Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3573 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Computer scanners

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment? Jista'l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #3574 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment? Jista'l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid il-validita' ta' dan it-tip ta' mistoqsija. Japprezza li tinvolvi xogħol estensiv u ħin twil, lid-Dipartiment jista' juża b'mod ferm aħjar.
Leg 9 PQ #3575 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Fax machines

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tagħha dipartiment b'dipartiment? Tista' l-Ministru tgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex għandu b'kollox 56 fax machines. 5 minnhom jinsabu fis-Segretarjat Privat, 7 fid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi, 36 fid-Dipartiment tal-Customer Services u 8 fid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp. L-informazzjoni dwarhom hija kif tidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'din is-Seduta.

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fax machines li għandhom id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd huma dawn: Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi Ditta Meta nxtraw Prezz Canon 1990 Lm635 Lanier 1997 Lm595 Dipartiment ta' l-Agrikoltura Ditta Meta nxtraw Prezz Olivetti OFX 200 1995 Lm264 Samsung SF 505 1994 Lm240 Samsung 1989 Lm200 Xerox 7220 1992 Lm241 Xerox 7235 1996 Lm241 Ricoh Fax 09 1992 Lm400 British Telecom BT-DF50 1996 Lm160 Xerox 7235 1995 Lm156 Muratec M800 1997 Lm155 Fenner FF1 1996 Lm161 Ricoh Fax 110 1998 Lm145 Muratec M800 1998 Lm155 Ricoh Fax 110 1997 Lm160 Xerox 7235 1996 Lm178 Triumph Adler FX505 1996 Lm129 Ricoh Fax RF02 1997 Lm295 Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura Ditta Meta nxtraw Prezz Cannon 1995 Lm90 Ricoh 1996 Lm126 Ricoh 1997 Lm126.50 Dipartiment tas-Servizzi Veterinarju Ditta Meta nxtraw Prezz Cannon 350 1991 Lm546 Permanent Secretariat Ditta Meta nxtraw Prezz Olivetti 3200 1996 Lm395 Segretarjat Ditta Meta nxtraw Prezz Lanier 4110 1997 Lm595 Sanyo SFX115 1998 Lm138
Leg 9 PQ #3577 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 24.02.99

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment, b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta `scanners` fid-Dipartiment huwa hekk: Dipartiment Nru. Ditta Meta Nxtraw Prezz Avjazzjoni Ċivili 2 Hewlett Packard 12-03-98 Lm145 09-12-98 Lm170 Dipartiment tat-Toroq 1 Joyscan 10-12-98 Lm55
Leg 9 PQ #3567 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment, b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (REFALO, MICHAEL)

B'riferenza għall-Mistoqsija 3567 inkun grat jekk l-Onor. Membru jagħtini r-raġuni għaliex qed jagħmel din id-domanda biex meta ngħaddiha lid-Dipartimenti nkun ċert u ma nkunx qed naħlilhom ħin prezzjuż.
Leg 9 PQ #3568 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment, b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li fid-dekasteru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi hemm 10 scanners, kif indikat hawn isfel: DIPARTIMENT META DITTA KEMM SWEW NXTRAW -------------------------------------------------- ---------- Waste Management 1997 Philips LM 95. Building & Eng. Dept. 1998 Hewlett Packard LM140. Director General 1997 Hewlett Packard LM140. B.I.C.C. 1997 Apple Macintosh LM445. Env. Protection Dept. 1995 Genius Colour LM514. Env. Protection Dept. 1994 Page SP2 Laser Scanner 4800 SP LM514. P.C.C.U. 1998 Epson GT 6500 LM412. Waste Management 1997 Optico PRO LM 55. Segretarju Permanenti 1998 Hewlett Packard LM170. 1992 Genius M.S.U.
Leg 9 PQ #3569 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Dipartiment Numru u Ditta Meta Nxtraw Kemm swew Lm Ministeru 2 Hewlett Packard Scanjets 1996-97 578 Dwana 1 Hewlett Packard Scanjet 4C 1995 500 Kuntratti 1 Hewlett Packard Scanjet 4P 1996 289 Taxxi Interni 2 Hewlett Packard 1997 400 VAT Xejn -- -- Lottu Pubbliku Xejn -- -- Teżor Xejn -- --
Leg 9 PQ #3570 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew l-ispejjeż?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kif ġej: Ditta Meta Lm nxtraw Ministeru Brother (3) 14.12.98 Lm450-il wieħed Segretarju HP 18.5.98 Lm150 Parlamentari Direttur Ġenerali Genius (1) } HP (3) } 18.5.98 Lm150-il wieħed Mustek (1) } Dipartiment ta' Scanjet 5100C ___ ___ l-Eżamijiet HP Dipartiment tal- HP ___ Lm130 Mużewijiet Dipartiment tal- NMA HP 1996 porvduta mill- Libreriji u MITTS Arkivji Maritime HP ___ mgħotija Dipartiment tal- ___ ___ ___ Kultura

