Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5829 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3625 peress li l-informazzjoni mitluba hija konnessa ma' infiq ta' fondi pubbliċi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m'għandi xejn iżjed xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 3625.
Leg 9 PQ #5855 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Riċevimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-parti tal-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3737, fejn l-informazzjoni mitluba skond il-Prim Ministru għadha qed tinġabar? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-irċevuti ta' l-infiq li diġa' ta risposta dovuta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tad-domanda. Rigward it-tieni parti tad-domanda, ninforma lill-Onor Interpellant li sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed jagħmel din it-talba, ma narax l-iskop li wieħed joqgħod ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji ta' l-irċevuti.
Leg 9 PQ #5307 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3587 peress li l-informazzjoni mitluba hija importanti u validissima? B'riferenza għar-risposta li ngħatat, jista' l-Ministru jgħid liema standing orders jobbligawni li nagħti d-dettalji kif mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li mgħandix iżjed xi nżid mar-risposta li diġa tajt.
Leg 9 PQ #5357 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Tas-Sliema — Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi mmedjati biex jitwaqqaf id-drenaġġ li qiegħed jiżbroffa fil-baħar fix-Xatt ta' Tas-Sliema peress li dan qiegħed joħloq ħafna rwejjaħ u perikli għas-saħħa, speċjalment għan-nies li joqogħdu fil-viċinanzi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li qiegħed isir programm biex is-sewer main fix-Xatt ta' Tas-Sliema jitnaddaf bil-jetting suction bowser u b'hekk jitwaqqaf id-drenaġġ li ħiereġ mill-overflow.
Leg 9 PQ #5358 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Computers

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3593 peress li l-informazzjoni mitluba hija importanti u validissima? B'riferenza għar-risposta li l-Ministru tani diġa' għal din il-mistoqsija, jista' jgħid minn liema standing orders toħroġ it-talba biex nagħti raġuni tal-mistoqsija?

Response (REFALO, MICHAEL)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li diġa' tajt fis-Seduta 88 għall-Mistoqsija Numru 4966.
Leg 9 PQ #5430 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3596 peress li din hija ta' interess minħabba infiq ta' fondi pubbliċi?

Response (GALEA, LOUIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba oriġinali.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Linji diretti tat-telephone

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3611?

Response (BORG, JOE)

L-Informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f`seduta oħra fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #5716 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Extra duty

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba b'dati l-pulizija għamlet voluntary extra duty mill-5 ta' Settembru, 1998 sat-28/2/99 fid-distretti tal-Mosta, Tas-Sliema, Ħal Luqa u Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

It-tagħrif dettaljat hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant jinħtieġ ħafna żmien u riżorsi biex jinġabar li ma nħossx li hu ġustifikat. Dwar in-numru ta` drabi li l-Pulizija għamlet extra duty fid-distretti fil-perjodu speċifikat fil-Mistoqsija ninsab infurmat kif ġej:- Mosta 680 Sliema 2,471 Luqa 797 Għawdex 824 10.05.99 (a.m.) Seduta 92

Servizzi soċjali — Meals on wheels

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammontaw l-anzjani li jgawdu mis-servizz tal-Meals on Wheels? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif tqassam dan is-servizz sena b'sena u lokal b'lokal sa minn meta ġie ntrodott?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' anzjani li jgawdu mis-servizz tal-Meals on Wheels huwa ta' 1098. Dawn iżda mhux kollha jieħdu l-ikel kuljum. Xi wħud minnhom infatti jużaw is-servizz f'ċertu żmien biss peress li dan is-servizz jintuża wkoll bħala 'respite'. Minn meta ġie ntrodott is-servizz tqassmu dawn l-ikliet: 1991 - 4,729 1992 - 19,585 1993 - 26,505 1994 - 33,526 1995 - 36,657 1996 - 40,910 1997 - 41,900 1998 - 42,151 Ma jinżamx rekord lokal b'lokal. 5.5.99

Servizzi soċjali — Telecare

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammontaw l-anzjani li jgawdu mis-servizz tat-Telecare? Jista' l-Ministru jgħid kif tqassam dan is-servizz sena b'sena u lokal b'lokal sa minn meta ġie ntrodott?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li jużaw is-servizz tat-Telecare huwa 6707. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija mhux possibbli li l-informazzjoni tingħata fil-forma mitluba peress li tinvolvi biċċa xogħol kbira biex tmur lura xi 9 snin. Pero' qiegħed nagħti l-istess informazzjoni sena b'sena mill-1993 sal-1998. 1993 - 3002 1994 - 3500 1995 - 4170 1996 - 5309 1997 - 6152 1998 - 6707 5.5.99
Leg 9 PQ #5167 Sitting 91 1999-05-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3583 peress li l-informazzjon mitluba hija importanti, validissima u ta' interess? B'riferenza għar-risposta li tani għall-mistoqsija parlamenti numru 3583, jista' l-Ministru jgħid minn liema standing orders jew regolamenti u fuq liema merti evalwa l-mistoqsija biex wasal għall-konklużjonijiet li wasal għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba oriġinali.

