Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru teigħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (BORG, JOE)

Ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq fil-perjodu imsemmi fil-mistoqsija f`refurbishment u f`għamara ġdida fl-uffiċċini tal-Ministeru u f`tad-Diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, kien kif ġej: Ministeru Lm 85,792.64 Direttur (Multilateral Affairs) Lm 481.00 ____________ Lm 86,273.64 ____________ Minn dan it-total, ammont ta` Lm75,983.94 kien ħlas dovut għal impenji li kienu saru qabel Settembru 1998 u li tħallsu wara din id-data.
Leg 9 PQ #8179 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Interim From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Refurbishment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8180 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Petrol/diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karozza? Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perijodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-Diretturi u Chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-Mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-nefqa totali f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi fil-Ministeru, għall-perijodu Frar / Ġunju 1999. Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4260 rigward il-perijodu Settembru 1998 / Jannar 1999. Qiegħed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella oħra dwar l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija li wkoll tagħmel paragun ma' nfieq f'diesel u petrol ta' karozzi ta' diretturi u chairpersons fid-dekasteru ta' dan il-Ministeru f'perijodu simili taħt l-amministrazzjoni ta' qabel.
Leg 9 PQ #8181 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Petrol/diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karozza? Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perijodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-Diretturi u Chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa totali f'petrol għall-użu tal-karozzi fil-Ministeru għall-perjodu Settembru 1998/Jannar 1999 u Frar 1999/Ġunju 1999, Settembru 1997/Jannar 1998 u Frar 1998 sa Ġunju 1998 li tagħmel paragun ma' infieq f'petrol fil-Ministeru f'perjodu simili taħt l-amministrazzjoni ta' qabel. Inqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella oħra dwar l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija li wkoll tagħmel paragun ma' infieq f'petrol ta' karozzi ta' diretturi u chairpersons fid-dekasteru ta' dan Il-Ministeru f'perjodu simili taħt l-amministrazzjoni ta' qabel.
Leg 9 PQ #8182 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Petrol/diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karozza? Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perijodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-Diretturi u Chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li bejn Settembru 1998 u Mejju 1999 in-nefqa f'petrol jew 'diesel' għall-użu tal-karozzi fil-Ministeru laħqet Lm2,322. Bejn Settembru 1997 u Mejju 1998, jiġifieri f'perijodu simili taħt l-Amministrazzjoni ta' qabel, in-nefqa kienet ta' Lm3,100. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat ukoll li bejn Settembru 1998 u Mejju 1999 in-nefqa f'petrol jew 'diesel' ta' karozzi ta' diretturi u 'chairpersons' fid-dikasteru ta' dan il-Ministeru kienet ta' Lm1,366. Bejn Settembru 1997 u Mejju 1998 in-nefqa kienet ta' Lm1,181.
Leg 9 PQ #8171 Sitting 132 1999-07-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-perjodu msemmi intefqu Lm2882.03 li minnhom Lm2041.13 saru fil-Ministeru filwaqt li Lm840.90 ntefqu fid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi.

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għad-domanda numru 7169 u 7428.
Leg 9 PQ #8175 Sitting 132 1999-07-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru (li jinkludi wkoll l-Uffiċju tas-Segretarju Permanenti) u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu, kien kif ġej: Nefqa Set.'98-Ġun.'99 Ministeru Lm1,936.01 Segretarju Parlamentari Lm2,784.75 Diretturi ta' l-Edukazzjoni Lm1,709.99 Direttur ta' l-Eżamijiet Lm 244.00 Direttur tal-Libreriji u Arkivji Xejn Direttur tal-Mużewijiet Xejn Direttur tal-Kultura Lm 227.45 Dipartiment Żgħażagħ u Sport Lm 284.50 Fondazzjoni għall-Istudji Xejn Internazzjonali Kunsill Malti għax-Xjenza Xejn u t-Teknoloġija P.B.S. Lm 425.50 Dar il-Mediterran Xejn Universita` ta' Malta Xejn

Ministeru tal-Politika Soċjali — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dan il-Ministeru huwa kommess li, sa fejn hu fiżikament possibbli, jwettaq politika ta' accessibilita' kemm fil-bini tal-Ministeru nnifsu, kif ukoll fid-diversi dipartimenti u ażenziji li jaqgħu taħtu. Għalhekk, fil-bidu ta' din il-leġislatura ttieħdet id-deċiżjoni li l-bini tal-Ministeru f'Palazzo Ferreria, fil-Belt Valletta kellu jiġi adattat biex (a) jilqa' fih l-istaff kollu tas-Segretarjat Parlamentari u (b) biex jipprovdi ambjent aċċessibbli għal kulħadd nkluż min juża s-siġġu tar-roti. S'issa intefqu Lm18,357 f'refurbishment u Lm5,405 f'għamara ġdida biex jitlestew l-uffiċini fis-sular t'isfel ta' Palazzo Ferrerija fejn ġie stabbilit l-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari u l-istaff kollu tiegħu. Dan is-sular huwa totalment aċċessibbli. Jonqos pero, li jiġi stallat lift ġdid biex is-sulari kollha, nkluż dak tal-Ministeru (li jinsab fit-tieni sular) isiru aċċessibbli. Barra minn dan, intefqet ukoll is-somma ta' Lm1,889 f'refurbishment fis-sular tal-Ministeru u Lm390 f'għamara, kif ukoll Lm565 għall-għamara għas-Segretarju Permanenti. Minn hawn u ftit ieħor, ser jibda wkoll ix-xogħol biex jitwaħħlu l-balavostri mal-faċċata ta' Palazzo Ferrerija, kiema xogħol issa ġie awtoriżżat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Tajjeb li jingħad illi aktar minn nofs l-ispiża ta' l-għamara li nxtrat, tħallset lill-Koperattiva tal-Gvern stess, filwaqt li x-xogħol sar kważi kollu minn ħaddiema tal-gvern stess. Jiena nfurmat ukoll li fl-istess perijodu l-Bord tal-Koperattivi nefaq is-somma ta' Lm8,294 f'xogħolijiet ta' refurbishment u Lm2,325 f'għamara. Fid-dipartimenti, Aġenziji, Korporazzjonijiet l-oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru ta' dan il-Ministeru, ma ntefqux flus f'dan il-perijodu fuq dawn is-suġġetti. Pero', rrid ngħid minn issa li tajt struzzjonijiet biex t-training centre l-ġdid tal-ETC fil-Belt Valletta għandu jkun aċċessibbli permezz ta' lift. 7.7.99
Leg 9 PQ #7897 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vetturi ttowjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ittowjati karozzi mill-5 ta' Settembru, 1999 sal-lum? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġew ittowjati? Jista' jgħid kemm minnhom kienu karozzi tal-Ministeri jew li jaqgħu taħt xi dekasteru ta' xi wieħed mill-Ministri? Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata bid-dati u l-postijiet ta' meta dawn il-karozzi ġew ittowjati u jekk il-multa in kwestjoni ġietx imħallsa?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel u t-tieni partijiet tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7651. Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif mitlub.
Leg 9 PQ #8138 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Imtarfa — Gymnasium

