Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5950 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u mil-liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Minsitru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (BORG, TONIO)

Fil-Ministeru ta' l-Intern ma hemm l-ebda persuna li hija 'seconded'. 12.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #5951 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u mil-liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Għandi nifhem li l-Onor Membru qed jirreferi għall-persuni li qegħdin fis-Segretarjat Privat tiegħi. Skond id-direttivi maħruġa fid-dokument 'Engagement of Staff for Private Secretariats' li kopja tiegħu tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998, m'hemm ebda persuna li hi 'seconded' minn xi entita' parastatali fis-Segretarjat Privat tiegħi. Dejjem skond l-istess dokument, ħadd mill-persuni fis-Segretarjat Privat tiegħi ma hu maħtur fuq xi bord jew kumitat minn fejn qed jitħallas xi forma ta' rimunerazzjoni. Nagħmel ukoll riferenza għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija 3455 fejn hemm elenkat l-ismijiet tal-persuni kollha li sallum jagħmlu parti mis-Segretarjat Privat tiegħi.
Leg 9 PQ #5952 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn huma n-nies seconded mal-ministeru tagħha u mil-liema entita' ġejjin? Tista' l-Ministru tgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Tista' l-Ministru tgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Tista' l-Ministru tgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm l-ebda persuna li hija ssekondata mal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #5983 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni Libjani — work permit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni ta' nazzjonalista' Libjana li għandhom residence permit u work permit illum? X'tip ta' xogħol jagħmlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa hawn 3 persuni ta' nazzjonalita` Libjana li qegħdin hawn Malta permezz ta' Residence Permit. Infakkar lill-Onor. Interpellant li persuni li qed jgħixu hawn bis-saħħa ta' Residence Permit ma jistgħux jaħdmu f'Malta. Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta' persuni Libjani li għandhom liċenzja ta' impjieg biex jaħdmu Malta huwa 113. Dawn jagħmlu diversi xogħlijiet bħalma huma Diretturi ta' kumpaniji, Managers, Għalliema, Konsulenti u Sportsmen fost oħrajn kif jidher mill-lista ta' nies barranin li għandhom liċenzja ta' impjieg li tiġi ppublikata kull xahar mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni. 12.05.99 (a.m.)

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u minn liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal dawk il-persuni sekondati mat-tlett segretarjati privati li hemm fil-Ministeru tiegħi. L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:- Isem Entita` Salarju Allowance LM LM Dalli Antonia Air Malta 3428 720 Gatt Patrick Malta Freeport 3429 1320 Mifsud Saviour Maltapost 4942 900 Oliva Joseph Malta Freeport 4942 900 Pisani Raymond Malta Freeport 3429 1320 Scerri Marthese Enemalta 3998 720 Tonna Karen Enemalta 3998 720 Hadd mill-persuni li qed jaqdu d-doveri tagħhom fis-Segretarjati Privati tal-Ministeru mhu appuntat fuq xi bord jew kumitat.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u minn liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Ms Carmen Burlo` hija l-unika persuna mislufa mill-Universita ta` Malta. Din qiegħda mad-Department of Corporate Services u għandha salarju ta` LM4561.

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u minn liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-nies seconded mal-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd huma: Joseph Grixti (I.D. 85551M) Welder mill-Malta Drydocks li jirċievi salarju ta' Lm399.24 gross kull erba' ġimgħat. Joseph Refalo (I.D. 324962M) Assistant Fitter mill-Malta Drydocks li jirċievi salarju ta' Lm380.44 gross kull erba' ġimgħat. Hadd minnhom ma jirċievi allowances. Hadd minnhom ma huwa appuntat f'bordijiet u Kumitati.
Leg 9 PQ #5945 Sitting 95 1999-05-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u minn liema entita' ġejjin? Jista' jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li hemm Office Attendant mad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni li kien ġie seconded mill-Awtorita tax-Xandir fl-1983. Is-salarju li jirċievi huwa ta' Lm3817 fis-sena u ma qiegħed fuq ebda bord jew kumitat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u minn liema entita' ġejjin? Jista' jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (BORG, JOE)

