Ministeru tat-Trasport u Telekomunikazzjoni — Xiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew minn wieħed mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998, 'l hawn?
Jekk inxtraw, jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma; (5) għal-liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw; (7) kemm huma fl-ammont?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mill-5 ta` Settembru `l hawn inxtrat karozza waħda mill-Ministeru għall-użu tal-Permanent Secretary skond it-Termini tal-kuntratt bejn il-Gvern u l-Uffiċjal. Din inxtrat wara kwotazzjonijiet miġbura u l-ispiża kienet tammonta għal Lm10,000. Il-karozza msemmija hija Toyota Corolla u nxtrat mingħand Michael Debono Ltd., Notabile Road, Ħaż-Żebbuġ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew minn wieħed mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembnru 1998, 'l hawn?
Jekk inxtraw ,jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma; (5) għal-liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw; (7) kemm huma fl-ammont?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi d-Dipartiment tat-Turiżmu xtara 'Kia Ceres Single Wheel Cargo Truck' mingħand 'Easysell - Kia (Malta) Ltd' għall-prezz ta' Lm2,455. Dan kien l-aktar prezz vantaġġuż wara li ntalbu għadd ta' 'quotations' mingħand ditti oħra. It-'truck' qed jintuża għall-ħtiġiet ta' l-'I.T.S.' San Ġorġ, l-'I.T.S.' Pembroke u l-'White Rocks Holiday Complex', għall-ġarr ta' bagalji tal-klijenti, għamara minn post għall-ieħor kif ukoll ġarr ta' skart.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew min wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5, ta' Settembru 1998 'l hawn?
Jekk inxtraw, jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma? (5) għal-liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw; (7) kemm huma fl-ammont?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ma nxtraw l-ebda karozzi ġodda mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew minn wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?
Jekk inxtraw, jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma; (5) għal-liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw; (7) kemm huma fl-ammont?
Response (DALLI, JOHN)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phone? 8) kemm hija l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-membri tas-segretarjat privat tal-Ministeru tiegħi u għalhekk nirreferih għar-risposti li jiena kont tajt għal domandi numru 3459 u 3532, u li fihom hemm l-informazzjoni dwar il-membri tas-segretarjat tiegħi sa dakinhar. Minn meta tajt dawk ir-risposti sa issa, eżattament fit-13 taż April 1999, ġiet ingaġġata formalment persuna oħra biss, Kathleen Schembri, bħala Secretariat Pool.
L-uniku membru tas-Segretarjat li għamel użu ta' mobile phone fil-perjodu msemmi kien il-Communications Coordinator, is-Sur Martin Bugelli, b'dawn l-ispejjeż:
Novembru 1998 Lm57.71(inkluż connection fee)
Diċembru 1998 Lm33.71
Jannar 1999 Lm23.10
Frar 1999 Lm41.36
Marzu 1999 Lm64.71
April 1999 Lm45.04
Mejju 1999 Lm22.88
Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-Onorevoli Interpellant huma kollha konformi ma' dak imniżżel fil-Memorandum 'Engagement of Staff in Private Secretariats' li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Novembru li għadda (liema memorandum sarulu xi emendi li wkoll ser jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin), inkluż il-fatt li ma hemm l-ebda persuna ssekondata minn xi organizzazzjoni parastatali.
Jista' l-Ministru eventwalment jikkonsidra u jintervjeni biex ir-rotta tal-karozzi tal-linja numru 60, magħrufa bħala tas-Savoy, issir aktar frekwenti fl-operazzjoni tagħha? Jaħseb il-Ministru li b'hekk tkun qed tintlaħaq aktar id-domanda u l-ħtiġijiet tan-nies li jgħixu fl-inħawi u li jużaw kontinwament dan is-servizz?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dan is-servizz tar-rotta tas-Savoy Nru. 60, ivarja skond l-esiġenzi tax-xogħol hekk kif ġie stabbilit matul iż-żmien. Tant hu hekk, li fil-maġġoranza tal-perjodu matul il-ġurnata, il-frekwenza tas-servizz hija ta` 15 il-minuta. Naturalment, jekk hemm xi perjodi li l-frekwenza ikollha bżonn tinbidel, allura n-neċessita` tiġi assessjata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-gvern għall-futur ta' l-iskola għat-tfal bi bżonnijiet speċjali li hemm fl-Imsida?
