Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġiljan — Triq Andre' Maurois

Question

Jista' il-Ministru jieħu l-passi biex Triq Andre' Maurois f'San Ġiljan tingħata l-asfalt peress li tinsab fi stat ħażin ħafna? Jista' jara li jinbena ċint fil-parti tat-triq li tagħti għall-wied, peress li din il-parti hija perikoluża speċjalment għat-tfal ta' l-inħawi? Jista' jara wkoll li t-tabella ta' l-isem tat-triq tiġi kkorreġuta peress li din hija miktuba ħażin bil-konsegwenza għall-pustiera u kull min ifittex din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport bagħtet perit sabiex jispezzjona t-triq imsemmija u nstab li triq għandha parti minnha asfaltata u l-parti li għadha ma ġietx asfaltata ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isir mid-direttorat, liema xogħol isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet. Jien infurmat illi x-xogħol mistenni jinkludi wkoll il-bini tal-ħajt imsemmi fil-mistoqsija parlamentari. Fir-rigward tat-tielet parti tal-mistoqsija, jien infurmat illi tabelli bl-ismijiet tat-toroq huma responsabilta tal-Kunsill Lokali għalhekk l-Onorevoli Interpellant humitlub jressaq l-ilment direttament lill-Kunsill Lokali.

Impjiegi — Ħaddiema minn barra l-pajjiżi membri tal-UE

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamnetari 6792 u cioe' jista' jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema minn barra l-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea li mill-1 ta' Mejju, 2004 ġew jaħdmu f'Malta? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'inhi l-eta' medja ta' dawn il-ħaddiema?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor.Membru jindirizza l-mistoqsija tiegħu lil-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern peress li l-ħruġ tal-permessi tal-ħaddiema barranin jaħdmu f'Malta jaqgħu taħt dan il-Ministeru.

Impjiegi — Ħaddiema minn pajjiżi membri tal-UE

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-msitoqsija parlamentari 6799 u cioe' jista' jgħid kemm jammonta n-numru ta' ħaddiema mill-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea li mill-1 ta' Mejju, 2004 ġew jaħdmu f'Malta? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'inhi l-eta' medja ta' dawn il-ħaddiema?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Membru jindirizza l-mistoqsija tiegħu lil-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern peress li l-ħruġ tal-permessi tal-ħaddiema barranin jaħdmu f'Malta jaqgħu taħt dan il-Ministeru.

MCAST — Art & Design Course

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jingħata ċ-ċertifikat tas-sena skolastika 2003 lill-istudenti tal-MCAST fil-kors ta’ l-Art and Design? X'se jsir biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ċ-ċertifikati li joħroġ il-Kuleġġ jingħataw f'ċerimonja ta' gradwazzjoni li d-dati tagħha jitħabbru aktar tard.

MCAST — Lezzjonijiet ta' l-Art & Design

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk jafx li diversi lezzjonjiet ta’ l-Art and Design fl-MCAST Mosta fix-xhur sħan tas-sajf qed isiru barra minħabba li fil-workshops ma jeżistux fans jew air-condition? X'se jsir biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien rappurtat l-ebda każ li lezzjonijiet fl-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn saru barra minħabba li fil-workshops ma jeżistux fans jew airconditioners.

MCAST — Studenti fil-kors ta' l-Art & Design

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti fil-kors ta’ l-Art and Design fl-MCAST Mosta jispiċċaw is-sena skolastika wara l-iskejjel l-oħra? Peress li minħabba f'hekk dawn l-istudenti qed jiġu affettwati negattivament meta jiġu biex isibu xogħol għax-xhur tas-sajf, jista’ jgħid x'se jsir biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti ta' korsijiet organizzati mill-MCAST jispiċċaw is-sena skolastika ma' studenti f'Istituti oħra. Għalhekk total ta' erbgħa u sittin (64) student waqfu fit-2 ta' Lulju bħal ħaddieħor. Studenti fuq korsijiet tal-BTEC jispiċċaw meta l-external examiner, li jiġi Malta apposta, ikun żar l-Istitut u eżamina x-xogħol. L-eżaminatur, li din is-sena ġie Malta fil-5 ta' Lulju u baqa' hawn sas-7 ta' Lulju, għandu dritt jagħżel li jkellem lill-istudenti, kif għamel din is-sena. Xi studenti waqfu jattendu fis-6 ta' Lulju u oħrajn fis-7 ta' Lulju 2004. Il-kalendarju tal-Kuleġġ għas-sena 2003-2004 beda fl-1 ta' Settembru u spiċċa fid-9 ta' Lulju 2004.