L-unika uffiċċjal li hija sekondata mal-Ministeru tieghi fil-preżent hija s-Sinjorina Claire Scerri, li hija Skrivana ma' l-Awtorita' tad-Djar, u għandha salarju, bħala Uffiċċjal tas-'Secretariat Pool' ta Lm 3,998 fis-sena, kif ukoll 'allowances' ta' Lm 100 fix-xahar għal xogħol wara l-hin li jkollha tagħmel bħala membru tas-Segretarjat tiegħi. Hi mhi membru ta' ebda Bord jew Kumitat.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-ministeru tiegħu u mil-liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġibiet li kont tajt għall-Mistoqsijiet Nru. 3451 u 5840. Dawn jinkludu l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Membru fl-ewwel parti tal-Mistoqsija tiegħu. Is-salarji u l-'allowances' li jirċievu dawn l-impjegati huma indikati fid-dokument dwar 'l-Ingaġġ ta' mpjegati fis-Segretarjati Privati' li kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ebda wieħed minn dawn l-impjegati m'hu qiegħed f'xi Bord li jaqa' taħt dan il-Ministeru u li jinvolvi xi ħlas ta' flus jew, b'danakollu, f'xi wieħed mill-Bordijiet fejn m'hemmx ħlas. 11.5.99
Leg 9 PQ #5856 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Kartolini tal-Milied

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3738 peress li din tikkonċerna infiq ta' fondi pubbliċi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija Numru 3738.
Leg 9 PQ #5937 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma u min huma t-tobba, nurses u mpjegati oħra ta' nazzjonalita' barranija li jaħdmu fl-isptarijiet ta' pajjiżna? Jista' l-Ministru jgħid minn liema nazzjon ġejjin, x'kuntatt għandhom u x'salarju qed jirċievu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant in-numru ta' tobba, infermiera u mpjegati oħra ta' nazzjonalita barranija li jaħdmu fl-isptarijiet fid-Diviżjoni tas-Saħħa huma 93. L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej: Tobba 12 Republika Slovakka 3 Republika Ceka 15 Polonja 5 Bosnia 6 Yugoslavja 1 Macedonja 1 Italja 1 Ingilterra 1 Olanda ____ 45 ____ Infermiera 7 Ingilterra 2 Bosnia 1 Pakistan 2 Bulgaria 5 Jugoslavia 3 Repubblika Slovakka 2 India 6 Nigeria 3 Albanija 1 Palestina 3 Polonja 1 Macedonia 1 Filippini 1 Canada ____ 38 ____ Radiographer 1 Nigeria 1 Yugoslavia 1 Norvegja 1 Ingilterra 1 Filippini 1 Albanija 1 Palestina ____ 7 ____ Scientific Officer 1 Ingilterra Podologist 1 Ingilterra Perfusionist 1 Ingilterra Il-Kuntratt ta'l-imjegati indikati hawn fuq, ħlief fil-kaz ta' Perfusionist, żewġ konsulenti u żewġ Radiographers huwa ta' sena li jista jiġġedded u s-Salarju tagħhom huwa bħala dak tal-Maltin. Fil-każ tal-Perfusionist, 2 konsulenti u 2 Radiographers id-dettalji relattivi huma kif jidhru hawn taħt: Kuntratt Salarju Perfusionist 3 snin Lm15,915 għas-sena 1999 Lm16,550 għas-sena 2000 Lm17,213 għas-sena 2001 Konsulent 7 snin Lm35,000 Konsulent 3 snin Lm42,000 2 Radiographers 1 sena Lm16,200
Leg 9 PQ #5938 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma t-tobba, nurses u mpjegati fl-isptarijiet Maltin li huma Għawdxin? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb tal-gvern li dawn il-ħaddiema jintbagħtu jaħdmu fil-gżira Għawdxija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru ta' tobba, nurses u mpjegati fl-isptarijiet Maltin li huma Għawdxin huwa ta' 106. It-trasferimenti ta' mpjegati minn Malta għal Għawdex isir skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #5939 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Impjegata

