Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċini tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpannija privata, jista' jgħid: 1) min hi l-kumpannija; 2) kemm tħallset xahar b'xahar; 3) jekk jeżistix kuntratt ma' din il-kumpannija; 4) jekk inħarġitx sejħa għall-offerta; 5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' tindif fl-uffiċini tal-Ministeru bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-21 ta' Ġunju 1999 sar kif jidher hawn taħt:
5 ta' Settembru 1998 sal-11 ta' Ottubru 1998
Bad Boy General Cleaners - Dan ix-xogħol ingħata bidu fil-5 ta' Jannar 1998 bil-ħlas ta' Lm70.50 fil-ġimgħa. Matul il-perjodu indikat mill-Onorevoli Interpellant sar ħlas ta' Lm352.50. Dan il-kuntratt ingħata wara sejħa li saret permezz ta' Kwotazzjoni numru 40/97.
Settembru 1998
Albert Caruana - Xogħol ta' tindif ta' tapiti għal spiża totali ta' Lm506.43. Ma saret l-ebda sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol.
12 ta' Ottubru 1998 sal-11 ta' April 1999
M.C.C.S. Co. Ltd. - Dan ix-xogħol ingħata bidu fit-12 ta' Ottubru 1998 bil-ħlas ta' Lm66.00 fil-ġimgħa li, bħala riżultat ta' dħul tat-taxxa tal-VAT fl-1 ta' Jannar 1999 sar ta' Lm69.83. Matul il-perjodu indikat mill-Onorevoli Interpellant sar ħlas ta' Lm1816.88. Dan il-kuntratt ingħata wara sejħa li saret permezz ta' Kwotazzjoni numru 17/98
12 ta' April 1999 sal-20 ta' Ġunju 1999
Premier Cleaning Services - Dan ix-xogħol ingħata bidu fit-12 ta' April 1999 bil-ħlas ta' Lm103.00 fil-ġimgħa. Matul il-perjodu indikat mill-Onorevoli Interpellant sar ħlas ta' Lm1030.00. Dan il-kuntratt ingħata wara sejħa għal offerti numru 16 maħruġa fis-16 ta' Frar 1999.
Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti konnessi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċini tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpannija privata, jista' jgħid: 1) min hi l-kumpannija; 2) kemm tħallset xahar b'xahar; 3) jekk jeżistix kuntratt ma' din il-kumpannija; 4) jekk inħarġitx sejħa għall-offerta; 5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (GATT, AUSTIN)
It-tindif kollu tal-uffiċini tal-Ministeru (Uffiċċju tal-Ministru u tal-Head Office) bejn il-5 ta` Settembru u l-21 ta` Gunju, 1999 sar minn impjegati tal-Gvern i.e.messaġġiera u cleaners.
Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċini tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpannija privata, jista' jgħid: 1) min hi l-kumpannija; 2) kemm tħallset xahar b'xahar; 3) jekk jeżistix kuntratt ma' din il-kumpannija; 4) jekk inħarġitx sejħa għall-offerta; 5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta` tindif fl-Uffiċċju tal-Ministeru bejn il-5 ta` Settembru 1998 u l-21 ta` Ġunju 1999 sar minn impjegat tal-gvern.
Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċċji tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju 1999?
Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpannija privata, jista' jgħid: 1) min hi l-kumpannija; 2) kemm tħallset xahar b'xahar; 3) jeżisti kuntratt ma' din il-kumpanija; 4) ħarġet sejħa għal offerta; 5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (BORG, JOE)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta` tindif fl-Uffiċċju tal-Ministeru bejn il-5 ta` Settembru 1998 u 21 ta` Ġunju 1999 sar minn impjegati tal-Gvern minbarra dak fid-Direttorat ta` l-Unjoni Ewropeja. F`dan il-każ it-tindif minn Settembru sa Novembru 1998 sar b`kuntratt mid-ditta `Bad Boy Cleaners` wara li d-Direttorat kien talab ditti ewlenin biex jissottomettu quotations. Wara li ġie terminat il-kuntratt mad-ditta msemmija, saru arranġamenti li ġew fis-seħħ mill-14 ta` Dicembru, 1998 sabiex ix-xogħol ta` tindif isir minn persuna appaltata apposta bi ħlas ta` Lm2 fis-siegħa b`liema servizz id-Direttorat qed jinqegħda ferm aħjar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċċji tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?
Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpannija privata, jista' jgħid: 1) min hi l-kumpannija; 2) kemm tħallset xahar b'xahar; 3) jeżisti kuntratt ma' din il-kumpannija; 4) inħarġet sejħa għal offerta; 5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' tindif fl-Uffiċċji tal-Ministeru bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-21 ta' Ġunju 1999 sar minn impjegati tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċċji tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju 1999?
Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpanija privata, jista' jgħid: 1) min hi l-kumpannija; 2) kemm tħallset xahar b'xahar; 3) jeżisti kuntratt ma' din il-kumpanija; 4) inħarġet sejħa għal offerta; 5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tindif tal-uffiċji tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni normalment isir mill-fattigi. Madanakollu, matul il-perjodu msemmi, f'żewġ okkażjonjiet sar xogħol urġenti ta' tindif minn kumpaniji privati wara xogħol ta'refurbishment.
Dan ix-xogħol ta' tindif kien jikkonsisti kif ġej:
1. Tindif ta' kurituri u twieqi wara sejħa għall-kwotazzjonijiet numru DCS/2 fejn intlaqgħet l-offerta tal-Bad Boy Cleaning Services Ltd għas-somma ta' Lm80.
2. Tindif tal-pjan tal-Ministeru minn Salamander Janitor Services Ltd għas-somma ta' Lm37.38.
M'hix proċedura normali li jitpoġġew l-irċevuti konnessi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min għamel xi-xogħol ta' tindif fl-uffiċċji tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 t a' Ġunju 1999?
Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpannija privata, jista' jgħid: (1) min hi l-kumpannija; (2) kemm tħallset xahar b'xahar; (3) jeżisti kuntratt ma' din il-kumpannija; (4) ħarġet sejħa għal offerta; (5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fil-perjodu msemmi x-xogħol ta'tindif dejjem sar mill-ħaddiema tal-Ministeru ħlief għal eċċezzjoni ta' darba biss.
Dan kien f' Ottubru, meta n-natura tat-tindif li kien hemm bżonn, minħabba fil-fatt li kien hemm ammonti sostanzjali ta' materjal x'jintrema, u li riedu jitnaddfu l-ħġieġ fl-għoli minn barra, fisser li tqabbdet ditta privata. Din kienet id-ditta 'Bad Boy Cleaners' li tħallset is-somma ta' Lm192.
Ma narax il-ħtieġa li npoġġi l-irċevuti konnessa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid min għamel ix=-xogħol ta' tindif fl-uffiċċji tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju 1999?
Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpannija privata, tista' tgħid: (1) min hi l-kumpannija; (2) kemm tħallset xahar b'xahar; (3) jeżisti kuntratt ma' din il-kumpannija; (4) inħarġet sejħa għal offerta; (5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-Ministeru għal Għawdex fil-perijodu msemmi sar mill-impjegati tal-Ministeru stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karozza?
Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perijodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-Diretturi u Chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista (Dok. A) li turi n-nefqa totali f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi fil-Ministeru u Diretturi u Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru.
Ser inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra lista oħra (Dok. B) li wkoll tagħmel paragun ma' infieq f'diesel u petrol fid-dekasteru ta' dan il-Ministeru f'perjodu simili taħt l-amministrazzjoni ta' qabel.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru 1998, sal-21 ta' Ġunju, 1999, f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu, karozza b'karozza?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perjodu f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tad-diretturi u ċ-chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
14.7.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru 1998, sal-21 ta' Ġunju, 1999, f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karozza?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perjodu f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tad-diretturi u chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Għar-rigward ta` l-ewwel parti tal-mistoqsija, qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa totali f`petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi fil-Ministeru, għal-perjodu Frar\Ġunju 1999. Nirreferi l-onorevoli interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Numru 4258 rigward il-perjodu Settembru 1998 \ Jannar 1999.
