Legislature:
Category:
Reset
Active:

Posta Ltd. — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' Posta Ltd. mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi posta tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-amministrazzjoni tal-Maltapost plc taqa` taħt il-Ministeru ta` l-Affarijiet Ekonomiċi. Għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub li jressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Dipartiment tal-Liċenzji — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Liċenzji mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jew ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma kien hemm ebda mpjieg ta` ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Liċenzji bejn l-1 ta` Jannar sas-26 ta` April, 1999.

PTA — Impjgati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fl-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku f`April kienet impjegata skrivana wara li l-ewwel saret applikazzjoni interna, imbagħad kienu intervistati persuni mibgħuta mill-ETC, u wara, peress li minn dawk li ntbagħtu mill-ETC ma nstab ħadd bl-esperjenza meħtieġa, kien pubblikat avviż fil-ġurnali ta` kuljum fi Frar li għadda. Il-persuna impjegata kienet fost dawk li applikaw wara l-pubblikazzjoni ta`l-avviż fil-Ġurnali.

Awtorita' Marittima — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Awtorita' Marittima mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-Awtorita` Marittima mpjegat tlett (3) ħaddiema ġodda bejn l-1 ta` Jannar 1999 u 26 t`April 1999 - żewġ (2) Flag & Port State Control Inspectors u Registrar. L-ewwel Inspector irraporta għax-xogħol għall-ewwel darba fit-18 ta` Jannar 1999 u t-tieni wieħed irraporta għall-ewwel darba fit-22 ta` Jannar 1999. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet saret fil-gazzetti lokali f`Awissu 1998. It-tielet impjegat, dak ta` Registrar, imtela` minn persuna li ġiet `detailed` mill-Public Service. Dan irrapporta għall-ewwel darba fit-2 ta` Jannar 1999`.

Avjazzjoni Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma kien hemm ebda impjieg ta` ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Ċivili bejn l-1 ta` Jannar 1999 u s-26 ta` April 1999.
Leg 9 PQ #6365 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Turiżmu mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema li ġew impjegati fid-Dipartiment tat-Turiżmu fil-perijodu msemmi huma dawn: 'Casual/Part-time Typist' fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru; 'Manager, White Rocks Holiday Complex' bħala konsulent għal żmien definit ta' sitt xhur; u 'Part-time Catering Facilities Manager' fl-'Institute of Tourism Studies' bħala konsulent għal żmien definit ta' sena. Fuq bażi permanenti b'kuntratt indefinit man-'National Tourism Organisation - Malta' u li jaqdu dmirhom fl-'Institute of Tourism Studies', kienu mpjegati dawn in-nies: 'Guidance and Counselling Officer' 'Assistant Lecturer, Health and Hygiene' 'Assistant Lecturer, Marketing' 'Lecturer, Food Preparation and Production' 'Assistant Lecturer, Food Preparation and Production' 'Assistant Lecturer, Food and Beverage Service'. Ninsab infurmat ukoll li dawn kollha ġew impjegati wara l-approvazzjoni ta' l-'Employment and Training Corporation' u wara li ħarġu sejħiet pubbliċi għall-applikazzjonijiet u l-avviżi ġew ippubblikati fil-gazzetti lokali.
Leg 9 PQ #6354 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Mużewijiet? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April, kellna 'transfer' wieħed ta' ħaddiem tad-Dipartiment tal-Mużewijiet. Dan it-'transfer' kien ta' General Hand, u sar mid-Dipartiment tal-Mużewijiet għad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni. Ir-raġuni hi li l-individwu talab li jiġi trasferit f'dan id-Dipartiment. Ta' min jinnota li f'dan il-perjodu kien hemm 'transfer' ta' Principal mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għad-Dipartiment tal-Mużewijiet, li sar ukoll fuq talba ta' l-istess individwu.
Leg 9 PQ #6355 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Kultura — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers, mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Kultura? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Jannar 1999 ġew trasferiti mid-Dipartiment tat-Turiżmu għad-Dipartiment tal-Kultura, Uffiċjal Eżekuttiv, tlett skrivani, żewġ Senior Tradesman u żewġ General Hand minbarra skrivan wieħed li ġie trasferit mid-Dipartiment tas-Saħħa. F'Jannar skrivana ġiet trasferita mid-Dipartiment tal-Kultura għad-Dipartiment tas-Saħħa. Fi Frar u f'Marzu ma sar ebda trasferiment. F'April ġew trasferiti żewġ General Hand mid-Dipartiment tal-Kultua għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni waqt li żewġ General Hand, (wieħed mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-ieħor mill-Malta International Airport) ġew trasferiti fid-Dipartiment tal-Kultura. It-trasferimenti ta' dawk mid-Dipartiment tat-Turiżmu saru bħala riżultat tal-bidla fir-risponsabbilita' tal-Mediterranean Conference Centre mill-Ministeru tat-Turiżmu għal dak ta' l-Edukazzjoni. Għar-rigward tat-trasferimenti l-oħra dawn saru minħabba l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #6356 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tal-PBS? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u s-26 ta' April, 1999, fil-PBS saru sitt trasferimenti bil-ħsieb li jkun hemm tqassim aħjar ta' xogħol u personnel, dejjem skond l-esiġenzi tal-kumpanija u skond kif previst mill-Ftehim Kollettiv.
Leg 9 PQ #6357 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mediterranean Conference Centre — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema taċ-Ċentru tal-Mediterran tal-Konferenzi? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn 1 ta' Jannar 1999 u 26 ta' April 1999 ma ingħata ebda transfer lill-ħaddiema fiċ-Ċentru tal-Konfernzi.