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ġiet impjegata ma' l-Institute of Tourism Studies? Jista' l-Ministru jgħid:- 1) ħarġitx call for applications; 2) ma' min huwa mpjegat; 3) x'kariga qed jokkupa; 4) x'inhi n-neċessita' ta' din il-kariga; 5) x'inhu l-job description; 6) x'inhuma l-kondizzjonijiet li ngħata; u 7) x'salarju qed jingħata u minn fejn qed jitħallas dan is-salarju?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-persuna indikata fil-Mistoqsija mhux impjegat ma' l-'Institute of Tourism Studies' imma ġie ngaġġat bħala konsulent fuq bażi 'part-time'. Għall-ingaġġ ta' konsulent m'hemmx ħtieġa li toħrog sejħa għall-applikazzjoni. Il-kuntratt huwa bejn in-'National Tourism Organisation - Malta' u l-konsulent, li jrid jaqdi dmiru fl-'I.T.S.'. Il-kariga ta' konsulent hija dik ta' 'Catering Facilities Manager' u d-dmirijiet tiegħu jinkludu: * li jiżgura t-tmexxija tat-'training kitchens' ta' l-Istitut u li jara' li l-'istandards' ta' saħħa, iġene u sigurta' jkunu ta' l-ogħla kwalita'; * li jkun responsabbli għat-tmexxija ta' l-'istores' u jiżgura 'stock' adegwat u ta' l-ogħla kwalita', kontroll sħiħ fix-xiri ta' ħwejjeġ ta' l-ikel fuq bażi ta' 'Open Market Buying' dan wara li jintalbu 'quotations' mingħand diversi 'wholesalers', u jara' li dawn ikunu maħżuna professjonalment; * li jiżgura li t-tagħmir fil-kċejjen ta' l-Istitut ikun fl-aħjar stat ta' operazzjoni u li jiżgura l-manutenzjoni tagħhom issir fuq bażi regolari; * li jrid jirraporta lill-'Principal Lecturer (Food and Beverage Operations)' u li jrid jimplimenta l-'policies' u l-proċeduri kif mogħtija lilu. Ninsab infurmat ukoll li nħasset il-ħtieġa għall-ingaġġ ta' konsulent minħabba t-tmexxija xejn tajba li biha kienu qed jitmexxew l-'istores' ta' l-'I.T.S.'. Il-persuna li qabel kienet tmexxi dawn l-'istores', filwaqt li kien responsabbli għax-xiri ta' ħwejjeġ ta' l-ikel, kien ukoll jeħodhom 'on charge' u fl-istess ħin kien joħroġhom lill-'lecturers' jew studenti. Barra minn hekk kien hemm diversi każijiet fejn ix-xiri sar minn 'supermarkets' u l-prezz mitlub ma kienx kompetittiv. L-anqas ma kienet tintuża sistema ta' 'bin cards' bil-konsegwenza li ma kienx hemm 'stock control'. Barra minn hekk ma kenitx tintuża s-sistema 'first-in first-out', b'konsegwenza li ikel, bħal ħut u laħam, kien jibqa' fil-'cold rooms' għal żmien twil, u f'ċertu każijiet kellu jintrema. Skond il-kuntratt, il-konsulent ġie ngaġġat għal sena u jrid jagħti mhux anqas minn ħamsa u għoxrin (25) siegħa fil-ġimgħa. Is-salarju ta' dan il-konsulent huwa ta' Lm5,850 fis-sena u jitħallas mill-'I.T.S.'.
Leg 9 PQ #5940 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u minn liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija numru 3514; mid-data ta` din it-tweġiba sar kuntratt ma` erba` persuni oħra, jiġifieri: Mario Cardona Secretariat Pool Public Officer Victor Caruana Secretariat Pool Public Officer Frank Zammit Secretariat Officer On Contract Josette Abdilla Cunningham Secretariat Officer Mid-Med Bank
Leg 9 PQ #5941 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u minn liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Enemalta — Lampi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu u kemm ġew approvati lampi ġodda mis-6/9/98 sat-28/2/99?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perjodu msemmi twaħħlu 244 lampa ġdida u kien hemm approvazzjoni għat-twaħħil ta' 672 lampa ġdida.
Leg 9 PQ #5728 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3619 għar-raġuni li fiha tintalab informazzjoni relatata ma' infiq mill-fondi pubbliċi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ma jfissirx li għax mistoqsija tkun waħda li tirrigwarda nfiq minn fondi pubbliċi ma tistax tkun ukoll waħda intrinsikament frivola. F'dan il-każ jidhirli li biex jinġabar it-tagħrif mitlub jinħela ħafna żmien prezzjuż li jista' jiġi utilizzat għal xogħol aktar produttiv. Madankollu jekk l-Onor Membru għandu xi każ partikulari li dwaru jrid tagħrif lest biex niġborlu l-informazzjoni. Nerġa' ntenni l-istedina li għamiltlu biex l-Onor Membru jagħmel kontrol personali tal-fatti u ġbir ta' informazzjoni.
Leg 9 PQ #5784 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3616 għar-raġuni li fiha tintalab informazzjoni relatata ma' nfiq mill-fondi pubbliċi?

Response (GALEA, LOUIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba diġa` mogħtija.
Leg 9 PQ #5813 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inħarġx xi permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-estensjoni ta' barriera bid-dħul tagħha jkun mill-Fortizza tal-Għargħur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-dħul għall-estensjoni tal-barriera tal-qawwi f'Birguma li għaliha inħareġ permess mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar huwa l-istess wieħed li jagħti għall-fortizza tal-Għargħur. Fl-għoti ta' dan il-permess ittieħdu dawk il-konsiderazzjonijiet kollha li huma meħtieġa biex l-istrutturi li jagħmlu parti mill-fortizza ma jiġux effettwati ħażin bħala riżultat tal-operat ta' l-imsemmi sit. 10.05.99 (p.m.)