Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizzi Ekonomiċi — Mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jista' jgħid ukoll jekk is-Segretarju Parlamentari huwiex jagħmel użu minn mobile phone? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiż-żewġ każijiet kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li fl-1999 mhix xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li Ministru u Segretarji Parlamentari jkollhom użu ta' 'mobile phone'. Jiena nfurmat li bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-aħħar ta' Marzu 1999 in-nefqa fuq iż-żewġ mobile phones li nagħmel użu minnhom jien kienet ta' Lm533.17c. Iż-żewġ Segretarji Parlamentari fil-Ministeru tiegħi jagħmlu użu minn mobile phone kull wieħed. In-nefqa fuq dawn iż-żewġ mobile phones matul l-istess perjodu kienet ta' Lm422.01c.
Leg 9 PQ #7860 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jista' jgħid ukoll jekk is-Segretarju Parlamentari huwiex jagħmel użu minn mobile phone? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiż-żewġ każijiet kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (GALEA, LOUIS)

Jien infurmat li bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-aħħar ta' Marzu 1999 in-nefqa fuq il-'mobile phone' li nagħmel użu minnu jien kienet ta' Lm715.60. Informat ukoll li s-Segretarju Parlamentari qiegħed jagħmel użu minn 'mobile phone' li huwa propjeta` tiegħu personali. L-ispiża mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Marzu 1999 kienet ta' Lm270.20 Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra.

Politika Soċjali — Mobile phone

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jista' jgħid ukoll jekk is-Segretarju Parlamentari huwiex jagħmel użu minn mobile phone? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiż-żewġ każijiet kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza li fl-1999, mhiex xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li Ministru jkollu użu ta' 'mobile phone'. Jien infurmat li bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-aħħar ta' Marzu 1999 in-nefqa fuq il-'mobile phone' li nagħmel użu minnu jien kienet ta' Lm236.44. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra. 5.7.99
Leg 9 PQ #7494 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Skrivani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skrivani fl-ITS li qegħdin b'kuntratt? Jista' jgħid meta ġew impjegati, mil-liema lokalita' huma u xi kwalifiki għandhom?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fl-'Institute of Tourism Studies' hemm seba' skrivani li qegħdin b'kuntratt. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor Interpellant hu kif jidher hawn taħt: DATA TA' L-IMPIEG LOKALITA' KWALIFIKI 25.04.88 St Andrews Secondary Education 03.01.91 Gżira Secondary Education 10.02.91 San Ġwann 'A' Level 01.10.92 St Andrews Secondary Education 01.11.92 Sliema Sixth Form 20.07.98 Birżebbuġa Sixth Form 01.01.99 Sliema Matric
Leg 9 PQ #7850 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (DALLI, JOHN)

Naħseb li l-onorevoli nterpellant japprezza li, fl-1999, mhiex xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li Ministru jkollu użu ta` `mobile phone`. Jien infurmat li bejn il-5 ta` Settembru 1998 u l-aħħar ta` Marzu 1999 in-nefqa fuq il-`mobile phone` nagħmel użu minnu jien kienet ta` Lm395.23. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7851 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza li, fl-1999, mhiex xi ħaġa straordinarja, u żgur hekk għandu jkun, li Ministru jkollu użu ta' 'mobile phone'. Jien infurmat li bejn il-5 ta' Settembru 1998 u d-9 ta' April 1999 (meta ħareġ l-aħħar kont) in-nefqa fuq il-'mobile phone' li nagħmel użu minnu jien kienet ta' Lm350.35. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Ġustizzja — Mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (GATT, AUSTIN)

