Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorita' tad-Djar — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fl-Awtorita' tad-Djar? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-Awtorita' tad-Djar ma sar ebda trasferimenti u ma hemm ebda ħsieb li jsiru. 14.1.99

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn id-29 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru, 1998 saru 8 trasferimenti mid-Dipartiment u 2 trasferimenti għal mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Dawn it-trasferimenti saru skond l-esiġenzi tas-servizz. Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qiegħed f'fażi fejn xogħol li kien qed isir Malta, beda jiġi proċessat ġo Għawdex. Fil-futur qarib hu ttamat li dan il-proċess jitkompla. Dan it-trasferiment ta' xogħol ser iġib miegħu trasferiment ta' ħaddiema, sew fid-Dipartiment kif ukoll barra mid-Dipartiment, skond kif ikun meħtieġ. 14.1.99

Djar ta' l-Anzjani — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Djar ta' l-Anzjani? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fid-Djar ta' l-Anzjani bejn id-29 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru, 1998 sar trasferiment wieħed. Dan sar fuq talba tal-persuna innifisha. Għalissa, m'hemm l-ebda ħsieb li jsiru trasferimenti oħra. 14.1.99
Leg 9 PQ #3098 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

DOI — Trasferimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fid-DOI? Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat illi matul il-perjodu msemmi kien hemm żewġ trasferimenti mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni. Dawn it- trasferimenti saru fuq talba personali ta' l-uffiċjali nvoluti. Fil-futur qarib jista' jkun hemm żewġ trasferimenti oħra, wieħed biex jiġi uffiċjalizzat transfer għas-Segretarjat Privat tiegħi u l-ieħor fuq talba ta' l-impjegat konċernat.

Ministeru tas-Servizzi Soċjali — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura (ta' l-Art u tal-Baħar) għandu reġistrat f'isem il-ministeru u f'isem id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura ġiet mixtrija għal ministeru jew għal xi wieħed mid-dipartimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 13.1.99
Leg 9 PQ #3087 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

l-Uffiċċju tal-VAT — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1988 fil-VAT Office? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li mid-29 t`Ottubru sal-31 ta` Diċembru 1998 saru żewġ (2) trasferimenti li jikkonċernaw id-Dipartiment tal-VAT. It-trasferimenti saru fuq talba ta` l-uffiċċjali kkonċernati. Għalkemm in-numru ta` trasferimenti jinżamm limitat kemm jista` jkun, dejjem jistgħu jinqalgħu ċirkustanzi fil-futur li jkunu jirrikjedu li jsir xi trasferiment.
Leg 9 PQ #3088 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fil-Pixxina Nazzjonali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Xejn.
Leg 9 PQ #3089 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-Budget — T rasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fl-Uffiċċju tal-Budget? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ma ngħataw ebda trasferimenti mill-Ministeru tal-Finanzi fil-perjodu msemmi. Kif jaf l-Onor Interpellant it-trasferimenti ta` impjegati fis-servizz pubbliku huma suġġetti għall-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #3090 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tal-Mużewijiet? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Xejn.
Leg 9 PQ #3091 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fil-PBS? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Xejn.

ETC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fl-ETC? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn id-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fil-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma ngħata l-ebda trasferiment. Il-"policy" hi li trasferimenti jingħataw biss jekk u meta jkun meħtieġ għall-effiċjenza tal-Korporazzjoni. 13.1.99
Leg 9 PQ #3081 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

