Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fil-Maltacom? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fl-MDC? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi ma sarx trasferiment ta' ħaddiema fil-Malta Development Corporation.
Rigward trasferimenti fil-futur, dawn isiru meta u jekk ikun meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fl-ITS? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ma saru l-ebda 'transfers' mill-'Institute of Tourism Studies' fil-perjodu msemmi fil-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fil-Korporazzjoni Enemalta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-perjodu imsemmi saru 15-il trasferiment fil-Korporazzjoni Enemalta għar-raġunijet segwenti:-
2 wara li ħadu ħatra fi grad għola
2 wara li rritornaw wara perjodu jaħdmu f'dipartiment tal-Gvern
3 biex jimtlew vakanzi li nħolqu
3 fuq talba tagħhom stess
1 wara deċiżjoni dixxiplinarja
3 minħabba esiġenzi tas-servizz
1 minħabba kundizzjoni ta' saħħa
Trasferimenti futuri jsiru skond l-esiġenzi tal-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fil-Malta International Airport? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul il-perjodu msemmi, fil-Malta International Airport saru dawn it-trasferimenti:
Żewġ Airport Attendants intbagħtu jaqdu d-doveri tagħhom relatati għall-grad li għandhom.
Żewġ Security Assistant, minbarra x-xogħol normali tagħhom, ġew trasferiti biex jaqdu wkoll id-doveri ta' xufiera maċ-Chairman.
Il-Manager Human Resources irritorna biex jaqdi d-doveri relatati għall-grad tiegħu wara li fl-4 ta' Awissu 1998 kien ġie trasferit biex jaqdi d-doveri relatati għall-grad ta' Manager Procurement & Supplies.
Kull trasferiment li jista' jsir fil-futur ikun skond l-esiġenzi u l-ħtiġijiet tal-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Artijiet? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn id-29 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru, 1998, fid-Dipartiment ta' l-Artijiet ġie approvat transfer wieħed fuq talba tal-persuna nvoluta.
Bħal f'kull dipartiment ieħor, transfers minn u lejn dan id-dipartiment isiru skond l-esiġenzi tas-Servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
20.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fost il-gwardjani tal-Ħabs? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fid-Dipartiemnt tal-Passaporti? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li, fil-perijodu msemmi fil-Mistoqsija, ma ngħata ebda transfer mill-uffiċċju tal-Passaporti f'Malta, li jaqa' taħt ir-responsabbilita' tad-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili. Bħal f'kull dipartiment ieħor, transfers minn u lejn dan l-uffiċċju jsiru skond l-eżiġenzi tas-Servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
20.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fil-Korp tal-Pulizija? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li bejn id-29 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru, 1998, kien hemm 110 membru tal-Korp tal-Pulizija li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom.
Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 523 f'Seduta 10.
20.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżistix Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni fi ħdan il-Ministeru ta' l-Intern.
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għat-taqsima ta' l-Immigrazzjoni tad-Dipartiment tal-Pulizija, ninsab infurmat li bejn id-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998, kien hemm 18 il-membru tal-Korp tal-Pulizija f'din it-taqsima li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom.
Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 523.
20.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fl-Air Malta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fil-Pixkerija? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bejn id-29 ta' Ottubru 1998 u l-31 ta' Diċembru 1998 sar trasferiment wieħed biss fil-Pixkerija.
It-trasferiment sar minħabba fl-eżiġenzi tas-servizz.
Isiru trasferimenti fil-futur qarib jekk dan ikun ta' siwi għall-Pixkerija stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fl-Uffiċċju Konġunt? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li saret talba minn uffiċjal, fit-taqsima ta' Għawdex ta' l-imsemmi Dipartiment, għal trasferiment, liema talba għad qed tiġi kkunsidrata.
Bħal f'kull dipartiment ieħor, transfers minn u lejn dan id-dipartiment jsiru skond l-esiġenzi tas-Servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
19.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bejn id-29 ta' Ottubru 1998 u l-31 ta' Diċembru 1998 saru disa' trasferimenti minn sezzjoni għal oħra fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
It-trasferimenti saru minħabba fl-eżiġenzi tas-servizz.
Isiru trasferimenti fil-futur qarib jekk dan ikun ta' siwi għad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-I.D. Cards? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija, ma kienx hemm trasferimenti ta' Pulizija fl-uffiċċju tal-karti ta' l-identita' fid-Depot tal-Pulizija.
19.01.99
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fost l-impjegati tal-Qorti? Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
B'referenza għall-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija ta'
l-Onorevoli Interpellant, kien hemm impjegat wieħed li ġie
ttrasferit mill-Qorti għad-diviżjoni tas-Saħħa fi ħdan il-
Ministeru tas-Saħħa mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru
1998 u dan wara talba ta' l-istess impjegat.
Dwar l-aħħar parti ta' l-imsemmija mistoqsija parlamentari,
s'issa mhux previst li jsiru xi trasferimenti oħra għalkemm
id-Dipartiment jikkonsidra kwalunkwe trasferiment skond l-
esiġenzi tas-Servizz in ġenerali u ta' l-operat tal-Qrati
in partikolari.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fil-Forzi Armati ta' Malta? Jista' l-Prim MInistru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi kien hemm sitt
postings ta' individwi bejn Reġiment u ieħor fl-Armata.
Kien hemm ukoll 38 posting bejn Kumpaniji fl-istess
Reġiment, li wieħed minnhom kien jinvolvi ħaddiem pajżan.
Bħal ma għidt meta weġibt il-Mistoqsija Parlamentari Numru
441 fil-11 ta' Novembru 1998, il-postings kollha fil-
Forzi Armati ta' Malta jsiru fuq bażi regolari, skond il-
kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari u jieħdu in
kunsiderazzjoni l-effiċjenza u l-effettivita ta' l-Armata
kif ukoll l-aħjar interess tas-Servizz.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali? Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998 saru tliet
trasferimenti ta' impjegati mid-Dipartiment tal-Kunsilli
Lokali għal Dipartimenti tal-Gvern oħra. Kull trasferiment
sar fuq talba ta' l-impjegati stess.
Trasferimenti ta' impjegati minn Dipartimenti tal-Gvern,
inkluż id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, jsiru skond l-
esiġenzi tas-servizz pubbliku.
Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji — Trasferimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid ukoll jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, fid-Dipartiment tad-Djar? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi matul il-perjodu indikat, ma ingħataw l-ebda trasferimenti mid-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. It-trasferimenti fid-dipartimenti tal-Gvern huma regolati mill-esiġenzi tas-Servizz.
14.1.99