Response (GALEA, LOUIS)
Dr Christopher Bezzina, lecturer fil-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni, ġie kummissjonat sabiex jagħmel rapport fuq l-iskejjel speċjali, liema rapport għandu jwassal għal pjan ta' żvilupp għal dan is-settur. Il-futur ta' l-iskola għat-tfal bi bżonnijiet speċjali li hemm fl-Imsida jiġi definit bħala komponent ta' dan l-eżerċizzju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew minn wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jekk inxtraw, jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm laħqet l-ispiża; 2) inħarġitx tender; 3) mingħand min inxtraw; 4) x'marka huma; 5) għal liema skop inxtraw; 6) minn min qed jintużaw; u 7) kemm huma fl-ammont?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma nxtrat l-ebda karozza fil-perjodu msemmi mid-Diviżjoni tas-Saħħa.
Tista' l-Ministru tgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tagħha jew minn wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tagħha mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jekk inxtraw, tista' l-Ministru tgħid: 1) kemm laħqet l-ispiża; 2) inħarġitx tender; 3) mingħand min inxtraw; 4) x'marka huma; 5) għal liema skop inxtraw; 6) minn min qed jintużaw; u 7) kemm huma fl-ammont?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ma nxtrat l-ebda karozza ġdida mill-Ministeru għal Għawdex mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew minn wieħed mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Jekk inxtraw, jista' l-Ministru jgħid: (1) Kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma; (5) għal liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw; (7) kemm huma fl-ammont?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fil-perjodu msemmi mill-Onor. Joseph Cuschieri inxtrat biss karozza waħda. Din kienet BMW bil-prezz ta' Lm11,600 mingħand Muscat Motors Ltd. tal-Gżira għall użu tal-Ministru għaliex il-karozza li kienet tintuża mill-Ministru preċedenti kienet fi stat ħażin ħafna u saħansitra perikoluża.
Ma nħarġet l-ebda tender għax-xiri ta' din il-karozza.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phone? 8) kemm hija l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista tal-membri kollha tas-sergretarjat tiegħi u taż-żewġ Segretarji Parlamentari li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi. Din il-lista turi:-
i) il-kariga tagħhom
ii) it-total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu fuq Mobile phones ta` dawk il-persuni li huma ntitolati għal użu ta` effettiva tal-ftehim li ffirma jew ffirmat kull wieħed jew waħda mill-membri ta` l-istaff skond il-Memorandum ~Engagement of Staff in Private Secretariats~ li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f`Novembru li għadda - liema Memorandum sarulu xi emendi li ukoll ser jitqiegħed fuq il-mejda tal-kamra fil-ġranet li ġejjin.
L-uffiċjali kollha li qed jagħtu servizz fis-Segretarjati Privati qegħdin b`kuntratt.
Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-Onorevoli Interpellant huma kollha konformi ma` dak imniżżel fil-Memorandum, inkluż il-fatt li m`hemm l-ebda persuna sekondata minn xi organizazzjoni parastatali.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifiki għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phone? 8) kemm hi l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri kollha tas-Segretarjat tiegħi li turi: (i) il-karigi tagħhom; (ii) liema minnhom qegħdin b'kuntratti, (iii) it-total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 fuq mobile phones ta'dawk il-persuni li huma ntitolati għall-użu ta'mobile; u (iv) id-data effettiva tal-ftehim li ffirma/t kull wieħed/waħda mill-membri ta' l-istaff skond il-Memorandum `Engagement of Staff in Private Secretariats` li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Novembru li għadda - liema Memorandum sarulu xi emendi li wkoll ser jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġranet li gejjin.
Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-onorevoli nterpellant huma kollha konformi ma' dak imniżżel fil-Memorandum, inkluż il-fatt li m'hemm l-ebda persuna ssekondata minn xi organizazzjoni parastatali.
Qiegħed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar użu ta' 'Mobile phones'minn membri kollha fis-Segretarjat tal-Ministru preċedenti intitolati għall-użu ta' mobile phones matul l-istess numru ta' xhur ta' dik l-amministrazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phone? 8) kemm hija l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phone minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba ser tinghata f seduta
aktar il-quddiem.
