Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Ambulanzi mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fit-taqsima tat-Trasport la mill-1 ta'
Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 u lanqas meta ħarġu l-applikazzjonijiet għall-postijiet ta' Ambulance Driver.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Saħħa mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' mpjegati ġodda mad-Diviżjoni tas-Sahha mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 huma sbatax:
L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej:
Grad Nru Data tas-sejħa
għall-applikazzjonijiet
Physiotherapist 3 11.11.98
Staff Nurse 2 06.11.98
Enrolled Nurse 1 11.11.98
Pharmacist 1 18.03.99
Pharmacy Technician 1 09.06.98
-----
8
_____
9 House Surgeons (Dentistry) ġew impjegati fuq bażi każwali fit-12 t'April 1999. F'dan il-każ ma toħroġx sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda saret rakkomandazzjoni fit-12 t'April 1999 stess lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Publiku għall-ħatra tagħhom fuq bażi permanenti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-Ċentru Ħidma Soċjali mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall- imsemmi mpjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-1 ta' Jannar 1999, sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment Ħarsien tal-Familja ma daħlu l-ebda impjegati ħaddiema ġodda.
19.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda bħala CSA mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-1 ta' Jannar sas-26 t'April, 1999 daħlu 26 CSA's ġodda.
Applikazzjoni ufficjali kienet ħarġet waħda biss, fl-1990.
Applikazzjonijiet baqgħu jiġu aċċettati matul is-snin ta' wara.
L-Applikazzjonijiet ta' dawk li ġew ingaġġati kienu magħmula hekk:
1997 5
1998 15
1999 6
TOTAL 26
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ETC mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 ġew impjegati tnax (12) il-persuna fil-grad ta' skrivani.
Dawn l-ingaġġi saru wara li ġew intervistati persuni li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol. Dawn il-persuni kienu ġew magħżula skond il-prijorita' tar-reġistrazzjoni.
19.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Aġenzija Sedqa mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn l-1 ta' Jannar, 1999 u s-26 ta' Apri, 1999, l-Aġenzija Sedqa:
1. Impjegat 2 ħaddiema ġodda;
2. L-applikazzjonijiet għal dawn l-impiegi, ħarġu fi Frar u Marzu, 1999;
3. Ma kien hemm l-ebda mpieg ġdid mingħajr applikazzjoni.
19.5.99
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Forzi Armati mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi, persuna waħda biss ġiet impjegata fil-Forzi Armati. Dan l-impjieg fil-fatt kien ri-ingaġġ ta' uffiċjal peress li l-individwu kien diġa serva fil-Forzi Armati għal madwar 6 snin u disa xhur qabel ma rriżenja fil-15 ta' Ottubru 1998. Dan l-ingaġġ seħħ fid-9 ta' Jannar 1999, wara li l-Forzi Armati rrakkomandaw it-talba ta' l-individwu, għax kien ta benefiċċju kbir għall-Armata minħabba il-korsijiet speċjaliżżati li kien għadda l-istess uffiċjal.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-M.F.C.S. mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta` Jannar 1999 u s-26 t`April 1999 ġew impjegati ħames ħaddiema ġodda.
L-ewwel sejħa għal applikazzjonijiet saret f`Lulju 1998 u t-tieni sejħa saret f`Jannar 1999 (ETC Permit 78\98). Mill-ewwel sejħa ħadd ma ġie impjegat u mit-tieni sejħa ġew impjegati żewġ ħaddiema ġodda - waħda fid-19 ta` April 1999 u l-oħra fis-26 ta` April 1999.
Saret sejħa oħra għal applikazzjonijiet f`Diċembru 1998 (ETC Permit 140\98). Ġiet impjegata persuna waħda b`effett minn 1 ta` Marzu 1999.
Ġew impjegati żewġ persuni oħra f`1 ta` April 1999 minn fost persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol ma` l-ETC. (ETC Permit 30\99).
Għall-aħħar parti tal-Mistoqsija ir-risposta hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Bank Ċentrali mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DALLI, JOHN)
Din hija l-informazzjoni mitluba:
a. Fil-perjodu bejn l-1 ta` Jannar 1999 sas-26 t`April 1999 ġew impjegati
8 impjegati ġodda mal-Bank Ċentrali.
b. L-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi ħarġu f`dawn id-dati:
Skrivani Grad B 16 t`Ottubru 1998 (Gazzetta tal-Gvern)
Trainee Research Officer Novembru 1998 (Gazzetti Lokali)
Permess ta` l-ETC (Nru. 134\98
Legal Officer Novembru 1998 (Gazzetti Lokali)
Permess ta`l-ETC Nru. 132\98
c. Ma kien hemm l-ebda impjieg ta` ħaddiema ġodda mingħajr
applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-Ċentru tal-Mediterran tal-Konferenzi mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjiegi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-PBS mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn l-ewwel ta' Jannar, 1999 u s-26 ta' April, 1999, fil-PBS ġiet impjegata persuna waħda - bħala messaġġier fis-26 ta' April, 1999.
L-ingaġġ sar permezz tar-Reġistru ta' l-E.T.C. Part 1 (RDP), għal Persuni b'diżabilita'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Pixxina Nazzjonali mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi mpjieg?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Awtorita' tad-Djar mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum l-Awtorita' tad-Djar ma mpjegat lill-ħadd.
18.5.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-ITS mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (REFALO, MICHAEL)
Minħabba li l-'Institute of Tourism Studies' huwa parti integrali mid-Dipartiment tat-Turiżmu, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 6365.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-N.T.O.M. mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija, n-'National Tourism Organisation - Malta' ngaġġat persuna waħda b'kuntratt definit ta' sitt xhur minn fost tliet persuni li ġew riferiti mill-'Employment and Training Corporation'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Membru li fil-perjodu msemmi ebda mpjegat ġdid ma ġie mħaddem mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku għajr għall-individwu li ġie trasferit mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dwana mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DALLI, JOHN)
B`riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6369, it-tweġiba hija Xejn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li skond ir-records tad-Dipartiment ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-1 ta` Jannar 1999 `l hawn, ħlief għal xi ħaddiema li ġew trasferiti minn Dipartimenti oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Uffiċċju tal-Budget mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DALLI, JOHN)
Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma` l-Uffiċċju tal-Budget fil-perjodu msemmi.