MCAST — Studenti fl-Art & Design Course

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk jafx li fl-Art and Design Course fl-MCAST Mosta hemm madwar 300 student meta l-iskola tiflaħ ferm inqas studenti? Peress li filwaqt li suppost f'kull klassi għandu jkun hemm 16-il student, fil-fatt dan in-numru huwa ferm ikbar? X'se jsir biex din is-sitwazzjoni tigi rimedjata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti fl-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn illum huwa 190 mhux 300. L-Istitut fil-fatt jiflah numru akbar ta' studenti. In-numru sittax jirrigwarda biss il-workshops u mhux il-klassijiet għal raġunijiet ta' sigurta' u saħħa.

MCAST — Studenti fl-Art & Design Course

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk jafx li studenti TAS u studenti ASTS fil-kors ta’ l-Art and Design fl-MCAST Mosta qed jiġu trattati b'mod differenti? Jista’ jgħid għaliex dan qed isir u jekk huwiex se jibqa’ jsir?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskema ta' l-External Skills Training Scheme (ESTS) u dik tat-Technician Apprenticeship Scheme (TAS) m'humiex l-istess. Għalhekk, per eżempju, issib li l-entry requirements għall-korsijiet huma differenti, għaliex il-kwalita' ta' studju u ta' taħriġ jitlob hekk. Ngħidu aħna, studenti tal-ESTS jingħatawlhom lezzjonijet bażiċi fil-Lingwa Ingliża u fil-Malti, bil-ħsieb li jtejbu l-livell akkademiku. Dawk tat-TAS ma jkollhomx bżonn taħriġ bħal dan. Sadanittant student fuq iż-żewġ naħat jieħdu taħriġ li għandu parita' ta' stima kif riflessfiċ-ċertifikazzjoni tal-BTEC fil-livelli tlieta (BTEC Nationals) u erbgħa (BTEC Higher Nationals), l-ogħla livell li jista' jintlaħaq fl-MCAST s'issa. Fil-passat l-istudenti tal-ESTS kienu jitħarrġu biss fl-artiġjanat ripettitiv. Illum, bis-saħħa tal-korsijiet il-ġodda, dawn jitħarrġu fl-artiġjanat kreattiv, dak li jeduka l-moħħ daqskemm jitħarrġu l-idejn. Sadanittant, bl-iżviluppi li saru minn mindu nfetah l-MCAST, m'hemm xejn li jżomm student tal-ESTS u tat-TAS li jaslu sal-quċċata ta' l-istudji, li sal-lum laħqet ir-raba livell.

MCAST — Tnaqqis fl-istipendju ta' l-istudenti

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti ta’ l-MCAST li jattendu l-Mosta qed tinqatgħalhom ġurnata sħiħa mill-istipendju anke jekk sempliċement jaslu ħames minuti tard? Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax dan l-atteġġjament bħala wieħed inġust ma’ l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti li ripetutament jaslu tard għal-lezzjonijiet ifixklu, u fil-każ ta' xogħol fuq makni jistgħu joħolqu periklu. Informat ukoll li qatt ma nqata' stipendju meta student ifalli żewġ lezzjonijiet. Din hija l-policy ta' l-Istitut.

MCAST — Pass għas-servizz tat-trasport pubbliku għall-istudenti

Question

Jista’ il-Ministru jikkonsidra li jigi introdott il-pass għas-servizz tal-karozzi tal-linja għall-istudenti ta’ l-MCAST li jattendu l-Mosta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull student f'livell post-sekondarju jingħata l-għotja ta' manteniment.