IPSE — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-IPSE, mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu msemmi ġew impjegati 4 ħaddiema ġodda ma` l-IPSE. Dawn il-ħaddiema ġew ingaġġati wara li ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi.

MDC — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-MDC, mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjoniet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-M.D.C.

Qrati tal-Ġustizzja — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fil-Qrati tal-Ġustizzja? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GATT, AUSTIN)

B`referenza għall-mistoqsija ta` l-Onorevoli interpellant, kien hemm sitt impjegati li ġew trasferiti mill-Qrati tal-Ġustizzja għal xi Dipartiment ieħor mill-1 ta` Jannar sas-26 ta` April 1999. Minn dawn, tnejn biss għadhom ġew uffiċjalment ittrasferiti permezz ta` ittra mill-Management & Personnel Office. F`kull kaz, it-trasferimenti saru wara talba ta` l-istess impjegati. Trasferiment ta` l-impjegati tal-Gvern isiru skond l-esiġenzi tas-servizz in generali u ta` l-operat tad-dipartiment konċernat b`mod partikolari.

ETC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fl-ETC? Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' "transfers" li ngħataw fil-Korporazzjoni mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 kienu 10. Dawn kienu hekk: 1 ġie trasferit b'riżultat ta' passi dixxiplinarji 6 b'riżultat ta' promozzjonijiet 1 wara talba tal-persuna stess 2 skond l-esiġenzi tas-servizz Ma huwiex fil-ħsieb li jsiru aktar "transfers" fil futur qarib fil-Korporazzjoni. 12.5.99
Leg 9 PQ #6350 Sitting 97 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina nazzjonali — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasnfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fil-pixxina nazzjonali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ingħataw ebda transfers lill-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali matul il-perjodu indikat.
Leg 9 PQ #6351 Sitting 97 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn Jannar u April kien hemm 12-il persuna li ġew trasferiti għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u 17-il persuna oħra li ġew trasferiti mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għal Dipartimenti oħra. Kważi t-trasferimenti kollha saru wara talba ta' l-istess individwi. Fid-Dipartiment Servizzi għall-Istudenti u Relazzjonijiet Internazzjonali ma ngħatawx transfers fiż-żmien indikat. Pero` fil-Youth Service Organisation, Clerk u Executive Officer talbu għal transfer u dan ġie mogħti. Mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 saru 26 trasferiment fit-taqsima tal-Minor Staff. Uħud minn dawn it-trasferimenti saru wara talbiet mill-istess ħaddiema waqt li oħrajn ġew imwettqa skond il-ħtiġijiet tad-Diviżjoni sabiex f'kull każ jinqdew aħjar l-iskejjel. Ingħataw tliet transfers mis-settur post-sekondarju bejn 1 ta' Jannar u 26 ta' April 1999. Ir-raġuni prinċipali li għaliha ingħataw dawn it-transfers hija illi t-transfer intalab mill-ħaddiema infushom. M'hemm ebda ħsieb illi jsiru aktar transfers fil-futur qrib fuq il-post tax-xogħol imsemmi.
Leg 9 PQ #6352 Sitting 97 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel statali — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers, mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-għalliema fl-iskejjel statali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn l-1 ta' Jannar 1999 u s-26 ta' April 1999, fl-iskejjel Primarji, Sekondarji, Junior Lyceums u skejjel tas-Snajja' ingħataw transfers kif se nsemmi: 2 Kapijiet ta' Skejjel 7 Assistenti Kapijiet ta' Skejjel 14 Għalliema Regolari 1 Għalliema Temporanja 4 Part-Time Instructors 2 Supply Teachers Dawn it-trasferimenti seħħew sabiex jintlew vakanzi eżistenti bħala riżultat ta' riżenji ta' membri ta' l-istaff, promozzjonijiet, ħruġ ta' għalliema fuq Maternity Leave, Sick Leave jew eżiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #6353 Sitting 97 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bibljoteka Nazzjonali — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tal-bibljoteka nazzjonali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn l-1 ta' Jannar 1999 u s-26 ta' April 1999, żewġ ħaddiema tal-Biblioteka Nazzjonali għal raġunijiet diversi ingħataw trasferiment.
Leg 9 PQ #5948 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u mil-liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ebda persuna m'hi seconded mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #5949 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-ministeru tiegħu u mil-liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li m'hemm l-ebda persuna 'seconded' mal-Ministeru tas-Saħħa. Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Membru għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 139.