Ministeru għall-Politika Soċjali — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta'tad-dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. 23.2.99
Leg 9 PQ #3560 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Karozzi tal-kiri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1847, jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mis-6 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Diċembru, 1998? Lil min ingħataw? Kemm tlaħħaq l-ispiża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma kien hemm ebda 'direct order' mis-6 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Dicembru 1998. L-uniċi tlett 'direct orders' ġew mogħtija lil-'Garden of Eden Garage' għal kiri ta' tlett vetturi bil-'Lift', waħda f'April 1997 u tnejn f'Novembru 1997. Ir-rata kuljum għal kull vettura hija ta' Lm22 u l-ispiża globali sa l-aħħar ta' Jannar 1999 telgħet għal Lm34,408.00. Qed jittieħdu l-passi neċessarji biex fil-gimgħat li gejjin jinxtraw mill-Ingilterra, vetturi 'second hand' flokhom bil-ħsieb li titnaqqas drastikament l-ispiża.
Leg 9 PQ #3561 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment, b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid il-validita' ta' dan it- ta' mistoqsija. Japprezza li tinvolvi xogħol estensiv u ħin twil, li d-Dipartiment jista' juża b'mod ferm aħjar.
Leg 9 PQ #3562 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Computer scanners

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tagħha, dipartiment, b'dipartiment? Tista' tgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li hemm 7 computer scanners fil-Ministeru u d-dipartimenti u l-fergħat li jaqgħu taħtu. Dawn huma mqassmin kif imniżżel hawn taħt: i) Fis-Segretarjat Privat hemm scanner wiehed tad-ditta 'Target' li nxtara fl-14 ta' Diċembru 1998 bil-prezz ta' Lm40. ii) Fis-Segretarjat Permanenti u d-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi hemm 2 scanners tad-ditta 'Target' li nxtraw fl-24 ta' Novembru 1998 bil-prezz ta' Lm40 'l wieħed. iii) Fid-Dipartiment tal-Customer Services hemm b'kollox 4 scanners u l-informazzjoni dwarhom hija mogħtija hawn taħt: Fergħa/Uffiċċju Numru ta' Ditta Data ta' Prezz Rimarki Scanners meta xtraw Lm jew ingħataw Nutar tal-Gvern 1 IBM 1995 - ipprovdut mir- Reġistru Pubbliku ta'Malta Libreriji Pubbliċi 1 LEO 5.11.97 135.00 - Edukazzjoni 2 Scantale 17.4.97 185.00 - Dynotax 19.2.98 89.00 -

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (ZAMMIT, NINU)

Computer scanners li għandhom id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd huma dawn: Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi: Ditta Meta nxtraw Prezz Hewlett Packard Scanjet 5p 1994 Lm285 Hewlett Packard Scanjet 5p 1998 Lm149 Dipartiment ta' l-Agrikoltura: Ditta Meta nxtraw Prezz Genius 1994 Lm235 Genius 1996 Lm295 Hewlett Packard 1998 Lm145 Super 5 1998 Lm50 Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura: Ditta Meta nxtraw Prezz Plustek 1998 Lm62 Hewlett Packard 1998 Lm542 (jinkludi computer fujitsu) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarju: Ditta Meta nxtraw Prezz Hewlett Packard 1998 Lm149.35 Segretarjat: Ditta Meta nxtraw Prezz Genius 1999 Lm38
Leg 9 PQ #3564 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 22.02.99

