Jista' l-Ministru jgħid x'insteraq eżatt mill-uffiċċju tas-CPS fil-lejl ta' bejn l-10 u l-11 ta' Frar, 1999? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar din is-serqa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jien infurmat li mill-uffiċċju tas-CPS insterqu dawn l-oġġetti:
2 in No. Printers
Fax Machine
Shredder Machine
Electric Oil Heater
Fridge
Electronic Typewriter
Computer Tower
Electric Heater
Electric Kettle
Travelling Bag
Wall Clock
Coffee Mug
Sample - Boots u Żraben
Stapler & Puncher.
L-istima ta' l-oġġetti misruqa tammonta għal Lm1296. Il-pulizija qed tmexxi l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.
Wara diversi talbiet li saru mill-Kunsill Lokali ta' Pembroke, jista' l-Ministru jieħu l-passi urġenti biex jitwaħħal bus shelter tal-karozzi tal-linja fi Triq Sant'Andrija, f'St. Andrews eżattament kif toħroġ mill-qasam tad-djar San Patrizju?
Jaf jew le l-Ministru li l-familji inkluż tfal, studenti, anzjani u ħaddiema li joqogħdu fil-qasam tad-djar imsemmi hawn fuq qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' periklu tat-traffiku kif ukoll ma' l-elementi naturali speċjalment fix-xitwa minħabba n-nuqqas ta' dan il-bus shelter?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wara laqgħa li saret madwar sena u nofs ilu bejn l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku u l-Kunsill Lokali ta` Pembroke, kien deċiż li l-Kunsill jipprovdi pjattaforma fil-post imsemmi biex imbagħad l-Awtorita` tkun tista` tistalla bus shelter fuqha. Din il-pjattaforma baqgħet ma saritx minn naħa tal-kunsill.
Dan l-aħħar reġgħet saret laqgħa oħra bejn l-Awtorita` u s-Segretarju tal-Kunsill, u l-Awtorita` kienet infurmata li l-pjattaforma se ssir fi żmien qasir. La darba jsir dan ix-xogħol ikun jista` jitwaħħal il-bus shelter.
Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqet l-ispiża tax-xogħol li sar dan l-aħħar fuq il-funtana li hemm fl-Isptar San Luqa eżattament quddiem il-bieb li minnu jidħlu l-viżitaturi?
Jista' l-Ministru jgħid: (1) min għamel ix-xogħol; (2) min kien responsabbli mix-xogħol; u (3) lil min sar il-ħlas tax-xogħol?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ispiża tax-xogħol li sar dan l-aħħar fuq il-funtana li hemm fl-isptar San Luqa, eżattament quddiem il-bieb li minnu jidħlu l-viżitaturi laħqet is-somma ta' Lm344.54
Ix-xogħol sar mill-ħaddiema tal-Isptar stess. Is-sezzjoni tal-'plumbing' tal-Isptar kienet responsabbli mix-xogħol.
Il-ħlas sar hekk:
Silvercraft Ltd Funtana Lm250
Bajada General Stores Żebgħa Lm15.05
AFS Ltd Materjal ta' plumbing Lm79.49
Jista' l-Ministru jgħid kemm suppost huwa l-complement tas-securities mal-Health Department, kemm spiċċaw u kemm hemm min qiegħed jagħmilha ta' security bl-uniformi u fil-fatt għadhom m'humiex securities?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dwar in-numru ta' Security Guards fid-Diviżjoni tas-Saħħa qegħdin isiru diskussjonijiet sabiex jiġi stabbilit in-numru meħtieġ skond il-workload.
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jispeċifika perjodu sabiex ikun jista' jinġabar in-numru ta' kemm Security Guards spiċċaw.
Wieħed u erbgħin(41) persuna qed jagħmlu xogħol ta' sigurta' bl-uniformi, iżda fil-fatt għad ma humiex fil-grad ta' Security Guard.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3312 jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' persuni li gawdew mill-għotja tar-rigal żgħir li ġie mogħti lilhom?
Jista' l-Ministru jintervjeni biex ir-rotta tal-karozza tal-linja Nru.42 tkun aktar frekwenti peress li meta l-karozza tasal Ta' Ġiorni qed tkun mimlija b'konsegwenza li għadd ta' studenti u ħaddiema jaslu tard għal iskola u għax-xogħol rispettivament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta` l-Onor. Interpellant għall-konsiderazzjoni ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' kostruzzjoni li saret bejn l-1994 u l-1996 fil-ġnien ta' fuq wara taċ-Ċentru Ħidma Soċjali? Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'annimali? Jista' jgħid kemm intnefqu flus f'paguni? Min kien responsabbli tax-xogħol u minn min saru?
Jista' l-Ministru jgħid lil min sar il-ħlas u jekk għal dan ix-xogħol inħarġux tenders, inġabrux kwotazzjonijiet jew ingħatax b'direct orders?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward annimali (għasafar) u pagun, nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li kienet ingħatat għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 2598 fi Frar 1997.
Rigward il-ġnien żgħir li ġie rranġat u li jinsab fuq wara taċ-Ċentru Ħidma Soċjali, ix-xogħol sar minn impjegati tal-Gvern u sar ukoll xogħol volontarju minn xi ħabsin.
Għalhekk, dan ix-xogħol la kien jirrekjedi tenders u lanqas kwotazzjonijiet. Peress li dan ix-xogħol sar minn impjegati tal-Gvern mhux possibli li tiġi kkalkolata l-ispiża għax l-ispiża kienet kważi kollha ta' pagi.
28.4.99
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 3317?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għad-domanda Nru. 3317 ingħatat waqt il-'question time' fis-seduta Nru. 71 u saru diversi mistoqsijiet supplimentari fuqha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-direttur tad-Dipartiment ta' l-Anzjani huwiex qiegħed juża karozza tal-Gvern?
