Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2893 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Awtoritajiet Ekklesjastiċi — Flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus lill-awtoritajiet ekklesjastiċi matul l-1998 taħt il-ftehim li kien sar dwar trasferiment ta' l-artijiet tal-Knisja lill-gvern? Jista' jgħid meta sar kull ħlas matul din is-sena u f'liema ammonti?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Mistoqsija għandha tiġi riferita lill-Ministru responsabbli mill-Uffiċċju Konġunt.
Leg 9 PQ #2894 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hux qed ikollha konsultazzjonijiet mal-Kapijiet ta' l-Iskejjel ta' l-Istat dwar bżonnijiet ta' tiswijiet fl-iskejjel rispettivi? Il-kunsilli lokali qed jiġu nvoluti f'dan? Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu bħalissa talbiet mill-iskejjel ta' l-Istat u/jew kunsilli skolastiċi għal tiswijiet fl-iskejjel tal-lokal? Fejn jinstabu dawn l-iskejjel u x'inhuma dawn it-tiswijiet? Kemm minnhom ġew kklassifikati bħala urġenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li intbagħtet ċrikulari fis-27 ta' Ottubru, 1998 lill-kapijiet kollha ta' l-iskejjel Primarji u xi wħud sekondarji kif ukoll lil skejjel speċjali fejn il-kapijiet ġew mitluba biex, wara konsultazzjoni mal-kunsill ta' l-iskola u mal-kunsill lokali, jissottomettu lista ta' xogħlijiet f'ordni ta' prijorita', sat-22 ta' Diċembru, 1998. Kien hemm ħamsa u sebgħin risposta. It-tiswijiet huma varji ħafna. Fil-bidu ta' Jannar ikollna stampa aktar ċara tal-kwantita' u l-kwalita' tax-xogħol rikjest, u f'dak iż-żmien issir analiżi tax-xogħlijiet meħtieġa. Dawn l-iskejjel jinsabu f'dawn il-lokalitajiet: B'Bugia, B'Kara, Cospicua, Dingli, Floriana, Gudja, Għargħur, Gżira, Ħamrun, Kalkara, Luqa, Marsa, Msida, M'Xlokk, Mellieħa, Mosta, Mqabba, Naxxar, Pembroke, Pieta', Qormi, Qrendi, Rabat, Safi, Senglea, Siġġiewi, St Venera, San Ġwann, St Julians, Tarxien, Valletta, Vittoriosa, Żebbuġ, Żejtun, Żurrieq.

ITS — Traffic lights/street paintings

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1404, jista' l-Ministru jgħid jekk traffic signs u street paintings li saru riċentement ħdejn l-ITS sarux bil-permess meħtieġ mit-Traffic Control Board u b'konsultazzjoni u approvazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?

Response (GALEA, ĊENSU)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall- mistoqsija parlamentari Nru 2373.

Ta' Ġiorni — Lamp-posts fil-playing field

Question

Jista' l-Ministru jieħu azzjoni immedjata biex jitneħħa l-periklu li hemm mil-lamp-posts fil-playing field ta' Ta' Ġiorni? Jista' l-Ministru jara li jerġgħu jinxtegħlu mill-ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2827 Sitting 45 1998-12-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Imdina — Rave party

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi applikazzjoni biex lejlet l-ewwel tas-sena d-dieħla jsir rave party fil-Bacchus Restaurant fl-Imdina?

Response (BORG, TONIO)

Le, ma saret l-ebda applikazzjoni lill-Pulizija biex isir Rave Party lejlet l-ewwel tas-sena fil-post indikat mill-Onor. Interpellant. 19.12.98 (am)
Leg 9 PQ #2804 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2522?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħlasijiet ta' salarji, allowances, eċċ tat-tlett watchmen li huma impjegati mad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport se jammontaw għal Lm12,782.40 matul l-1998. Dawn huma mqassma hekk: Salarji Lm9039 Kontribuzzjonijiet Sigurta Soċjali Lm 869.40 Income Supplement Lm 312 Bonus (Ġunju u Diċembru) Lm 348 Allowances (Ħdud u Festi) Lm1512 Arretrati Ftehim Kollettiv Lm 702 Dwar ħlasijiet lill-impjegati tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Dawn l-impjegati qed jagħmlu xogħol ta' maintenance tal-Plant Room equipment u tindif tal-pixxina.
Leg 9 PQ #2805 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Swimming Promotion Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2521?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-konsultazzjonijiet dwar it-twaqqif mill-ġdid tas-Swimming Promotions Unit qed isiru ma' membri tal-Bord Amministrattiv tal-Pixxina Nazzjonali. Il-pjan ta' dan il-Ministeru hu li din il-Unit tkun tista tibda topera fl-iqsar żmien possibli.
Leg 9 PQ #2806 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2520?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif diġa għidt fil-Mistoqsija Parlamentari Nru 783, informat li d-deċisjonijiet dwar l-estensjoni tal-kuntratt ta' dawn il-ħaddiema ttieħdu fuq rakkomandazzjoni mill-Bord Amministrattiv.
Leg 9 PQ #2808 Sitting 44 1998-12-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Exchange Bureaux

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2538?