MCAST — Studenti li jagħmlu użu mill-ismart card

Question

Jista’ il-Ministru jara li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex l-istudenti ta’ l-MCAST li jattendu l-Mosta ma jibqgħux isibu diffikultajiet meta jiġu biex jagħmlu użu mill-ismart card f'ċerti stabbilimenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm ebda rapport li juri li studenti fil-Mosta sabu xi diffikulta jużaw l-smart card.

MCAST — Art & Design Course

Question

Jista’ il-Ministru jispjega eżattament x'inhu l-iskop u fejn se jwassal lill-istudenti l-kors ta’ l-Art and Design li qed jiġi mgħallem fl-MCAST tal-Mosta?

Response (GALEA, LOUIS)

Kuntrarju għal dak li jaħsbu ħafna, il-kors tal-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn, m'huwiex kors fil-pittura jew l-iskultura - m'huwiex għaldaqstant kors fil-belle arti. L-istudenti ta' Tarġa Gap jitħarrġu fid-disinn u l-manifattura ta' xogħol artiġjanali f'diversi materjali u fid-disinn għall-prodott li jista' jinħadem fuq skala ikbar, ngħidu aħna, fl-industrija tal-manifattura. Mhux biss. L-istudenti li tinteressahom l-edukazzjoni vokazzjonali llum jitħarrġu f'ħafna kompetenzi, per eżempju, l-ICT, il-komunikazzjoni, il-krejativita u l-innovazzjoni, l-ispirtu intraprenditorjali bil-għan ta' self-employment... Il-kors tal-Grafika, per eżempju, iwassal biex student jitħarreġ fis-sengħa tad-disinn u l-esekuzzjoni ta' xogħol għall-istampa: biss, jekk wieħed iħares lejn il-volum ta' magazines, li qed jiġu ippublikati Malta - anki jekk tiffoka fuq dawk li tingħata b'xejn mal-gazzetti ta' nhar ta' Ħadd - tifhem kemm xogħol jiġi ġenerat f'dan il-qasam. Id-disinn ta' kull riklam li hemm fil-magażin sar minn xi ħadd, dawk li biegħu l-Ispazju, il-fotografi li ħadu r-ritratti, dawk li bil-kompjuter immanipulaw l-immaaġni, dawk li ssettjaw it-text, dawk li ħadmu fuq l-artwork, dawk tal-kompjuter, dawk li stampaw ix-xogħol, dawk li twewh u ttrimjawh, eċċ... Dan kollu jsir f'Tarġa Gap. Imbagħad hemm studenti li jagħżlu studenti li jagħżlu li jaħdmu fil-workshops tal-materjali biex jitgħallmu s-snajja' relatati ma' l-injam, il-metalli, il-ġojjellerija, il-ġebla u t-tessuti. Bl-emfasi li qiegħda ssir fuq it-taħriġ vokazzjonali f'pajjiżna u fuq l-importanza li għandna nagħtu li jiġġenera spiru ta' intrapriża, wieħed m'għandux isib diffikulta' biex jifhemli, anki fil-qasam ta' l-artiġanat, is-suċċess kollu li jiddependi fuq il-kwalita'. Jekk m'għandniex prodotti ta' kwalita', allura mhux se ssib min jixtri u l-attivita' artiġanali fil-pajjiż tmur lura. Ma jkollok xejn x'tippromwovi u bħala riżultat skop għall-intrapriża, il-marketing, u l-bqija. Sfortunatament f'Malta għad għandna opinjoni storta ta' l-importanza tad-disinn u l-atitudni ta' ħafna minna tistona għax ilkoll kemm aħna għandna attitudni pożitiva u ta' meravilja għall- importanza li tingħata lid-disinn f'pajjiżna barranin - ngħidu aħna l-Italja jew l-Iskandinavja. Anki f'pajjiżna inqas kwotati, ngħidu aħna t-Tuneżija, fejn hemm industrija kbira ta' artiġjanat ta' kwalita' li tgawdi s-support ta' kull min iħobb il-kultura ta' pajjiżu.