Djar — Ta' Ġiorni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni biex jitwaħħlu l-bibien tal-bejt fi Blokk J. Triq Francesco Balbi, Ta' Ġiorni peress li dan inqala' mill-ħaddiema tad-dipartiment biex jiġi mibdul u sal-lum għadu ma twaħħalx ieħor floku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa. 5.5.99

Djar — Ta' Ġiorni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jintervjeni biex Blokk I, Triq William Harding u Blokk I, Triq Francesco Balbi, f'Ta' Ġiorni ssirilhom tibjida ġenerali fil-parti komumi u kif ukoll it-tiswija tat-twieqi tal-komun u jinbidlu l-bibien tal-bejt peress li xejn ma' jinsabu fi stat pjaċevoli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa. 5.5.99

Ministeru għall-Affarijiet Barrarin — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3585?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar il-`fax machines` li jinsabu fil-Ministeru tiegħi, inklużi dawk fil-Missjonijiet Maltin barra minn Malta.
Leg 9 PQ #5059 Sitting 90 1999-05-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3574 peress li l-informazzjoni mitluba hija importanti u validissima? B'riferenza għar-risposta li tani diġa' għal din il-mistoqsija, jista' l-Ministru jgħid minn liema standing orders toħroġ it-talba tal-validita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5160 Sitting 90 1999-05-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3580 peress li l-informazzjoni mitluba hija importanti u validissima? B'riferenza għar-risposta li tani l-Ministru, jista' jgħid minn liema standing orders toħroġ it-talba tal-validita'?

Response (REFALO, MICHAEL)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li diġa' tajt fis-Seduta 88 għall-Mistoqsija Numru 4966.
Leg 9 PQ #5161 Sitting 90 1999-05-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent — Safety equipment

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għan-nuqqas ta' safety gloves u safety shoes fid-Dipartiment ta' l-Ambjent?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma jeżisti l-ebda nuqqas ta' safety gloves u safety shoes fid-Dipartiment ta' l-Ambjent.

Servizzi soċjali — Servizz ta' handyman

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm anzjani nqdew mis-servizz ta' handyman sena b'sena u lokal lokal minn meta ġie ntrodott is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda tan-numru ta' anzjani li nqdew mis-servizz tal-Handyman sena b'sena u lokal b'lokal. 5.5.99

Dipartiment ta' l-Anzjani — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, mill-5 ta' Settembru 1998 sas-26 ta' Frar 1999, kemm inħadmu sigħat ta' overtime mill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Anzjani? Jista' jgħid min huma li ngħataw dan l-overtime? Jista' jgħid kemm sigħat u kemm ħlas ingħataw f'overtime xahar b'xahar? F'liema sezzjonijiet tad-dipartiment jaħdmu l-ħaddiema msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jipprovdu rispettivament: (i) in-numru ta' siegħat ta' "overtime" li nħadmu, xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa Frar 1999, fit-Taqsima ta' l-Amministrazzjoni u fid-Djar għall-Anzjani tad-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani kif ukoll l-ispiża ta' din is-sahra (Tabella A); (ii) in-numru ta' siegħat ta' "overtime" li nħadmu, xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa Frar 1999, fit-Taqsimiet differenti tar-Residenza San Vinċenz de Paule (Tabella B). L-ammonti attwalment imħallsa lill-impjegati ta' din ir-Residenza f'dan il-perjodu diġa' ngħataw fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 6010. Ma naħsibx li jkun prudenti li nipprovdi nformazzjoni dwar l-ismijiet ta' dawk l-impjegati li rċevew dawn il-ħlasijiet. 5.5.99

Dipartiment ta' l-Anzjani — Karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm karozzi fid-Dipartiment ta' l-Anzjani? Meta nxtraw? Kemm swew? Kemm intnefqu flus f'manutenzjoni minn meta nxtraw karozza b'karozza? Minn min qed jintużaw? Liema karozzi qed jintużaw wara l-ħin normali tax-xogħol u minn min u għal liema raġuni? Kemm intnefqu flus f'petrol/diesel xahar b'xahar mill-5 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Frar, 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 5.5.99