Naħseb li l-Onorevoli Nterpellant japprezza li, fl-1999, mhix xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li Ministru jkollu użu ta` `mobile phone`. Jien infurmat li bejn il-5 ta` Settembru 1998 u l-aħħar ta` Marzu 1999 in-nefqa fuq il-`mobile phone` li nagħmel użu minnu jien kienet ta` LM222.01. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-ircevuti fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport — Mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza li, fl-1999, mhiex xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li Ministru jkollu użu ta` `mobile phone`. Jien infurmat li bejn il-5 ta` Settembru 1998 u l-aħħar ta` Marzu 1999 in-nefqa fuq il-`mobile phone` li nagħmel użu minnu jien kienet ta` LM243. Ma` narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7854 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Naħseb li l-Onorevoli nterpellant japprezza li, fl-1999, mhiex xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li Prim Ministru/Ministru jkollu użu ta' 'mobile phone'. Jien infurmat li bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-aħħar ta' Marzu 1999 in-nefqa fuq il-'mobile phone' li nagħmel użu minnu jien kienet ta' LM245.74ċ. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-mejda tal-Kamra. Ninforma l-Onor. Membru li għall-istess numru ta' xhur in-nefqa tal-predeċissur tiegħi kienet LM370.94ċ. In-nefqa fuq l-użu ta' 'mobile phones' oħra fis-segretarjat tal-ministru tiegħi għall-istess żmien kienet LM392.51ċ filwaqt dik tal-gvern preċedenti għall-istess numru ta' xhur kienet LM502.54ċ.
Leg 9 PQ #7855 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Mobile phone

Question

Tista' l-Ministru tgħid hijiex tagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Tista' wkoll tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li fl-1999 mhiex xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li Ministru jkollu użu ta' mobile phone. Jiena nfurmata li l-ispiża tal-kera tal-mobile phone mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Marzu 1999 li minnu jiena qegħda nagħmel użu kienet ta' Lm164.78,0 filwaqt li l-ispiża tat-telefonati li saru permezz tiegħu mit-23 t'Awissu 1998 sat-22 t'April 1999 kienet tammonta għal Lm382.94,0. Dan l-istess mobile phone beda jintuża minni wara t-8 ta' Settembru 1998 u qabel din id-data kien jintuża minn uffiċċjal fis-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari għal Għawdex. Mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Marzu 1999 il-Ministeru għal Għawdex ħallas ukoll is-somma ta' Lm10.95,0 għal 'VML - De-Installation' fuq l-istess mobile phone. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7826 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serq tal-pittura Caravaggio

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar il-każ ta' serq tal-Pittura tal-Caravaggio?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ kien ġie nvestigat, ittellgħet persuna l-Qorti, u l-każ qed jistenna li jiġi appuntat għall-ġuri.
Leg 9 PQ #7832 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ta' Qali - Permess għal party

Question

Jista' l-Ministru jgħid bl-ismijiet min kienu l-organizzaturi li ngħataw il-permess li jorganizzaw party f'Ta' Qali nhar il-Ħadd 6 ta' Ġunju, 1999?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7583.
Leg 9 PQ #7833 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Membri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6630?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed nehmeż lista tal-membri kollha tas-Segretarjat tiegħi li turi: (i) il-kariga tagħhom; (ii) liema minnhom qegħdin b`kuntratti; (iii) it-total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 fuq mobile phones ta` dawk il-persuni li huma ntitolati għall-użu ta` mobile; u (iv) id-data effettiva tal-ftehim li ffirma\t kull wieħed\waħda mill-membri ta` l-istaff skond il-Memorandum `Engagement of Staff in Private Secretariats` li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f`Novembru li għadda - liema Memorandum sarulu xi emendi li wkoll ser jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin. Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-onorevoli interpellant huma kollha konformi ma` dak imniżżel fil-Memorandum, inkluż il-fatt li m`hemm l-ebda persuna sekondata minn xi organizzazzjoni parastatali.
Leg 9 PQ #7847 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ta' Qali - Party

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-party li sar f'Ta' Qali nhar il-Ħadd 6 ta' Ġunju, 1999 inqabdux persuni li fil-pussess tagħhom kellhom id-droga? Jekk inqabdu, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta'persuni, x'sustanzi ta' droga kellhom fuqhom u x'inhu l-ammont tad-droga li nqabad?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-party li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, il-Pulizija żammet sitt persuni fuq suspett ta' pussess ta' droga. Fuq tlieta minnhom instabu drogi. F'din l-operazzjoni ġew elevati 20 pillola ecstasy u tlett biċċiet raża tal-Cannabis.

