Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8224 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjnijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Dwar safar fil-Ministeru tieghi nirreferi l-Onorevoli Membru ghat-twegiba li ta l-Ministru tal-Finanzi ghall-mistoqsija Parlamentari Numru 8004. Fit-tabella li qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra, qed naghti nformazzjoni simili dwar id-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet li jaqghu taht id-dekasteru tieghi.
Leg 9 PQ #8225 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċċju tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq fil-perijodu msemmi fil-Mistoqsija f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' l-Intern, kien kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8226 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċċji tal-Ministeru u tad-diretturi jew chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu,kien kif ġej: Nefqa Sett. 98 - Ġun. 99 -------------------- Ministeru Lm5841.02 Direttur Ġenerali Lm1400.00 Drainage NIL Construction & Maintenance Lm 520.00 Building & Engineering NIL Finance & Administration NIL Manufacturing & Servicing NIL Waste Management NIL Environment Protection NIL Central Districts Unit NIL V.R.P. NIL Building Construction Ind. NIL B.I.C.C. NIL --------- Lm7761.02 ---------
Leg 9 PQ #8215 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dwar safar ta' Ministri u Segretarji Parlamentari nirreferi l-Onorevoli membru għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għal mistoqsija numru 8004 li tkopri sat-18 ta' Ġunju 1999. Fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, qed nagħti nformazzjoni simili dwar id-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #8218 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tagħha kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Tista' tgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija mogħtija fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Ma narax il-ħtieġa li npoġġi l-irċevuti konnessi fuq il-mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartiment, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-perjodu msemmi kien hemm 38 delegazzjonijiet ministerjali u dipartimentali li b'kollox swew Lm16,788.75. Il-biljetti tas-safar inxtraw kollha mill-Air Malta plc. Lista tal-persuni li siefru uffiċjalment qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Ma narax il-ħtieġa li npoġġi l-irċevuti konnessa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 23.7.99
Leg 9 PQ #8179 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Refurbishment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f'tad-Diretturi jew Chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Dwar refurbishment u għamara ġdida fl-Uffiċċju tiegħi minn Settembru 1998 sa Diċembru 1998 nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 2835. Ninsab infurmat li bejn Jannar 1999 u Ġunju 1999 in-nefqa kienet ta' Lm865. Ta min jgħid ukoll li n-nefqa mis-Segretarjati Privati ta'l-amministrazzjoni preċedenti f'perjodu simili kienet ta' Lm8,266 li ma jinkludux għamara ta' l-uffiċċju mħallsa mill-Korporazzjoni Telemalta jew Maltacom plc. Dwar refurbishment u għamara ġdida fl-uffiċini tad-Diretturi li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, kif ukoll f'perjodu simili mill-amministrazzjoni ta' qabel, ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq kien kif ġej: Nefqa Nefqa Sett 98 - Gun 99 Nov 96 - Aww 97 Ufficcju tal-Kabinett 1,945 80 Ufficcju tad-Direttur Generali (OPM) 2,168 4,526 Ufficcju tad-Direttur Generali (MPO) 90 190 Dipartiment ghas-Servizzi Korporattivi - 275 Dipartiment ghat-Tiftix taz-Zejt 4,160 111 Dipartiment ta l-Employee Relations - 212 Dipartiment tal-Policy & Planning - 278 Dipartiment Resourcing 172 - Dipartiment ta l-Informazzjoni 365 - Forzi Armati ta Malta 1,510 290 TOTAL 10,410 5,962
Leg 9 PQ #8207 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċini tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir minn xi kumpannija privata, jista' jgħid: 1) min hi l-kumpannija; 2) kemm tħallset xahar b'xahar; 3) jekk jeżistix kuntratt ma' din il-kumpannija; 4) jekk inħarġitx sejħa għall-offerta; 5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' tindif fl-Uffiċċju tal-Ministeru bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-21 ta' Ġunju 1999 sar b'direct order mid-ditta General Cleaners Co. Ltd. Ma narax il-ħtieġa li npoġġi l-irevuti konnessa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mtarfa — Gymnasium

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu s-sid tal-Gymnasium ta' l-Imtarfa? Lil min hu mikri? Għal kemm żmien hu mikri? Kemm qed titħallas kera jew ċens fis-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond Kuntratt datata 15 ta' Ġunju 1998, fl-atti tan-Nutar Pierre Falzon, l-Awtorita' tad-Djar tagħat b'enfitewsi temporanju għal disa' u erbgħin (49) sena b'effett mid-data ta' att lir-Rabat Depiro Basketball Club il-gymnasium, biċċa art biswit il-gymnasium u 2 tennis courts fl-Imtarfa u dana versu ċ-ċens annwu ta' Lm2,000 u taħt kundizzjonijiet oħra riżultanti mill-istess att. 21.7.99
Leg 9 PQ #8211 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' l-Ministru jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (BORG, TONIO)

Dwar safar ta' Ministri u Segretarji Parlamentari nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8004. Fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, qed nagħti nformazzjoni simili dwar id-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #8212 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' l-Ministru jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Dwar safar tal-Ministru, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8004. Fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra qed nagħti informazzjoni simili dwar id-Dipartimenti, Korpi u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #8213 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min ixtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Dwar safar ta' Ministri u Segretarji Parlamentari, nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għall-Mistoqsija Numru 8004. Fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, qed nagħti tagħrif simili dwar id-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.