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tagħha? Tista' l-Ministru tgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phone? 8) kemm hija l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phone u minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda nehmeż lista tal-membri tas-Segretarjat tiegħi li qegħdin b'kuntratt li turi:
(i) il-karigi tagħhom;
(ii) it-total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 fuq mobile phones ta' dawk il-persuni li huma ntitolati għall-użu ta'
mobile; u
(iii) id-data effettiva tal-ftehim li ffirma/t kull wieħed/waħda mill-membri ta' l-istaff skond il-Memorandum 'Engagement of Staff in Private Secretariats' li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Novembru li għadda - liema Memorandum sarulu xi emendi li wkoll ser jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin.
Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-Onorevoli Interpellant huma kollha konformi ma' dak imniżżel fil-Memorandum, inkluż il-fatt li m'hemm l-ebda persuna ssekondata minn xi organizazzjoni parastatali.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phone? 8) kemm hi l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Qiegħed nehmeż lista tal-membri kollha tas-Segretarjat tiegħi li turi:
(i) l-karigi tagħhom;
(ii) it-total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999
fuq 'mobile phones' ta' dawk il-persuni li huma ntitolati għall-użu ta' 'mobile phones'; u
(iii) d-data effettiva tal-ftehim li ffirma/t kull wieħed/waħda mill-
membri ta' l-'istaff' skond il-Memorandum 'Engagement of Staff in Private Secretariats' li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Novembru li għadda - liema 'Memorandum' sarulu xi emendi li wkoll ser jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin.
Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-Onor Interpellant huma kollha konformi ma' dak imniżżel fil'Memorandum', inkluż il-fatt li m'hemm l-ebda persuna ssekondata minn xi organizzazzjoni parastatali.
SEGRETARJAT TAL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU
Isem Kariga Nefqa fuq Data Effettiva
'Mobile Phones' tal-Kuntratt
Anthony J. Cachia Private Secretary Lm272.72 09.09.98
Charles Micallef Assistant Private
St. John Secretary Lm108.52 01.11.98
Francis Albani Policy Co-ordinator - 14.10.98
Maria Portelli Office Co-ordinator - 13.10.98
John R. Aquilina Secretariat Officer - 01.10.98
Lucienne Camilleri Secretariat Officer - 09.09.98
Vincent Tanti Secretariat Officer - 15.10.98
Rose Portanier Secretariat Officer - 17.05.99
Romina Agius Secretariat Pool - 02.11.98
Cutajar Officer
Marie Louise Secretariat Pool - 09.09.98
Grixti Officer
Audrey Cummings Secretariat Pool - 19.10.98
Officer
Alfred Debattista Secretariat Messenger - 01.02.99
Joseph Bonello Driver/Security Officer - 01.10.98
Il-persuni hawn fuq imsemmija huma kollha marbutin b'kuntratt.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom qed jagħmel użu ta' mobile phone? 8) kemm hija l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Qiegħed nehmeż lista tal-membri kollha tas-Segretarjat tiegħi u dak tas-Segretarju Parlamentari li turi : (i) il-karigi tagħhom; (ii) liema minnhom qegħdin b'kuntratti; (iii) it-total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 fuq mobile phones ta' dawk il-persuni li huma ntitolati għall-użu ta' mobile; u (iv) id-data effettiva tal-ftehim li ffirma/t kull wieħed/waħda mill-membri ta' l-istaff skond il-Memorandum 'Engagement of Staff in Private Secretariats' li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Novembru li għadda - liema Memorandum sarulu xi emendi li wkoll ser jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin.
Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-Onorevoli Interpellant huma kollha konformi ma' dak imniżżel fil-Memorandum, inkluż il-fatt li m'hemm l-ebda persuna ssekondata minn xi organizazzjoni parastatali.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phones? 8) kemm hija l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?
Response (BORG, JOE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista tal-membri kollha tas-Segretarjat tiegħi li turi (i) il-karigi tagħhom, (ii) liema minnhom qegħdin b`kuntratti, (iii) it-total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 fuq mobile phones ta` dawk il-persuni li huma ntitolati għal użu ta` mobile, u (iv) id-data effettiva tal-ftehim li ffirma/t kull wieħed/waħda mill-membri ta` l-istaff skond il-Memorandum `Engagement of Staff in Private Secretariats` li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f`Novembru li għadda - liema Memorandum sarulu xi emendi li wkoll ser jitqegħdu fuq il-Mejda fil-ġranet li ġejjin.
Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-onorevoli nterpellant huma kollha konformi ma` dak imniżżel fil-Memorandum, inkluż il-fatt li m`hemm l-ebda persuna ssekondata minn xi organiżazzjoni parastatali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phone? 8) kemm hi l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Membru dwar l-impjegati li qed iservu fis-Segretarjat Privat tiegħi, nixtieq nirreferih għat-Tweġibiet li kont tajt għall-Mistoqsijiet Nru. 3451 u 5840.
Minn dak iż-żmien, ġew ingaġġati b'kuntratt tliet impjegati oħra. Dawn huma:
- is-Sinjorina Olivia Galea Sehchell li hija mpjegata
tal-'International Institute on Ageing' u li issa ngħatat ħatra fil-pożizzjoni ta' 'Secretariat Officer'
- is-Sinjuri Massimo Cassar u Anthony Caruana li huma t-tnejn diġa'
mpjegati tal-Gvern fil-gradi ta' 'Supervisor' u 'Senior Operative' rispettament u li nħatru fil-pożizzjoni ta' 'Secretariat Messenger'.
Id-Drittijiet li għandhom l-impjegati fis-Segretarjati Privati jinsabu elenkati fid-dokument dwar 'l-Ingaġġ ta' Mpjegati fis-Segretarjati Privati' li kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, liema dokument sarulu xi emendi li wkoll ser jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra dalwaqt.
L-informazzjoni mitluba dwar il-'mobile phones' u s-servizz tat-telefon b'xejn hija kif tidher hawn taħt:
UFFIĊJAL MOBILE PHONE SERVIZZ TA'
SPIŻA TELEFON
TOTALI MID-DATA B'XEJN
TAL-ĦATRA
Segretarju Privat Lm221.35 Iva
Assistant Segretarju Privat Lm236.93 Iva
Communications Co-ordinator Lm 71.48 Iva
Projects Co-ordinator - Sa Lm200 fis-sena
Office Co-ordinator - Sa Lm200 fis-sena
8.6.99
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phone? 8) kemm hija l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qieghed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista tal-membri kollha tas-Segretarjat tieghi li turi: (i) il-karigi taghhhom; (ii) liema minnhom qeghdin b`kuntratti, (iii) it-total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 fuq mobile phones ta` dawk il-persuni li huma ntitolati ghall-uzu ta` mobile; u (iv) id-data effettiva tal-ftehim li ffirmat kull wiehed`waħda mill-membri ta` l-istaff skond il-Memorandum `Engagement of Staff in Private Secretariats` li tqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra f`Novembru li ghadda - liema Memorandum sarulu xi emendi li wkoll ser jitqeghdu fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin.
Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-Onorevoli nterpellant huma kollha konformi ma` dak imnizzel fil-Memorandum, inkluż il-fatt li m`hemm l-ebda persuna ssekondata minn xi organizazzjoni parastatali.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phone? 8) kemm hija l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista ta' l-istaff fis-Segretarjat tiegħi li turi l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. (Dok. A)
Irrid inżid li s'issa ħadd mill-imsemmija ma jagħmel użu mill-Mobile Phone.
Is-Sur Frank Mifsud huwa sekondat minn mas-SEDQA, is-Sur Teddy Kennely huwa sekondat mill-E.T.C., is-Sinjorina Annabelle Vassallo hi sekondata mill-Universita` u s-Sur Emanuel Sciberras hu sekondat mill-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku.
Ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lista oħra (Dok. B) ta' l-istaff tas-Segretarjat Parlamentari li turi (i) il-karigi tagħhom, (ii) liema minnhom qegħdin b'kuntratt, (iii) it-total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 fuq mobile phones ta' dawk il-persuni li huma ntitolati għall-użu ta' mobile phone u (iv) id-data effettiva tal-ftehim li ffirma/t kull wieħed/waħda mill-membri ta' l-istaff skond il-Memorandum 'Engagement of Staff in Private Secretariats'.
Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-Onor. Interpellant huma kollha konformi ma' dak imniżżel fil-Memorandum "Engagement of Staff in Private Secretariats".