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment, b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #3491 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Spetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ispetturi tas-saħħa m'għamlu l-ebda spezzjoni fit-tuck shops ta'l-iskejjel ta' l-Istat minkejja t-talba li saret mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fl-1 ta' Ottubru, 1998? Peress li skond il-Ministru ta' l-Edukazzjoni saret talba oħra fl-10 ta' Diċembru, 1998, jista'l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet? F'liema skejjel? Peress li l-iġjene u l-kwalita' ta' prodotti li jinbiegħu lill-istudenti huwa importanti minħabba s-saħħa tagħhom, jista' l-Ministru jara li dawn l-ispezzjonijiet isiru aktar spissi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-10 ta' Diċembru 1998 id-Dipartiment tas-saħħa rċieva kommunikazzjoni dwar spezzjonijiet ġo skejjel ta' l-istat mingħand id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni. Il-lista ta' dawn l-iskejjel ġiet mgħoddija lid-Dipartiment tas-Saħħa fis-16 ta' Diċembru 1998 u sussegwentement l-ispetturi tas-saħħa ġew ordnati jesegwixxu l-ispezzjonijiet neċessarji sa qabel l-aħħar ta' Dicembru 1998. Rapport ta' l-ispezzjonijiet ta' l-iskejjel skond il-lista mibgħuta intbgħatet lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fit-28 ta' Diċembru 1998. Rapport fuq żewġ skejjel partikolari li kienu nstabu magħluqa minħabba l-vaganzi tal-Milied ġew spezzjonati aktar tard u rapport dwarhom intbgħat lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni fit-12 ta' Jannar 1999. Lista ta' l-iskejjel spezzjonati hija annessa. Spezzjonijiet oħra f'dawn l-iskejjel huma ppjanati li jsiru skond l-Att dwar l-Edukazzjoni 24 tal-1988 u l-Avviż Legali 150 tal-1990 sabiex tiġi żgurata l-iġjene u l-kwalita' ta' prodotti li jinbiegħu lill-istudenti.
Leg 9 PQ #3492 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġiljan — Triq B'Kara - Għargħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi biex jitnaqqsu l-għargħar li jkun hemm fi Triq B'Kara, f'San Ġiljan kull darba li tagħmel ix-xita?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-Taqsima tax-Xogħlijiet qed tagħmel studju sabiex il-mina ta' l-ilma tax-xita li saret mill-Wied tal-Ballut, titkompla bl-istess mod sa fejn hemm it-Traffic Lights. B'hekk tiġi evitata l-possibilta' ta' għargħar li jkun hemm f'dawn l-inħawi.
Leg 9 PQ #3493 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Swimming Promotion Unit

Question

Peress li l-Ministru fit-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari numru 2521 qal li xi forma tat-taħriġ fl-għawm għat-tfal ta'l-iskejjel se jibda kmieni din is-sena, jista'l-Ministru jgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet dwar dan? Minbarra l-awtoritajiet fil-Pixxina Nazzjonali qed isiru xi taħdidiet ma' kapijiet ta'l-iskejjel ta'l-Istat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-twaqqif tas-Swimming Promotions Unit irid ikun studjat flimkien mat-tqassim ta' għalliema tal-P.E. fl-iskejjel tal-Gvern. Bħalissa hemm nuqqas ta' għalliema tal-P.E. partikolarment fl-iskejjel primarji. Għalhekk wieħed irid jara kif jista' jinbeda t-taħriġ ta' l-għawm fil-Pixxina mingħajr ma jnaqqas l-għalliema tal-P.E. fl-iskejjel. Fl-istudju dwar kif jista' jkun żviluppat it-taħriġ ta' l-għawm, s'issa saru diskussjonijiet ma'l-Education Officer ta' l-Isport.