Impjiegi — Ħaddiema minn pajjiżi membri tal-UE

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' ħaddiema mill-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea li mill-1 ta' Mejju 2004 ġew jaħdmu f'Malta? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'inhi l-eta' medja ta' dawn il-ħaddiema?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli fl-uffiċju fil-ħin meħtieġ, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Pajjiżi membri fl-UE — Kumpanniji li nvestew f'Malta

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' kumpanniji mill-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea li mill-1 ta' Mejju 2004 investew f'Malta? Jista’ jgħid ta' liema nazzjonalita’ huma u x'tip ta' investiment għamlu? Jista’ jgħid kemm jammonta l-investiment u kemm qed iħaddmu nies?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li mill-1 ta' Mejju 2004 'l hawn, il-Malta Enterprise approvat 16-il proġett minn kumpanniji li huma stabbiliti fl-Unjoni Ewropea. In-nazzjonalita' ta' dawn l-azjendi huwa kif jidher hawn taħt: Nazzjonalita' Numru ta' Progetti Malta 9 Italja 1 L-Ingilterra 3 Germanja 2 L-Irlanda 1 Total 16 Dawn il-kumpanniji ser jinvestu fis-setturi msemmija hawn taħt: Farmaċeutiċi Elettronika Stampar Metal u "Stainless Steel" Ikel u Xorb Ħġieġ ICT L-investiment totali hu ta' ċirca LM11 il-miljun lira. Kumpanniji oħrajn li rċevew l-approvazzjoni għall-proġetti li kienu pprezentaw qabel Mejju 2004 u li bdew l-preparazzjoni għall-operat f'Malta wara Mejju huma: Kumpannija Ingliza fis-settur tal-manifattura tal-karrozzi Kumpannija Germaniza fis-settur ta' l-aċċessorji tal-karrozzi Kumpannija Spanjola fis-settur tal-farmaċewtika.

Local cruising — Vapuri li qed joperaw fl-ibħra Maltin

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma l-vapuri li qed joperaw preżentement fl-ibħra Maltin in konnessjoni mas-settur turistiku local cruising? Jista' jgħid liema minn dawn huma mixtrija, chartered jew mod ieħor? F'kull każ , kemm tħallset VAT u liema minn dawn ġew eżentati u f'kull każ kemm kien il-valur imħallas jew eżentat? Jista' jgħid ukoll separatament kemm inxtraw u/jew inkrew vapuri minn sidien Maltin u barranin f'dawn l-aħħar sentejn biex joperaw għall-boat trips tat-turisti f'ibħra lokali? Jista' jgħid liema huma dawn il-vapuri?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hemm 187-il bastiment li huma liċenzjati biex iġorru passiġieri skond ir-regolamenti ta' l-2002 dwar il-bastimenti kummerċjali. Minn dawn hemm: 16 il-dgħajsa tal-pass 8 dgħajjes li joperaw fid- Dwejra - Għawdex 76 dgħajsa li joperaw ġo Wied iż-Żurrieq 87 li joperaw f'żoni u minn siti differenti. Il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija ma tinżammx mill-Awtorita' Marittima.

Tas-Sliema — Triq il-Kulleġġ l-Antik - Dħul ta' drenaġġ f'residenzi privati

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6701 u cioe' jista' jieħu l-passi kollha meħtieġa biex isiru l-ispezzjonijiet u t-tiswijiet kollha neċessarji fi Triq il-Kulleġġ l-Antik, f'Tas-Sliema minn bieb numru 3 sa numru 13, peress li r-residenti li joqogħdu f'dawn id-djar qed jidħlilhom ilma jew drenaġġ mill-ħitan tagħhom, liema ilma jew drenaġġ ġej minn xi leakage tas-sistemi ta' l-ilma jew drenaġġ li għaddejjin mill-istess triq jew f'xi triq fil-viċinanza?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-P.Q. Nru. 6701 fis-seduta 154.

