża fil- Qorti Maltija mill-Awtoritajiet Ekklesjastiċi. Wara li dan is-sit kien użat mill-Malta International Business Authority (MIBA), fi Frar 1997 il-Ministeru tat- Turizmu kien ħa pussess ta` dan il-bini billi kellu l-ħsieb li Palazzo Spinola jinbidel f'ċentru tal-World Tourism Organisation. Il-linja ta` politika ta` dan il-Gvern rigward użu ta` artijiet/propjeta` pubbliċi hija dik ta` aktar devoluzzjoni lill-Kunsilli Lokali u għaldaqstant it-talba ta` dan il- Kunsilll rigward dan is-sit tista` tiġi kkunsidrata f'dan il-kuntest.
Leg 9 PQ #2662 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Kiri ta' karozzi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1901, jista' l-Ministru jgħid: (i) kemm għandhom karozzi mikrija d-dipartmenti kollha li jaqgħu taħtu dipartment b'dipartiment? Kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kuntratti li saru sarux wara ħruġ ta' l-offerti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' karozzi tal-kiri li hemm fil-Ministeru u mad-Dipartimenti li jaqgħu taħtu huwa ta' 59. Dawn qegħdin imqassma hekk: Building & Engineering Department 11 B.I.C.C. 2 Construction & Maintenance Department 4 Central District Office 1 Drainage Department 5 Finance & Administration Department 6 Manufacturing & Servicing Department 1 Storm Water System Unit 1 Waste Management 2 Ministry 10 Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent 16 Il-kuntratti saru wara l-ħruġ ta' offerti.
Leg 9 PQ #2536 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kerċem — Tħaffir għaż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal it-tħaffir għaż-żejt f'Kerċem u x'inhuma l-indikazzjonijiet mogħtija mill-esperti kemm tal-gvern u kemm tal-Kumpannija Saipem?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li t-tħaffir tal-bir f'Kerċem wasal fond ta' madwar 7000m. L-indikazzjonijiet mogħtija mill-esperti kienu u għadhom inkoraġġanti u għaldaqstant, jekk ma jinqalgħux diffikultajiet jew ċirkustanzi mhux mistennija, il-bir ser jiġi ttestjat fil-ġimgħat li ġejjin. Wara li jitlestew dawn it-testijiet, inkunu nafu aħjar jekk il-bir għandux potenzjal kummerċjali jew le.

Djar — Allokazzjoni ta' postijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet mid-29 ta' Ottubru, 1998 sad-9 ta' Diċembru, 1998? Jista' l-Ministru jgħid mil-liema lokalitajiet ġew allokati dawn il-postijiet? Jista' l-Ministru jgħid f'numri, mil-liema lokalitajiet huma dawk li gawdew mill-allokazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi mid-29 ta' Ottubru sad-9 ta' Diċembru 1998 ġew allokati 33 post. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-postijiet kif ġew imqassma. 15.12.98
Leg 9 PQ #2538 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Exchange Bureaux

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn reġistrati f'Malta u f'Għawdex Exchange Bureaux? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti neċessarji biex tinfetaħ Exchange Bureaux? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom huma konformi fil-ħlas tal-liċenzji meħtieġa? Jekk jirriżulta li numru minnhom mhux konformi, x'inhu jagħmel il-gvern biex dawn jikkonformaw? Kemm hija l-miżata ta' liċenzja biex tinfetaħ Exchange Bureaux?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.

Laqgħat ma' l-ex Deputat Dom Mintoff

Question

B'riferenza għad-domanda parlamentari numru 1031 u t-tweġiba li ta l-Ministru, jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi d-domanda skond ma jippermettu l-proċeduri u r-regoli tal-Kamra?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Peress li l-proċedura u r-regoli tal-Kamra, ma jippermettux l-interpellanza kif magħmula, fid-domanda parlamentari 1031, ma għandi xejn x'inżid mar-risposta gja magħmula.
Leg 9 PQ #2608 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karozzi tal-kiri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1897, jista' l-Ministru jirrispondi l-parti li tikkonċerna lid-dipartimenti li jaqgħu taħtu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-ebda dipartiment ma kellu karozzi tal-kiri għall-użu tiegħu.

Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1660?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #2530 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Reġistrazzjoni ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1657?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1657 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 14.12.98pm
Leg 9 PQ #2531 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Policy biex ma jsirx tipjip

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1531?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1531, ninsab infurmat li 24 Kunsill addottaw policy biex ma jsirx tipjip fl-uffiċini u s-swali tal-konferenzi tagħhom. Dawn huma: Żebbuġ (Malta), Żejtun, Birkirkara, Fgura, Floriana, Għajnsielem, Gharb, Għasri, Għaxaq, Kirkop, Mellieħa, Mġarr, Nadur, Naxxar, Paola, Pembroke, Qrendi, San Ġwann, Santa Luċija, Santa Venera, Ta' Xbiex, Tarxien, Xagħjra, Żurrieq.

Maltacom — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 474?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi saru ħames trasferimenti fil-Maltacom. Dawn it-trasferimenti saru skond l-esiġenzi tax-xogħol. Għal dik li jirrigwarda trasferimenti futuri, dawn isiru meta u jekk ikun meħtieġ.