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-gymnasium ta' l-Imtarfa: (1) Min hu is-sid tiegħu? (2) Lil min hu mikri? (3) Għal kemm żmien hu mikri? (4) Kemm qed titħallas kera jew ċens fis-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proprjeta` li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija amministrata mill-Housing Authority. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

San Ġiljan — Triq Birkirkara - Xogħlijiet

Question

Peress li ħaddiema tal-gvern qed jagħmlu xogħol kontra l-għarar fi Triq Birkirkara, San Ġiljan, liema xogħol qed iwassal biex issir ħsara fil-wiċċ tat-triq imsemmija u peress li l-ispiża tal-ħsara msemmija mhijiex waħda li jiflaħ għaliha l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, jikkunsidra l-Ministru li wara li jitlesta x-xogħol kontra l-għarar isir ix-xogħol ta' tarmac mid-Dipartiment tat-Toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa llum m`hemm l-ebda talba pendenti quddiem id-Dipartiment tat-toroq dwar dan ix-xogħol.

San Ġiljan — Triq il-Klarissi - Xogħlijiet

Question

Peress li Triq il-Klarissi, f'San Ġiljan hija fi stat ħażin ħafna u peress li hija triq wieqfa ħafna u peress li konsegwenza ta' hekk tirrikjedi ammont finanzjarju sostanzjali biex tiġi mogħtija t-tarmac, liema somma finanzjarja huwa impossibbli li jidħol għaliha l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, jikkonsidra l-Ministru li dan ix-xogħol isir mid-Dipartiment tat-Toroq a spejjeż tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferik għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 8139.

Djar — Ta' Ġiorni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5168 u cioe, jista' l-Ministru jintervjeni biex jitwaħħlu l-bibien tal-bejt ta' Blokk J Triq Francesco Balbi, Ta' Ġiorni u peress li fir-risposta tiegħu l-Ministru wieġeb illi għadda t-talba lid-dipartiment konċernat u peress li sal-lum il-bibien għadhom ma twaħħlux, jista' l-Ministru jieħu l-passi mmedjati biex il-bibien imsemmija jitwaħħlu mill-aktar fis possibbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li x-xogħolijiet qed jinħadmu mill-garaxx tal-Garage tal-Marsa. Infurmat ukoll li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ser jagħmel pressjoni biex dawn ix-xogħolijiet jitlestew mill-aktar fis possibli. 6.7.99

Ministeru tal-Ġustizzja — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (GATT, AUSTIN)

It-tweġiba tinghata f`seduta oħra peress li l-informazzjoni ghadha qed tinġabar.

Affarijiet Barranin — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Marzu 1999? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (BORG, JOE)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li, fl-1999, mhiex xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li Ministru jkollu użu ta` mobile phone. Jien infurmat li fil-perjodu li fih kont nokkupa l-kariga ta` Segretarju Parlamentari, jiġifieri mill-24 ta` Settembru 1998 sat-23 ta` Marzu 1999 in-nefqa fuq il-mobile phone li nagħmel użu minnu jien kienet ta` LM335.38, li minnhom LM225.00 kienu spejjeż tas-set innifsu. L-ispejjeż għall-kiri u sejħiet jkopru il-hlasijiet li saru sat-23 ta` Marzu 1999. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7857 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Mobile Phone

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-ispiża ta' l-użu tal-mobile phone tiegħi minn Settembru 1998 sa Marzu 1999 laħqet Lm273.89. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7858 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jista' jgħid ukoll jekk is-Segretarju Parlamentari huwiex jagħmel użu minn mobile phone? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiż-żewġ każijiet kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (BORG, TONIO)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li, fl-1999, mhiex xi ħaġa straordinarja, u żgur li hekk għandu jkun, li Ministru u Segretarju Parlamentari jkollhom użu ta' mobile phone. Ninsab infurmat li l-ispiża totali sew bħala recurring charges, usage charges, connection charges u VAT rigward il-mobile phone tiegħi matul il-perijodu 10 ta' Settembru 1998 sad-9 ta' April 1999 kienet ta' Lm262.91 filwaqt dik tas-Segretarju Parlamentari matul il-perijodu 15 ta' Ottubru 1998 sat-22 ta' Marzu 1999 kienet tammonta għal Lm256.63. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra.