Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta' Nutara Maltin li daħal fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni ġie magħżul biex jintbgħat perit ħalli jikkonferma l-valur tal-proprjeta'?
Response (DALLI, JOHN)
M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 6769.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt tħallset fuqu taxxa proviżorja fuq il-qliegħ kapitali kif ukoll taxxa tal-boll matul l-1998?
Response (DALLI, JOHN)
Matul l-1998, kien hemm 5,057 kuntratt ta` Natura Maltin li tħallset fuqu taxxa proviżorja u 9,500 kuntratt li fuqu tħallset it-taxxa tad-dokumenti u trasferimenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4856?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Saru l-investigazzjonijiet neċessarji u rriżulta li xi kollegi li jaħdmu fl-uffiċċju tal-persuna indikata għamlu kopji fuq il-photocopies ta' l-uffiċċju (black and white) tar-ritratti uffiċjali bil-kulur biex jintużaw bħala ċajta fuq il-kandidat imsemmi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5160, jista' l-Ministru jirrikonsidra r-risposta tiegħu peress li l-informazzjoni mitluba tirreferi għall-oġġetti li huma proprjeta' tal-Gvern ta' Malta a spejjeż tal-fondi pubbliċi?
Response (REFALO, MICHAEL)
M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt lill-Onor. Membru għall-mistoqsija tiegħu numru 4966.
Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki u x'salarju għandu l-konsulent, li ismu qed jintbagħat separatament, fix-xogħol ta' konsulenza li qiegħed jagħmel fl-ITS? Jista' l-Ministru jgħid x'titolu u karigi għandu dan il-persuna fl-ITS?
Response (REFALO, MICHAEL)
Qiegħed ingħaddi privatament lill-Onor. Membru kopja tal-'Curriculum Vitae' tal-persuna konċernata. Għall-kumplament tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija tiegħu Numru 5939.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5590?
Response (BORG, JOE)
In-numru ta` linji telefoniċi diretti b`aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta huwa 22 imqassmin kif jingħad hawn taħt:
Segretarjat Privat 10
Uffiċċju tas-Secretarjat Permanenti 2
Direttorat Servizzi Korporattivi 2
Direttorat Affarijiet Bilaterali 1
Direttorat Affarijiet Multilaterali 1
Direttorat Unjoni Ewropeja 6
Hemm ukoll 13 il-linja li jintużaw għall-trasmissjoni bil-fax u huma mqassmin kif ser jingħad:
Segretarjat Privat 4
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti 1
Direttorat Servizzi Korporattivi 3
Direttorat Affarijiet Bilaterali 1
Direttorat Affarijiet Multilaterali 2
Direttorat Unjoni Ewropeja 2
Jista' l-Ministru jgħid x'metodu jintuża mill-periti tal-Gvern biex jivvalutaw proprjeta' li tinbiegħ bejn individwi? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-metodu huwiex l-istess metodu li jintuża u jaddotta l-perit tal-Gvern meta tiġi esporprjata proprjeta' tal-privat? Jekk ma jintużax l-istess metodu, x'inhi r-raġuni?
Response (DALLI, JOHN)
Ir-Regoli ta` l-1993 dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti jipprovdu li `Il-valur tal-proprjeta` assoluta ta` kull proprjeta` fid-data rilevanti għandu jkun il-prezz medju li dik il-proprjeta` kienet iġġib li kellha tinbiegħ fis-suq liberu f`dik id-data, wara li jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha li jolqtu lil dik il-proprjeta``.
Għar-rigward tal-metodu li jintuża u jaddotta l-perit tal-Gvern meta tiġi esproprijata proprjeta` tal-privat, nissuġġerixxi li l-Onorevoli Interpellant jindirizza din il-parti tal-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il likwidazzjoni ġiet appellata lill-Bord konċernat fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni matul is-snin 1996, 1997 u 1998?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta` li kwidazzjonijiet appellati quddiem il-Bord ta` Kummissarji Speċjali kienu hekk:
Income Tax Act Duty on Documents Death and Donation
and Transfers Act Duty Act
1996
18 28 0
1997
8 37 4
1998
11 7 1
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni saret minn perit għall-kuntratti ta' kull nutar, nutar b'nutar, għall-konferma tal-valur matul is-sena 1998?
Response (DALLI, JOHN)
Saru 6020 spezzjonijiet matul l-1998. Ma naħsibx li hu ta` nteress pubbliku li tiġi mwieġba l-bqija tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kif jintgħażlu l-kuntratti li jintbgħat perit għalihom għall-konferma tal-valur tal-proprjeta'?
Response (DALLI, JOHN)
Avviżi tal-kuntratti kollha jkunu eżaminati minn Bord Intern magħmul mill-Prinċipal Anzjan (Tekniku), mill-Prinċipal Kap tas-Sezzjoni tat-trasferimenti causa mortis u mill-Prinċipal Kap tas-Sezzjoni tat-trasferimenti inter vivos u dan il-Bord jirreferixxi l-każi li jidhirlu lill-espert tekniku tad-dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il likwidazzjoni ġiet mibdula mill-Bord konċernat fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fl-appell fis-snin 1997 u 1998?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta` likwidazzjonijiet li ġew mibdulin mill-Bord ta` Kummissarji speċjali kienu hekk:
Income Tax Act Duty on documents Death and Donation
and Transfers Act Duty Act
1997 1 2 4
1998 0 0 1
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew minn wieħed mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998, 'l hawn?