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-aħħar ta' Marzu 1999 in-nefqa ta' użu ta' 'mobile phone' li nagħmel użu minnu jien kienet ta' Lm267.73. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7849 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li, fl-1999, mhix xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li Ministru jkollu użu ta' "mobile phone". Jien infurmat li bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-aħħar ta' Marzu 1999 in-nefqa fuq il-"mobile phone" li nagħmel użu minnu jien kienet ta' Lm519.37. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Ġorġ — Triq Dragonara - Traffic Control Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Dragonara fid-direzzjoni għall-Bajja ta' San Ġorġ, hijiex approvata bħala one way traffic mit-Traffic Control Board? Jekk hija approvata, jista' l-Ministru jieħu l-passi biex dak approvat jiġi fis-seħħ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq Dragunara kienet `One Way Traffic` fid-direzzjoni għall-bajja ta` San Ġorġ sa Awissu ta` l-1996, iżda fuq talba tal-Pulizija u tad-Direttur tat-Toroq din saret `Two Way`. Il-Pulizija talbet lill-Bord għall-Kontrol tat-Traffiku biex is-sistema preżenti għalissa tibqa fis-seħħ u tiġi reveduta meta jinfetħu toroq ġodda fiż-żona.

Child care centres

Question

B'riferenza għal ftuħ ta' child care centres, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta dawn se jinfetħu u liema huma l-lokalitajiet li se jinfetħu fihom l-ewwel? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'opportunitajiet ta' impjiegi dawn se joħolqu u l-eżamijiet għalihom b'liema lingwa se jsiru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proċess ta' evalwazzjoni ta' Child Care Centres tal gvern, għadu għaddej. Dan il-proċess jinkludi eżami ta' proposti dwar forma ta' sussidju lil min ma jiflaħx iħallas għas-servizzi. Il-politika tal-Gvern hi li joħloq servizzi u jieħu miżuri li jgħinu lill-ġenituri biex ilaħħqu mar-responsabilitajiet tagħhom lejn il-familja kif ukoll fuq il-post tax-xogħol. F'dan is-sens, il-miżuri li ġew imħabbra dwar ir-"responsability break" u sigħat mnaqqsa ta' xogħol jinkwadraw rwieħom f'din il-politika. Mhux possibbli li wieħed jgħid x'possibiltajiet ta' xogħol ta' impiegi jistgħu jinħolqu bil-ftuħ ta' Child Care Centres. 22.6.99
Leg 9 PQ #7697 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax — Aġenzija tar-riklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hi l-kumpannija jew aġenzija tar-riklamar li permezz tagħha qed isir ir-riklamanr tas-sistema ġdida ta' l-Income Tax? Jista' l-Ministru jgħid: (1) inħarġitx tender? (2) kemm se tiġi tiswa din il-kampanja ta' riklamar? (3) Intalbux quotations?

Response (DALLI, JOHN)

Il-kumpanija tar-reklamar li bħalissa qed tagħmel reklamar fuq is-sistema il-ġdida ta` l-income tax hi MPS Ltd. 1. Intalbu quotations minn 10 ditti tar-reklamar għal din l-ewwel fasi tal-kampanja. 2. Huwa stmat li din il-fasi tal-kampanja ser tiġi tiswa mal-Lm20,000. 3. Bħalissa hemm tender ppublikat mid-Dipartiment tal-Kuntratti għat-tieni fasi tal-kampanja.

Awtorita' tad-Djar — Stallazzjoni ta' lifts

Question

B'riferenza għall-iskema mħabbra riċentement mill-Awtorita' tad-Djar rigward stallazzjoni ta' lifts f'appartamenti tal-gvern u fid-dawl ta' dak li ħabbar il-Ministru, jiġifieri li appartamenti li jgħixu fihom persuni b'diżabilita' mobilitarja se jingħataw prijorita', jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u mmedjata biex Blk C fi Triq Bertha K. Ilg Ta' Giorni jingħata prijorita' f'din l-iskema, peress li fl-imsemmi appartament tgħix persuna b'diżabilita' mobilitarja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din l-iskema "V" preżentement tapplika għall-lokalitajiet tal-Kottonera, Kalkara, Floriana u l-Belt Valletta. 22.6.99