Kiri/xiri ta' vapuri — Ħlas ta' VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6698 u cioe' jista' jgħid separatament kemm tħallset VAT fuq kull xiri jew kirja ta' vapuri li nxtraw jew inkrew f'dawn l-aħħar sentejn biex joperaw għall-boat trips tat-turisti f'ibħra lokali? Jista' jgħid kemm tħallset VAT f'dawn l-aħħar sentejn mill-operaturi tal-boat trips mill-operazzjoni tagħhom? Jista' jgħid min huma dawn l-operaturi u l-ammont li ħallsu kull sena sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx informazzjoni separata dwar VAT fuq xiri ta’ vapuri u VAT fuq kiri ta’ vapuri li nxtraw jew inkrew sabiex joperaw għall-boat trips tat-turisti. L-informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-VAT huwa dwar VAT miġbura (netta) minn operaturi li jipprovdu servizz għall-boat trips tat-turisti u għall-Maltin f’ibħra lokali f’dawn l-aħħar sentejn. Id-dettalji ta’ VAT netta miġbura hija: 01/07/2002 – 30/06/2003 - LM75,442.23 01/07/2003 – 30/06/2004 - LM95,526.55 Il-liġi tal-VAT timpedixxi li tingħata informazzjoni kummerċjali fuq persuni reġistrati. In-numru ta’ taxpayers reġistrati fejn iddikjaraw l-attività ekonomika tagħhom ta’ ġarr ta’ passiġġieri fuq il-baħar huwa ta’ 29.

Impjiegi — Ħaddiema minn barra l-pajjiżi membri tal-UE

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema minn barra l-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea li mill-1 ta' Mejju 2004 ġew jaħdmu f'Malta? Jista’ jgħid ta' liema nazzjonalita’ huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista’ jgħid x'inhi l-eta' medja ta' dawn il-ħaddiema?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli fl-uffiċju fil-ħin meħtieġ, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

MCAST — Art & Design Course

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jafx u x'inhi r-raġuni li filwaqt li fil-Prospectus għall-kors ta’ l-Art and Design għall-istudenti li jattendu l-MCAST tal-Mosta kien hemm speċifikament imniżżel li se jkun hemm is-suġġetti tal-Fashion Design u l-Interior Design, sal-lum dawn is-suġġetti għadhom mhux qed jiġu mgħallma? Jaf li lanqas biss hemm għalliema għal dawn is-suġġetti? Peress li kien hemm studenti li daħlu għal dan il-kors speċifikament minħabba dawn iż-żewġ suġġetti u eventwalment kellhom jabbandunaw il-kors, jista' jgħid x'tip ta' rimedju se jingħataw dawn l-istudenti u jekk is-sitwazzjoni hux se tiġi rimedjata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li il-kors ta' l- Interior Design jeżisti u ilu hemm sa mill-bidu. Jismu 3D Design (Spatial) u jingħata fl-iżjed livell għoli, jiġifieri, l- HND . Il-kors magħruf bħala 3D Design (disinn bi tliet dimensjonijiet) ma jeskludix li studenti jaħdmu bħala Fashion Designers. Tant hu hekk li għandna studenti li jaħdmu esklusivament fuq it-tessuti u fuq proġetti tal-moda. Dwar il-Fashion Design, informat li d-domanda qatt ma kienet kbira biżżejjed biex jinfetah kors speċifiku. Biss min għażel li jaħdem fil-materjali tipiċi u fil-proċess assoċjati mas-suġġett, seta' jagħmel hekk u għadu jagħmel hekk sal-lum. L-esperjenza ta' l-għalliema preżenti fis-suġġett hija tali li fir-rapport tiegħu l-eżaminatur ta' l-Edexcel BTEC kiteb hekk: "The variety of ideas and quality evidence presented ...was remarkable. Fantasy costumes, masks, waistcoasts were popular outcomes with a splendid theatrical torso costume ... proving to be the star exhibit both in terms of ideas and professional finish..." Ma jirriżultalix li xi ħadd telaq minn xi kors għar-raġunijiet li ingħataw.