Jekk inxtraw, jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma; (5) għal-liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw; (7) kemm huma fl-ammont?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni nxtraw erba' karozzi ġodda mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn. Dawn inxtraw skond ftehim ta' kuntratt għad-diretturi u għalhekk il-ħruġ ta' tender ma kienx jenħtieġ. Dawn kienu l-karozzi li nxtraw bl-informazzjoni rilevanti:
Marka: Peugeot 306 Hatchback Nefqa: Lm4520
Inxtrat mingħand: Michael Attard Ltd
Mixtrija għad-Director, Operations - 26.11.98
Marka: Peugeot 306 Hatchback Nefqa: Lm4520
Inxtrat mingħand: Michael Attard Ltd
Mixtrija għad-Director, Further Studies & Adult Education - 26.11.98
Marka: Hyundai Lantra Saloon Nefqa: Lm4300
Inxtrat mingħand: Merdian Co. Ltd
Mixtrija għad-Director, Finance & Administration - 21.12.98
Marka: Peugeot 306 Hatchback Nefqa: Lm5195
Inxtrat mingħand: Michael Attard Ltd
Mixtrija għad-Director, Planning & Development - 03.03.99
Fil-5 ta' Marzu 1999 id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji xtara karozza tal-marka Peugeot 306 mingħand Michel Attard Ltd XN4 għall-użu tad-Direttur. Id-Dipartiment ma kellu ebda karozza oħra biex taqdi dan is-servizz. L-ispiża kienet ta' Lm5175 li tkopri Lm4500 xiri tal-karozza u Lm675 VAT. F'dan il-każ ma nħarġitx tender peress li nxtrat taħt l-arranġamenti li Direttur għandu taħti il-'Performance Contract'.
Matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, ma nxtraw ebda karozzi mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, mis-Segretarjat Parlamentari, mid-Dipartiment ta' l-Eżamijiet, mid-Dipartiment tal-Kultura u mid-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew minn wieħed mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 'l hawn?
Jekk inxtraw, jista' jgħid: (1) kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma; (5) għal-liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw; (7) kemmhuma fl-ammont?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru dwar karozzi ġodda. Għandi ngħid li apparti mill-vetturi msemmija fit-tabella, d-dipartiment tas-Servizzi Korporattivi xtara żewġ vetturi oħra, pero dawn kienu "second hand".
15.6.99
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvernijiet lokali — Xiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew minn wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 'l hawn?
Jekk inxtraw, jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma; (5) għal-liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw; (7) kemm huma fl-ammont?
Response (GATT, AUSTIN)
Mill-5 ta` Settembru 1998 sa l-aħħar ta` April 1999 inxtraw żewġ karozzi mid-dipartimenti li jaqghu taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.
Karozza minnhom inxtrat mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ghall-użu tad-Direttur il-ġdid li ghandu Performance Contract. Il-vettura, Citroen Xsara, inxtrat ghall-prezz ta` LM5372 minn ghand l-aġenti Continental Cars Ltd. Dan ix-xiri sar skond iċ-ċirkolari tal-Finanzi MF 5`99.
Il-vettura l-oħra nxtrat ghall-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ghall-użu ġenerali ta` l-istess Kummissjoni. Il-karozza tal-marka Fiat Punto 60 swiet LM2605 - minn ghand id-ditta UCIM Co. Ltd. wara sejħa ghal quotations.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew minn wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?
Jekk inxtraw, jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma; (5) għal-liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw; (7) kemm huma fl-ammont?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn fid-dikasteru tiegħi nxtrat karozza waħda mid-dipartiment tal-Policy and Planning tal-Management and Personnel Office għall-użu tad-Direttur.
Il-karozza Hyundai Accent GLS inxtrat mingħand Meridian Enterprises Co Ltd għall-prezz ta' Lm3801 wara li ntallbu quotations.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Xiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew minn wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?
Jekk inxtraw, jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma; (5) għal-liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw; (7) kemm huma fl-ammont?
Response (BORG, JOE)
Nxtraw tlett karozzi, waħda għall-użu uffiċċjali tiegħi, oħra għall-użu uffiċċjali tal-Kummissjoni Għolja f`Canberra u l-oħra għall-użu uffiċċjali tal-ambaxxata fi Strasbourg. Fil-każi kollha nġiebu quotations. Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji oħra rigwardanti din ir-risposta.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4966, jista' l-Ministru jirrikonsidra r-risposta tiegħu peress li l-informazzjoni mitluba tirreferi għall-oġġetti li huma proprjeta' tal-Gvern ta' Malta a spejjeż tal-fondi pubbliċi?
Response (REFALO, MICHAEL)
M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt lill-Onor. Membru għall-mistoqsija tiegħu numru 4966.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew min wieħed mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Jekk inxtraw, jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma; (5) għal-liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw; (7) kemm huma fl-ammont?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi — Xiri ta' Karozzi
Question
Jista' l-Mionistru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew min wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Jekk inxtraw, jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma; (5) għal-liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw? (7) kemm huma fl-ammont?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.