Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u s-26 ta' April, 1999, ingħataw 4 transfers fl-Awtorita` ta' l-Ippjanar li tlieta minnhom saru fuq talba ta' l-individwi konċernati, filwaqt li fil-każ l-ieħor persuna ġiet trasferita minn Unit għal ieħor.
Bħal f'kull dipartiment ieħor, transfers isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
26.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment ta' l-Artijiet? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u s-26 ta' April, 1999, ma ngħata l-ebda transfer mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.
26.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Uffiċċju Konġunt? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar, 1999, u s-26 ta' April, 1999, kien hemm transfer wieħed biss mill-Uffiċċju Konġunt u dan sar fuq talba tal-persuna konċernata.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3108 li tajt lill-istess Onor. Membru dwar l-istess materja.
26.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Isports? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul il-perjodu indikat ġie trasferit ħaddiem wieħed mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għall-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Dan it-transfer sar minħabba ħtieġa ta' staff fil-Ministeru. L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li t-transfers dejjem isiru skond l-esiġenzi tas-servizz. Għalhekk minhix f'pożizzjoni li ngħid jekk hux se jsiru iktar transfers fil-futur qrib.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju tal-Budget? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ma ngħata ebda trasferiment fl-Uffiċċju tal-Budget fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju ta' l-Istatistika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6464 magħmula mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Enemalta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-perijodu in kwistjoni, 32 persuna ġew re-deployed f`sezzjoni differenti minn dik li kienu fiha. Impjegat ieħor ġie re-deployed b`mod temporanju. Dawn ir-redeployments saru għar-raġunijiet segwenti:-
10 Fid-Diviżjoni ta` l-Elettriku minħabba eżiġenzi tax-xogħol fil-power station jew fid-distretti
6 minħabba ristrutturizazzjoni fil-livell maniġerjali
4 sabiex impjegati Għawdxin ikunu aktar lejn it-tramuntana ta` Malta
4 għal raġunijiet personali u bżonnijiet umanitarji
4 kienu fuq `light duty` minħabba xi korriment fuq xogħol jew limitazzjonijiet li għandhom biex jagħmlu xogħolhom kollu
2 kienu diga` qegħdin jagħmlu xogħol fis-sezzjoni
1 qiegħed misluf f`wieħed mill-Ministeri.
Jista jkun meħtieġ li jsiru re-deployments oħra fil-futur. Dan isir skond l-esiġenzi tax-xogħol u bżonnijiet umanitarji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fil-Pulizija? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u s-26 ta' April, 1999, kien hemm 116-il-membru tal-Korp li tbidlilhom ix-xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija. Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid, dan it-tibdil fil-Korp tal-Pulizija jsir meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta' l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
26.05.99 (a.m)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April fid-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u s-26 ta' April, 1999, kien hemm 13 il-membru tal-Korp li ġew trasferiti minn jew għat-Taqsima ta' l-Immigrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija. Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid, it-trasferimenti fil-Korp tal-Pulizija jsiru meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta' l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
26.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fil-ħabs? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta' Jannar, 1999, sas-26 ta' April, 1999, ma ngħata l-ebda transfer lill-uffiċjali tal-ħabs.
It-tibdil li seħħ kien, illi Maġġura li kienet mislufa lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin irritornat taħdem il-Ħabs, u Surġent u tlett kuntistabbli tal-Pulizija li kienu stazzjonati l-Ħabs ġew mibdula.
26.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment tal-Passaporti? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Dipartiment tal-Karta ta' l-Identita' — Trasferimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment tal-Karta ta' l-Identita'? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija, kien hemm trasferiment ta' Pulizija mara fl-uffiċċju tal-karti ta' l-identita` fid-Depot tal-Pulizija. Dwar transfers fil-futur dawn isiru, kif dejjem saru, skond il-ħtieġa u l-esiġenzi tas-servizz.
26.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Uffiċċju ta' l-Istatistika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul il-perijodu msemmi ma sarux trasferimenti ta` ħaddiema fl-Uffiċċju Ċentrali ta` l-Istatistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment tal-Konsumatur? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma kienx hemm trasferimenti ta` ħaddiema fid-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur matul il-perijodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Air Malta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul il-perijodu in kwistjoni, kien hemm 24 trasferiment minn fost madwar 2,000 persuna li tħaddem il-Kumpanija Air Malta. F`kumpanija ta` din l-entita`, it-trasferimenti jkunu meħtieġa skond l-esiġenza tas-servizz u ma nistax nara li ma jkunx hemm bzonnhom ukoll fil-futur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fil-Maltacom? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul il-perijodu msemmi, in-numru ta` impjegati li ġew trasferiti minn taqsima għal oħra tal-Maltacom kien ta` 47. Dawn it-trasferimenti saru fid-dawl tal-Job Evaluation Exercise u minħabba ħtiġijiet oħra ta` servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-MIA? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul il-perijodu imsemmi ma ngħata ebda trasferimenti fil-Malta International Airport. It-trasferimenti jsiru skond il-bżonnijiet tal-Kumpanija biex tipprovdi servizz tajjeb lill-klijenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fil-WSC? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul il-perijodu imsemmi saru 14 -il trasferiment fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma. Ir-raġuni għaliex saru hija din:
2 minħabba raġunijiet ta` saħħa
6 għaliex il-`Pumping Station` fejn kienu ma baqgħetx `manned`
2 bdew jaqdu d-doveri ta` xufiera maċ-Ċhairmen tal-Korporazzoni u ta` l-MDS
1 għaliex kien meħtieġ s-servizz tiegħu fis-Sezzjoni ta` l-Amministrazzjoni.
3 għaliex qed tiġi riveduta l-funzjoni ta` l-Internal Audit Unit.
Jekk l-eżiġenzi tax-xogħol u l-bżonnijiet umanitarji ikunu jitolbu hekk, il-Korporazzjoni tagħmel trasferimenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Isptar Monte Carmeli? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-1 ta'Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 saru 37 transfers fl-Isptar Monte Carmeli. Minnhom 16 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment tat-Toroq? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fid-Dipartiment tat-Toroq mill-1 ta` Jannar s`issa ma kien hemm l-ebda transfer.