Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6626 Sitting 117 1999-06-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phone? 8) kemm hi l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed nehmeż lista tal-membri kollha tas-Segretarjat tiegħi li turi: (i) il-karigi tagħhom (ii) liema minnhom qegħdin b'kuntratti (iii) it-total tan-nefqa ndividwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 fuq mobile phones ta' dawk il-persuni li huma ntitolati għall-użu tal-mobile. Nixtieq inżid li kien hemm għad-dispożizzjoni tas-Segretarjat Privat tiegħi mobile phones li l-ispiża tagħhom tlaħħaq is-somma ta' Lm1111.70 (iv) id-data effettiva tal-ftehim li ffirma/t kull wieħed/waħda mill-membri ta' l-istaff skond il-Memorandum 'Engagement of Staff in Private Secretariats' li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Novembru li għadda - liema Memorandum sarulu xi emendi li wkoll ser jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin. Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-Onorevoli Interpellant huma kollha konformi ma' dak imniżżel fil-Memorandum, inkluż il-fatt li m'hemm l-ebda persuna ssekondata minn xi organizazzjoni parastatali. Qed inqiegħed fuq il-Mejda, statement li juri xi spejjeż li kienu saru mill-Amministrazzjoni preċedenti fuq mobile phones għall-perjodu Novembru 1996 - April 1997.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phones? 8) kemm hi l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għal mistoqsijiet parlamentari Nru 120, 134, 296, 3456 u 3513, jien infurmat li żewġ persuni oħra ffirmaw il-kuntratt - ftehim biex jaqdu dmirhom fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru. Dawn huma: Assistent Personali - Is-sur Joseph Vella - Uffiċjal Pubbliku Segretarju Privat - Is-Sur Raymond Demicoli - Bil-kuntratt Mill-uffiċjali l-oħra temm il-kariga tiegħu Alfred Ciantar li kien jokkupa kariga fis-Secretariat Pool. Il-persuni li qed jagħmlu użu mill-mobile phone huma Joseph Vella u Raymond Demicoli. In -nefqa totali ndividwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 hija Lm91 u Lm252 rispettivament. Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qiegħed jistaqsi l-Onorevoli Interpellant huma kollha konformi ma dak imniżżel fil-Memorandum `Engagement of Staff in Private Secretariats` li tqiegħed fuq il-mejda tal-kamra f`Novembru li għadda. Irrid inżid li m`hemm l-ebda persuna ssekondata minn xi Organiżazzjoni Parastatali.
Leg 9 PQ #6574 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4457, tista' l-Ministru tirrikonsidra r-risposta tagħha peress li l-pubblikazzjoni ta' l-irċevuti konnessi huma fl-interess pubbliku peress li jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 4457.

Ċentru Ħidma Soċjali — Ġnien

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4570, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet l-ispiża f'materjal konness max-xogħol ta' kostruzzjoni li sar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 4570, fejn spjegajt li l-ispiża għal dan ix-xogħol kienet kważi kollha ta' pagi. L-ispiża f'materjal tant kienet żgħira li ma narax għalfejn għandi ntellef iż-żmien ta' l-impjegati llum biex ifittxu 'invoices' ta' xi erba' snin ilu. 8.6.99
Leg 9 PQ #6602 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4455, jista' l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid it-tweġiba mogħtija peress li l-pubblikazzjoni ta' l-irċevuti konnessi huma fl-interess pubbliku għax jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (BORG, TONIO)

M'għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4455.