NTOM — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fl-NTOM? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma saru l-ebda trasferimenti fin-National Tourism Organisation - Malta fil-perjodu msemmi fil-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #3082 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1988, fid-Dipartiment tad-Drenaġġ? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma saru l-ebda trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fid-Dipartiment tad-Drenaġġ.
Leg 9 PQ #3083 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 ma ingħataw l-ebda trasferimenti mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika għal Dipartimenti oħrajn.
Leg 9 PQ #3084 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu Pubbliku — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartimenti tal-Lottu Pubbliku? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Bejn id-29 ta` Ottubru u l-31 ta` Diċembru 1998, fid-Dipartiment tal-Lottu sar trasferiment wieħed biss. Madankollu l-persuna trasferita reġgħet ġiet trasferita lura lejn id-Dipartment fis-6 ta` Jannar, 1999. Għall-aħħar parti tal-interpelanza nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li r-risposta hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #3085 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fil-MFSC? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Kif diġa infurmajt lill-Onor Interpellant fir-risposta għall-mistoqsija tiegħu numru 461, il-Malta Financial Services Centre hija entita` b`uffiċċju wieħed u għaldaqstant ma jingħatawx trasferimenti.
Leg 9 PQ #3086 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Fil-perjodu imsemmi kien hemm total ta` 6 persuni trasferiti minn jew lejn id-Dipartiment. Tlieta minnhom kienu trasferiti lejn id-Dipartiment filwaqt li t-tlieta l-oħrajn ġew trasferiti lejn Dipartimenti oħrajn. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija jista` jingħad li l-persuni msemmija kienu trasferiti fuq talba tagħhom stess dejjem skond l-esiġenzi tad-Dipartiment. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, jekk meta fil-futur qrib isiru xi trasferimenti, dawn isiru skond il-proċedura stabbilita u skond l-esiġenza tas-servizz.
Leg 9 PQ #2890 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Talbiet mill-kunsilli lokali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1525, jista' l-Ministru jwieġeb fid-dettall dwar dawn it-talbiet li saru mill-1 ta' Jannar, 1998? Jista' jgħid ukoll fejn dawn it-talbiet ġew aċċettati jew rifjutati?

Response (BORG, TONIO)

Ma għandi xejn x'inżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2449 f'Seduta 31. 11.01.99
Leg 9 PQ #2891 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Għawm

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1528, jista' l-Ministru jgħid kif wasal għal ħlas tas-somma ta' Lm1,655 lill-Pixxina Nazzjonali u Lm1,500 lir-Razzett ta' Ħbiberija għal perijodu bejn Ottubru 1998 u Mejju 1999? Sal-lum il-ħlasijiet ta' skola Sport għas-sena skolastika li għaddiet tħallsu kollha fejn jirrigwarda Pixxina Nazzjonali, għalliema eċċ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-somma ta' Lm1,655 lill-Pixxina Nazzjonali tkopri l-ispiża kif se nsemmi: 23 sessjoni ta' 3 siegħat għall-użu ta' 4 lanes fil-Main Pool 23 sessjoni ta' 3 siegħat għall-użu ta' 2 lanes fid-Diving Pool 23 sessjoni ta' sagħtejn għall-Waterpolo Is-somma ta' Lm1,500 lir-Razzett tal-Ħbiberija jkopru l-użu tal-pixxina għal 30 sessjoni ta' tlett siegħat. Il-ħlasijiet ta' Skolasport għas-sena skolastika li għaddiet saru kollha.
Leg 9 PQ #2892 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ta' l-Istat - Tuck shops

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1527, jista' l-Ministru jgħid jekk meta saru spezzjonijiet minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Kummerċ, instabx li kollox kien kif suppost? Jekk fin-negattiv, jista' jagħti dettalji dwar fejn u għaliex kien hemm ksur ta' regolamenti? Għalkemm wieħed japprezza li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni m'għandux kontrolli fuq x'jinbiegħ f'tuck shops ta' skejjel tal-Knisja u privati, jista' jara huwiex possibbli li dawn l-ispezzjonijiet, b'kollaborazzjoni ma' l-awtoritajiet konċernati, jibdew isiru peress li għandi rapporti li qed jinbiegħu ħafna ċikkulata u prodotti oħra li mhumiex tajbin għas-saħħa tat-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Sezzjoni tal-Kontroll tal-Prezzijiet fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ intalbet darbtejn twettaq l-ispezzjonijiet meħtieġa. Sa llum jien informat li l-ispezzjonijiet qed isiru u, fil-ġejjieni, nistenna rapport sħiħ mid-Dipartiment tal-Kummerċ rigward x'instab fit-Tuck Shops kollha. Id-Diviżjoni ta'l-Edukazzjoni m'għandha ebda kontroll fuq it-tuckshops ta' l-iskejjel tal-Knisja u privati. Jekk ikun hemm xi rapport speċifiku, allura jiġi infurmat id-Dipartiment tal-Kummerċ.