Ministeru tal-Ġustizzja — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (GATT, AUSTIN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Dwar safar ta` Ministri u Segretarji Parlamentari nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għall-Mistoqsija 8004.

Ministru tat-Trasport — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir min xi kumpannija privata jista' jgħid: (1) min hi l-kumpannija; (2) kemm tħallset xahar b'xahar; (3) jekk jeżistix kuntratt ma' din il-kumpannija; (4) jekk inħarġitx sejħa għal offerta; (5) jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol ta` tindif fl-uffiċċini tal-Ministeru u s-Servizzi Korporattivi bejn il-5 ta` Settembru 1998 u l-21 ta` Ġunju 1999 sar parti minn impjegati tal-Gvern u parti sar b`kuntratt minn kumpaniji privati kif ser ngħid: First Direct General Services Ltd (kuntratt li kien fis-seħħ qabel l-elezzjoni u li għalaq fl-4 ta` Diċembru 1998) Settembru 1998 Lm307 Ottubru 455 Novembru-Diċembru 502.50 TOTAL 1264.50 General Cleaners Co. Ltd. (Kuntratt li beda fis-7 ta` Diċembru 1998) Diċembru 1998 Lm94.50 Jannar 1999 103.50 Frar 103.52 Marzu 129.37 April 103.50 Mejju 127.50 TOTAL 773.69

Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol taż tindif fl-uffiċċji tal-Ministeru mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir min xi kumpannija privata jista' jgħid: (1) min hi l-kumpannija; (2) kemm tħallset xahar b'xahar; (3) jekk jeżistix kuntratt ma' din il-kumpannija; (4) jekk inħarġitx sejħa għal offerta; (5) jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta` tindif fl-uffiċini tal-Ministeru tiegħi, inklużi l-uffiċini taż-żewġ Seġretarji Parlamentari, bejn il-5 ta` Settembru 1998 u l-21 ta` Ġunju 1999 sar b`direct order minn tlitt ditti u cioe` Mr. Clean, Commercial Cleaners Ltd., u General Cleaners Ltd. Ma narax il-ħtieġa li npoġġi l-ircevuti konnessa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8203 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċċju tal-Ministeru għas-Saħħa mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 taż Ġunju, 1999? Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir min xi kumpannija privata jista' jgħid: (1) min hi l-kumpannija; (2) kemm tħallset xahar b'xahar; (3) jekk jeżistix kuntratt ma' din il-kumpannija; (4) jekk inħarġitx sejħa għal offerta; (5) jista' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ix-xogħol ta' tindif fl-uffiċju tal-Ministeru tas-Saħħa bejn 5.9.1998 u 21.6.1999 sar mill-impjegati ta' l-istess Ministeru ħlief f'okkażjoni waħda li d-dettalji tagħha qed jingħataw. Ix-xogħol sar f'Ottubru 1998 mid-ditta General Cleaners Co. Ltd. u ma ħarġet l-ebda sejħa għall-offerti. Il-ħlas kien ta' Lm184. Ma hemm ebda kuntratt ta' tindif ma' din il-kumpanija. Ma narax il-bżonn li npoġġi l-irċevuta konnessa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8204 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għamel ix-xogħol taż tindif fl-uffiċċju tal-Ministeru mill-5 taż Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jekk jirriżulta li dan it-tindif isir min xi kumpannija privata jista' jgħid: (1) min hi l-kumpannija; (2) kemm tħallset xahar b'xahar; (3) jekk jeżistix kuntratt ma' din il-kumpannija; (4) jekk inħarġitx sejħa għal offerta; (5) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi sar xogħol ta' tindif ġenerali u ta' twapet qabel ma l-Ministeru daħal fl-uffiċini l-ġodda f'Palazzo Spinola. Ix-xogħol sar permezz ta' 'direct order' lill-'General Cleaners Co Ltd.' L-ispiża kienet ta' Lm265 għat-tindifa ġenerali u ta' Lm238 għat-tindif tat-twapet. Minn dak iż-żmien 'l hawn dan ix-xogħol qed isir minn ħaddiema tal-Ministeru.