Qiegħed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella oħra dwar l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija li wkoll tagħmel paragun ma` infieq f`diesel u petrol ta` karozzi ta` diretturi u chairpersons fid-dikasteru ta` dan il-Ministeru f`perjodu simili taħt l-amministrazzjoni ta` qabel.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Petrol/Diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998, sal-21 ta' Ġunju 1999, f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karozza?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perjodu f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tad-diretturi u chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa totali f`petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal-Ministeru għall-perjodu 5 ta` Settembru sal-21 ta` Ġunju 1999.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru 1998, sal-21 ta' Ġunju 1999 f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu, karozza b'karozza?
Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perjodu f'petrol jew diesel għal użu tal-karozzi tad-diretturi u chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Għar-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa totali f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi fil-Ministeru, għall-perjodu Frar/Ġunju 1999. Nirreferi l-Onorevoli interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru 4264 rigward il-perjodu Settembru 1998/Jannar 1999.
Qiegħed inpoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra, tabella ohra dwar l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija li wkoll tagħmel paragun ma infieq f'diesel u petrol ta' karozzi ta' diretturi u chairpersons fid-dikasteru ta' dan il-Ministeru f'perjodu simili taħt l-amministrazzjoni ta' qabel.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċini tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju 1999?
Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpannija privata, jista' jgħid: 1) min hi l-kumpannija; 2) kemm tħallset xahar b'xahar; 3) jekk jeżistix kuntratt ma' din il-kumpanija; 4) jekk inħarġitx sejħa għal offerta; 5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' tindif fl-Uffiċċju tal-Ministeru bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-21 ta' Ġunju 1999 sar minn impjegati tal-Gvern.
14.7.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karozza?
Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perijodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-Diretturi u Chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi it-total ta` petrol udiesel minfuq mid-dipartimenti kollha li jaqghu taht ir-responsabilita tal-Ministeru - jigifieri il-Ministeru, id-Dipartiment tal-Gustizzja, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, l-Avukat Generali, il-Qorti, il-Kummissjoni ghall-Ligi u l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni - hi ta`Lm4721.53 maqsuma bejn 18 il-karozza.
Ghall-informazzjoni tal-interpellant jien infurmat wkoll illi il-karozzi wzati minni fil-perjodu mitlub ikkunsmaw Lm697 petrol. Fl-istess xhur tas-snin precedenti (5.9.97 sa 21.6.98) l-Onorevoli Ministru tal-Gustizzja tal-amministrazzjoni Laburista kien nefaq Lm1113 f` `petrol`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karoza?
Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perijodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-Diretturi u Chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa totali f'petrol u diesel għall-użu tal-karozzi fil-Ministeru kif ukoll tad-diretturi u chairpersons fid-dikasteru ta' dan il-Ministeru għal-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju 1999.
Fuq l-istess tabella hemm inkluż ukoll informazzjoni li tagħmel paragun ma nfieq f'petrol u diesel mill-Ministeru, diretturi u chairpersons fid-dikasteru ta' dan il-Ministeru, f'perjodu simili taht l-amministrazzjoni ta' qabel
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karozza?
Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perijodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-Diretturi u Chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karozza?
Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perijodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-Diretturi u Chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tiegħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għad-domanda Nru. 4259, jien infurmat li n-nefqa totali f`petrol u diesel għall-użu tal-Ministeru għal perjodu Frar-Ġunju 1999 hija Lm1598.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba li tagħmel paragun ma infieq f`diesel u petrol ta` karozzi ta` diretturi u chairpersons fid-dekasteru ta` dan il-Ministeru f`perjodu simili taħt l-amministrazzjoni ta` qabel.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tlaħħaq l-ispiża mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999 f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tal-Ministeru tiegħu karozza b'karozza?
Tista' tgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża fl-istess perijodu f'petrol jew diesel għall-użu tal-karozzi tad-Diretturi u Chairmen li jaqgħu b'xi mod taħt wieħed mid-dekasteri tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-ammont li ntnefaq fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija f`refurbishment u f`għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f`tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, kif ukoll in-nefqa f`perjodu simili mill-amministrazzjoni ta` qabel kien kif ġej:
Nefqa
Sett.`98 - Ġun.`99
Lm
Ministeru 6,875.00
Diretturi (Ministeru) 346.00
Direttur (VAT) 182.85
Direttur (Kuntratti) NIL
Direttur (Taxxi Interni) 1 380.00
2 NIL
Direttur (Dwana) 1 408.37
2 126.45
Chairpersons NIL
TOTAL 8,318.67