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4456, jista' l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid it-tweġiba mogħtija peress li l-pubblikazzjoni ta' l-irċevuti konnessi huma fl-interess pubbliku għax jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma għandi xejn xi nżid mar-risposta għal-domanda numru 4456.
Leg 9 PQ #6604 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4454, jista' l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid it-tweġiba mogħtija peress li l-pubblikazzjoni ta' l-irċevuti konnessi huma fl-interess pubbliku għax jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m'għandi xejn iżjed xi nżid mar-risposta li tajt għad-domanda numru 4454.
Leg 9 PQ #6621 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Prim Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phone? 8) kemm hija l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu minn mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-membri kollha tas-Segretarjat tiegħi li turi: (i)il-karigi tagħhom; (ii)it-total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 fuq mobile phones ta' dawk il-persuni li huma ntitolati għall-użu ta' mobile; u (iii)id-data effettiva tal-ftehim li ffirma/t kull wieħed/waħda mill-membri ta' l-istaff skond il-Memorandum Engagement of Staff in Private Secretariats li tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra f'Novembru li għadda - liema Memorandum sarulu xi emendi li wkoll ser jitqegħdu fuq il-mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin. Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-Onorevoli Nterpellant huma kollha konformi ma dak imnizzel fil-Memorandum, inkluż il-fatt li mhemm l-ebda persuna ssekondata minn xi organiżazzjoni parastatali.
Leg 9 PQ #6521 Sitting 115 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Garaxxijiet tal-gvern — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 lill-ħaddiema tal-garaxxijiet tal-gvern? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bejn l-1 ta' Jannar 1999 u s-26 ta' April 1999, fil-garaxxijiet tal-gvern saru dawn it-transfers: 1 Senior Tradesman ġie trasferit għad-Dipartiment ta' l-Anzjani. (26/03/99) 1 Technical Officer ġie trasferit għal B.I.C.C. (04/01/99) 1 Senior Technical Officer ġie trasferit għad-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija. (24/03/99) Dawn it-trasferimenti saru kollha fuq talba personali ta' l-individwi konċernati.
Leg 9 PQ #6522 Sitting 115 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Infrastruttura — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 lill-ħaddiema tad-distretti fid-Dipartiment ta' l-Infrastruttura? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bejn l-1 ta' Jannar 1999 u s-26 ta' April 1999 saru dawn it-trasferimenti: 1 General Hand ġie trasferit għad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. (18/02/99) 1 General Hand ġie trasferit għad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent. (14/04/99) 1 Senior Operative trasferit għad-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni. (08/02/99) 1 Operative ġie trasferit għas-Sezzjoni tal-Watchmen. (30/03/99) 1 Operative trasferit għad-Dipartiment tad-Drenaġġ. (30/03/99) 1 Messenger ġie trasferit minn Distrett 10 għal Distrett 4. (11/02/99) Dawn it-trasferimenti saru kollha fuq talba personali ta' l-individwi konċernati.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4461, jista' l-Ministru jirrikonsidra r-risposta tiegħu peress li l-pubblikazzjoni ta' l-irċevuti konnessi huma fl-interess pubbliku peress li jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GALEA, ĊENSU)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 4461.
Leg 9 PQ #6571 Sitting 115 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4459, jista' l-Ministru jrrikonsidra r-risposta tiegħu petress li l-pubblikazzjoni ta' l-irċevuti konnessi huma fl-interess pubbliku peress li jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GALEA, LOUIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba oriġinali.
Leg 9 PQ #6572 Sitting 115 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4460, jista' l-Ministru jirrikonsidra r-risposta tiegħu peress li l-pubblikazzjoni ta' l-irċevuti konnessi huma fl-interess pubbliku peress li jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4460.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4458, jista' l-Viċi Prim Ministru jirrikonsidra r-risposta tiegħu peress li l-pubblikazzjoni ta' l-irċevuti konnessi huma fl-interess pubbliku peress li jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'għandi xejn x'inżid mat-Tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Nru. 4458 fis-Seduta 84. 2.6.99
Leg 9 PQ #6517 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Dipartiment tal-Beach Cleaners — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment tal-Beach Cleaners? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Minħabba li l-'Beach Cleaning Division' huwa parti integrali mid-Dipartiment tat-Turiżmu, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 6518.
Leg 9 PQ #6518 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Dipartiment tat-Turiżmu — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment tat-Turiżmu? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999, kien hemm 'transfer' wieħed biss, dak ta' 'Senior Principal Officer'. Dan it-'transfer' seħħ wara talba li għamel l-uffiċċjal innifsu. Mhux f'pożizzjoni li ngħid jekk humiex ser isiru 'transfers' oħra minħabba li dawn isiru skond l-esiġenzi tas-Servizz.
Leg 9 PQ #6519 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

NTOM — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t a' April 1999 fl-NTOM? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija ma sar l-ebda 'transfer' fin-'National Tourism Organisation - Malta'.
Leg 9 PQ #6520 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-ITS? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Minħabba li l-'Institute of Tourism Studies' huwa parti integrali mid-Dipartiment tat-Turiżmu, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 6518.
Leg 9 PQ #6509 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 fid-Dipartiment tas-Saħħa? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 saru 174 transfers fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Minnhom 109 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru i jibqgħu jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #6510 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Ambulanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 fid-Dipartiment ta' l-Ambulanzi? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 saru 5 transfers fid-Dipartiment ta' l-Ambulanzi. Minnhom 1 intalab mill-impjegat stess. Il-bqija saru u jibqgħu jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.