Response (DALLI, JOHN)

Minn Novembru ta` l-1994 l-attivitajiet tal-`Exchange Bureaux` ġew regolati mill-Att ta` l-istess sena li jirregola l-Kummerċ dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji. Għaldaqstant, `Exchange Bureaux` illum nirreferu għalihom bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji. Il-Bank Ċentrali ta` Malta bħala l-Awtorita` Kompetenti taħt il-liġi, għandu 11 (ħdax) il-Istituzzjoni Finanzjarja liċenzjati miegħu taħt din il-liġi. Ir-rekwiżiti neċessarji biex tinfetaħ Istituzzjoni Finanzjarja huma stabbiliti minn żmien għal żmien minn direttiva lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji, maħruġa mill-Awtorita` Kompetenti taħt l-istess liġi. Ir-rekwiżiti huma dawn: - applikazzjoni għall-liċenzja għandha tkun bil-miktub minn kull kumpanija lill-Awtorita` Kompetenti; - il-fondi ta` l-Istituzzjoni huma stabbiliti mill-Awtorita` Kompetenti stess kif ikun adattat skond l-attivitajiet li obbliga ruħu li jagħmel l-applikant skond l-Iskeda maħruġa ma` l-istess liġi; - irid ikun hemm mill-inqas żewġ individwi li jkunu effettivament se jmexxu l-kummerċ ta` l-istituzzjoni; u - l-azzjonisti kwalifikattivi, kontrolluri u l-persuni kollha li jkunu effettivament imexxu l-kummerċ ta` l-istituzzjoni iridu jkunu persuni addattati biex jassiguraw il-management prudenti tagħha u li jissodisfaw kriterji bħal `Four-eyes principle` u `fit and proper persons`. L-istituzzjonijiet finanzjarji huma kollha konformi mal-ħlas tal-liċenzji tagħhom. Jekk xi waħda mill-istituzzjonijiet ma tkunx konformi ma` xi direttiva ta` l-Awtorita` Kompetenti din tista` tkun ħatja ta` reat u pieni skond l-Att li jirregola dawn l-istituzzjonijiet. L-għoti ta` liċenzja huwa soġġett għal dritt annwali ta` lira) u żieda ta` Lm150 (mija u ħamsin lira) għal kull branka addizzjonali.

Ministeru tas-Servizzi Soċjali — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi tal-kiri mal-ministeru u mad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-kerrejja ta' dawn il-karozzi u jekk il-kirijiet humiex isiru permezz ta' kuntratt li għalih ħarġu l-offerti jew permezz ta' direct orders? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tlaħħaq l-ispiża kuljum għal kiri ta' dawn il-karozzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ti tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. 18.12.98

Djar — Postijiet rekwiżizzjonati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond 2/Flat 2 Pjazza Mattia Preti, Valletta, huwiex rekwiżizzjonat? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond imsemmi huwiex okkupat jew battal? Jekk huwa okkupat, jista' l-Ministru jgħid meta ġie allokat? Jekk huwa battal, jista' l-Ministru jgħid meta dan il-fond fil-fatt ġie battal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-fond indikat la hu rekwiżizzjonat u lanqas hu propjeta tal-Gvern. Għalhekk id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali m'għandux l-informazzjoni mitluba. 17.12.98
Leg 9 PQ #2763 Sitting 41 1998-12-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Statali - Tuchshops

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2452, jista' l-Ministru jgħid jekk it-talba li saret fl-1 ta' Ottubru, 1998 mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni lid-Dipartiment tas-Saħħa biex isiru spezzjonijiet tat-tuckshops ġietx attwata? Jekk ġiet attwata, x'irriżulta minnha? Jekk għadha ma ġietx attwata, għaliex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tas-Saħħa għadu ma rraporta ebda spezzjoni mill-Uffiċjali tiegħu fit-Tuck Shops. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni reġgħet talbet biex isiru l-ispezzjonijiet meħtieġa permezz ta' ittra datata l-10 ta' Diċembru 1998.
Leg 9 PQ #2675 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Ħinijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-Dwana x-shift ta' day in day out huwiex se jispiċċa u jinbidel ma' wieħed ta' 3 days in 1 day out? Jista' jgħid għaliex se jsir dan?

