Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtha dipartiment b'dipartiment? Tista' l-Ministru tagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Tista' l-Ministru tgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bejn l-1 ta' Jannar 1999 u s-26 t'April 1999 saru 35 trasferiment ta' impjegati bejn dipartiment u ieħor fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Barra minn dawn kien hemm ukoll 12-il trasferiment ta' impjegati minn dipartimenti tal-Gvern f'Malta għad-Dipartiment tal-Customer Services tal-Ministeru għal Għawdex. Dawn it-trasferimenti saru skond il-ħtiġijiet tad-dipartimenti konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bejn 1 ta' Jannar 1999 u 26 ta' April 1999 saru ħames transfers mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd filwaqt li saru erba transfers minn Ministeri oħra għad-dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru. Saru ukoll żewġ transfers minn Dipartiment għall ieħor ta' dan l-istess Ministeru.
It-trasferimenti saru minħabba l-esiġenza tas-Servizz, promozzjonijiet u talbiet personali ta' l-istess trasferiti.
Bħalma ġara fil-passat, fil-futur iseħħu transfers bl-istess kriterji li jassiguraw iżjed serjeta w iżjed effiċċjenza fid-dipartimenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Mill-1 ta` Jannar 1999 sas-26 ta` April 1999 kien hemm transfer wieħed mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u dan fuq talba tiegħu stess.
Transfers fid-Dipartiment isiru skond il-ħtieġa u l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħataw ebda transfers mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku fil-perjodu ta` bejn 1 ta` Jannar 1999 u s-26 ta` April 1999.
Ma hemm ebda ħsieb li fil-futur qarib immedjat jsiru xi transfers minn dan id-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tal-Bank Ċentrali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Matul il-perjodu bejn l-1 ta` Jannar 1999 sas-26 ta` April 1999 ingħataw ħdax-il transfer lill-ħaddiema tal-Bank Ċentrali.
Dawn it-transfers li saru għal raġunijiet konessi ma` esiġenzi tax-xogħol, laħqu wkoll l-iskop li l-impjegati jingħataw ċans jaħdmu xogħol differenti biex jiżviluppaw il-karriera tagħhom. Dawn it-transfers minn dejjem kienu jsiru fil-Bank u jibqgħu jsiru anke fil-futur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tad-Drenaġġ bejn l-01/01/99 u s-26/04/99 kien hemm dawn it-transfers:
1 Senior Engineer ġie trasferit għad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fuq talba tiegħu stess. (26/04/99)
1 General Hand ġie trasferit għad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi minħabba esiġenzi tas-servizz.(30/03/99)
1 Ħaddiem tad-Drenaġġ trasferit għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wara li laħaq Assistance & Rescue Officer.(15/02/99)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfes fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta'April 1999 persuna waħda ġiet trasferita mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika għal Dipartiment ieħor fil-Ministeru ta' l-Ambjent. Dan it-transfer ingħata fuq talba tal-ħaddiem stess. Jekk fil-futur isiru xi trasferimenti, dawn isiru skond in-neċessita' tad-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 fl-Isptar San Luqa? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 saru 98 transfers fl-Isptar San Luqa. Minnhom 63 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mat-Tarzna mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul il-perijodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mat-Tarzna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-WSC mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-perijodu msemmi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma ma mpjegatx ħaddiema ġodda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni Enemalta mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-perijodu msemmi ġiet impjegata persuna waħda fil-kariga ta` Senior Manager Human Resources. L-applikazzjoni għal din il-kariga ħarġet f`Awissu tas-sena l-oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati pulizija ġodda mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u s-26 ta' April, 1999, ma ġewx impjegati Pulizija ġodda.
31.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fl-Uffiċċju tal-VAT? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta` Jannar 1999 sas-26 ta` April 1999 sar trasferiment ta` uffiċjal wieħed minn mad-Dipartiment tal-VAT għal mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni wara li dan l-uffiċjal ġie assenjat bħala Direttur ma` dan id-Dipartiment.
Sar ukoll trasferiment ta` uffiċjal ieħor mill-uffiċju Elettorali għal mad-Dipartiment tal-VAT wara li dan l-uffiċjal ġie appuntat bħala Spettur tal-VAT.
Għalkemm in-numru ta` trasferimenti jinżamm limitat kemm jista` jkun, dejjem jinqalgħu ċirkostanzi fil-futur fejn ikun meħtieġ isir xi trasferiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Dwana? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Bejn l-1 ta` Jannar 1999 u s-26 ta` April 1999, tliet impjegati ġew trasferiti għal dipartimenti oħra, waqt li tnejn oħra ġew trasferiti għad-Dwana. Dawn it-trasferimenti seħħew fuq talbiet tal-persuni nvoluti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Freeport Corporation mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul il-perijodu li għalih qed issir riferenza, ġew impjegati 11 -il persuna ġdida. L-Ingaġġ sar permezz ta` proċeduri normali tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u mhux permezz ta` xi sejħa għall-applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Uffiċċju ta' l-Istatistika mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perijodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fl-Uffiċċju Ċentrali ta` l-Istatistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Air Malta plc mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul il-perijodu msemmi, il-Kumpaniji Air Malta impjegati 7 persuni bħala Cabin Crew fuq bażi temporanja, 21 persuna bħala skrivani fuq bażi part-time u 29 persuna oħra bħala loaders jew cleaners ukoll fuq bażi part-time.
L-ingaġġ sar permezz ta` proċeduri normali tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u mhux permezz ta` xi sejħa għall-applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Maltacom plc mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul il-perijodu li għalih qed issir riferenza ġie mpjegat ħaddiem wieħed fil-grad ta` Graduate Professional Officer Engineering (Electrical). Is-sejħa pubblika biex jimtela` dan il-grad ħarġet fil-31 ta` Lulju 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-M.I.A. mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Malta International Airport ma mpjegatx ħaddiema ġodda matul il-perijodu in kwistjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-MSCL mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul il-perijodu msemmi ġew impjegati tlett uffiċċjali eżekuttivi fil-Malta Shipbuilding.
L-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi kienu ħarġu u ġew pubblikati fis-26 ta` Lulju 1998.