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'petrol/diesel għal karozza li juża xahar b'xahar mill-bidu tal-ħatra tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iva, l-Aġent Direttur għall-Anzjani qiegħed juża karozza tal-Gvern. Dan bi dritt bħal Direttur oħra. Huwa beda juża din il-karoxxa mill-ewwel ġimgħa ta' Jannar 1999. Sakemm inġabret din l-informazzjoni (24.02.99) f'petrol kien intefaq Lm33.
28.4.99
Jista' l-Ministru jgħid x'salarju u x'allowances qiegħed jingħata l-Aġent Direttur tad-Dipartiment ta' l-Anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Aġent Direttur għall-Anzjani jitħallas bħala uffiċjal fi skala 7 u ma jitħallas l-ebda allowance li għandha x'taqsam ma din il-pożizzjoni. Il-post ta' Direttur għall-Anzjani suppost jitħallas bħala uffiċjal fi skala 4. Bħala gradwat, l-Aġent Direttur jirċievi qualification allowance ta' Lm12.50 fix-xahar.
28.4.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3295, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-informazzjoni mitluba, inkluż in-nefqiet dwar ir-riċevimenti in kwistjoni ngħatat diġa', ma narax l-iskop li wieħed joqgħod jipproduċi rċevuti ta' kull ma tħallas kif qiegħed jitlob l-Onorevoli Interpellant.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3303, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti relevanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li l-informazzjoni mitluba, inkluż in-nefqiet dwar ir-riċevimenti jew ikliet in kwistjoni ngħatat diġa', ma marax l-iskop li wieħed joqgħod jipproduċi rċevuti ta' kull ma tħallas kif qiegħed jitlob l-Onor. Interpellant.
27.4.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3302, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti relevanti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba, inkluż in-nefqiet dwar ir-riċevimenti jew ikliet in kwistjoni ngħatat diġa', ma narax l-iskop li wieħed joqgħod jipproduċi rċevuti ta' kull ma tħallas kif qiegħed jitlob l-Onor. Interpellant.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3300, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti relevanti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba, inkluż in-nefqiet dwar ir-riċevimenti jew ikliet in kwestjoni ngħatat diġa', ma narax l-iskop li wieħed joqgħod jipproduċi riċevuti ta' kull ma tħallas kif qiegħed jitlob l-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Riċevimenti
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3299, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-irċevuti relevanti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Peress li l-informazzjoni mitluba, inkluż in-nefqiet dwar ir-reċivimenti jew ikliet in kwistjoni ngħatat diġa, ma narax l-iskop li wieħed joqgħod jipproduċi rċevuti ta` kull ma tħallas kif qiegħed jitlob l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li s-sajjieda Maltin b'inġenji ta' mhux aktar minn 15-il pied jingħataw permess biex fix-xhur: nofs Frar, Marzu, April, Mejju u nofs Ġunju ikunu jistgħu jinkalaw il-parit kif ukoll l-Għażel tal-Kaħli, 'il ġewwa mill-plieri ndikati f'diversi nħawi ta'Malta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ir-regolamenti tas-Sajd (L.N. 205) jispeċifikaw li l-ebda parti jew għeżula ma jistgħu jkunu wżati l-ġewwa mill-plieri bejn il-15 ta' Frar u l-15 ta' Lulju.
Għalkemm hija fid-diskrezzjoni tad-Direttur li joħroġ permessi speċjali, s'issa qatt ma kien mogħti permess lil xi sajjied biex ikala xbiek fix-xhur indikati.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex bozza maqtugħa li tinsab fuq fond Nru. 6, Triq il-Kuċċard, San Ġiljan u ilha maqtugħa għal xhur sħaħ isirilha l-manutenzjoni meħtieġa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il-bozza msemmija saret fit-2 ta' Frar 1999.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3304?
Response (BORG, JOE)
Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3304 hija s-segwenti. Bħala premessa, irrid ngħid illi l-okkażjonijiet li nżammu matul il-perjodu ta' festi tal-Milied 1998 u ta' l-Ewwel tas-Sena ma nżammux separatament mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u mis-Segretarju Parlamentari iżda ġew organiżżati flimkien. L-okkażjonijiet kienu dawn:
21 ta' Diċembru 1998 Riceviment għall-Media lokali
22 ta' Diċembru 1998 Riceviment għall-istaff kollu
tal-Ministeru
6 ta' Jannar 1999 Bibita għall-Konsli onorarji f' Malta
7 ta' Jannar 1999 Bibita għall-Ambaxxaturi akkreditati
għal Malta, kemm residenti hawnhekk kif
ukoll barra minn Malta
L-Ispiża totali biex ġew organiżżati dawn l-okkażjonijiet laħqet Lm 2,415. Fl-okkażjonijiet kollha, is-servizzi ingħataw mill-kumpannija Neriku Catering Ltd bl-għajnuna ta' uffiċċjali mill-Ministeru. Mhix il-prassi, u l-anqas mhu meħtieġ, li f'dawn l-okkażjonijiet jinġabru kwotazzjonijiet. Madanakollu, il-Ministeru tiegħi jippprova kemm jista' jkun li, f'dan it-tip ta' okkażjonijiet, l-appalt jingħata lil kumpaniji differenti sakemm dawn ikunu jgawdu reputazzjoni ta' servizz effikaċi u spedizzjuz.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3294, jista' l-Ministru jpoġġi l-irċevuti konnessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba, inkluż in-nefqiet li saru għar-riċevimenti jew ikliet diġa ngħatat, ma narax l-iskop li wieħed joqgħod jipproduċi rċevuti ta' kull ma tħallas kif qiegħed jitlob l-Onor. Interpellant.