Response (DALLI, JOHN)

Qed isir studju biex id-Dipartiment tad-Dwana jara kif id-diversi sistemi ta` `shift` li jeżistu jistgħu jiġu integrati f`sistema waħda jew tnejn biex jintlaħqu aħjar il-bżonnijiet tad-Dipartiment. Meta jsir xi tibdil tingħata attenzjoni biex l-imjegati involuti ma jbatux.
Leg 9 PQ #2715 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Vettura bin-numru BAK 483

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2326, jista' l-Ministru jgħid liema normi jew regoli jagħtu d-dritt li l-uffiċjali fil-Ministeri jużaw il-karozzi tal-kiri fil-ġranet u ħinijiet meta ma jkunux fuq dmirijiethom? F'każ li jeżistu regoli, normi jew xi klawsoli jew kondizzjonijiet magħmula f'xi kuntratt, jista' l-Ministru jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-użu tal-karozzi huwa rregolat minn Transport Policy maħruġa fit-12 ta' Frar 1998 u jirregola kemm it-Trasport tal-Gvern, dak impresses u dak tal-kiri. Il-vetturi tal-kiri jingħataw lil dawk li għandhom dan id-dritt b'kuntratt, u/jew lil dawk li għandhom ċirkustanzi speċifiċi, bħal eżempju dawk li xogħlhom jirrikjedi li jkunu 'on call' wara l-ħinijiet ta' l-uffiċċju u fil-'weekends'. Ċerti uffiċjali tal-Ministeru li xogħlhom jirrikjedi li jiġu mgħajta f'ħinijiet mhux normali bħal f'dan il-każ partikolari, dejjem ingħataw din il-faċilita'. Dawn iċ-ċirkustanzi speċifiċi jiġu deċiżi bejn id-Direttur tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi, u d-Direttur tad-Dipartiment konċernat u/jew il-Ministeru. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra it-"Transport Policy" imsemmija hawn fuq.

Pembroke — Sinjali tat-traffiku

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2448, jista' l-Ministru jgħid jekk it-traffic signs u l-istreet paintings sarux bil-permess tat-Traffic Control Board u bl-approvazzjoni u b'konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jista` l-Onor. Interpellant jindikali d-domanda li qed jagħmel riferenza għaliha billi d-domanda 2448 ma tikkonċernax Traffic Signs u Street Paintings.
Leg 9 PQ #2724 Sitting 37 1998-12-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tad-Dwana li isimhom qed jintbagħat separatament humiex se jingħataw transfer kif indikat?

Response (DALLI, JOHN)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 2673.
Leg 9 PQ #2663 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1900?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1900 nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma nxtrawx vetturi bejn is-6 ta' Settembru u t-28 ta' Ottubru 1998.
Leg 9 PQ #2664 Sitting 36 1998-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Tigne' — Għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-proġett li l-Gvern qiegħed jinnegozja mal-konsorzju/i interessat/i dwar Tigne' huwiex qiegħed jemfasizza l-ħtieġa u l-bżonn ma' min qed jinnegozja li waħda mill-kondizzjonijiet tkun li l-għaqdiet sportivi diġa' eżistenti fil-post jingħataw post alternattiv f'Tigne' stess ta' l-istess spazju li għandhom illum jew li jibqgħu fejn qegħdin illum? Jista' l-Ministru jgħid xi protezzjoni qiegħed jagħti lil għaqdiet eżistenti f'Tigne' f'dan ir-rigward? Jekk l-għaqdiet jew uħud mill-għaqdiet se jitilfu posthom minn Tigne', jista' l-Minstru jgħid fejn l-għaqdiet, jew uħud mill-għaqdiet, se jingħataw post alternattiv u jekk humiex se jkunu ta' l-istess daqs u spazju? Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-għaqdiet li se jibqgħu f'Tigne' u liema huma l-għaqdiet li mhumiex se jibqgħu Tigne'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nassigura lill-Onor. Interpellant illi fin-negozjati li għaddejjin mal-Konsorzju li se jwettaq il-proġett ta' Manoel Island u Tigne' il-Gvern qed jassigura li l-għaqdiet sportivi kollha li hemm f'Tigne' jingħataw post alternattiv bi spazju adekwat fejn ikunu jistgħu jorganizzaw l-attivitajiet sportivi tagħhom kif għamlu sal-lum. Il-protezzjoni, jekk trid issejħilha hekk, illi l-Gvern qed jagħti lil dawn l-għaqdiet hija illi qed jiddiskuti magħhom biex jasal fi ftehim li jkun aċċettabbli għal kulħadd.