Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8423 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Park Nazzjonali — Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm normalment tinkera l-area tal-Park Nazzjonali għall-attivitajiet kummerċjali? Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-attivitajiet kummerċjali li saru mill-5 ta' Settembru, 1998 sa' l-aħħar ta' Mejju 1999? Jista' jgħid min kienu l-organizzaturi ta' kull attivita'? Jista' jgħid b'kemm inkera l-park f'kull okkażjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li sa issa l-avvenimenti ma kenux suġġetti għall-ebda pagament. L-attivitajiet li saru mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Mejju 1999 huma dawn: DATA ATTIVITA' ORGANIZZATUR ĦLAS -------------------------------------------- --------------------------- 19-09-98 Kunċert ta' Fish Kumitat preċedenti Xejn 28-09-98 Talent Show Legion of Mary Xejn 18-10-98 Jumble Sale Għaqda Trasport tal-Morda Xejn 15-11-98 Fiera Legion of Mary Xejn 6,13,20,27-11-98 Jumble Sale Għaqda Trasport tal-Morda Xejn 6,13-11-98 Fiera Xejn 24-11-98 Christmas Party NRG Promotions Xejn 3,10,17,31-01-99 Jumble Sale Għaqda Trasport tal-Morda Xejn 7,21,28-02-99 Jumble Sale Għaqda Trasport tal-Morda Xejn 7,21-03-99 Jumble Sale Għaqda Trasport tal-Morda Xejn 14-03-99 Carboot Sale Mr. Michael Gatt Xejn 28-03-99 Carboot Sale Mission Fund Xejn 21,28-03-99 Fiera Mr. Louis Zammit Xejn 23-03-99 Carboot Sale T.I.P.S. Xejn 30-03-99 Carboot Sale Rabat Scout Group Xejn 4,11,18,25-04-99 Carboot Sale St. Joan Antide School Xejn
Leg 9 PQ #8451 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Caravaggio

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-uffiċjali tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni skoraġġew lill-kapijiet ta' l-iskejjel milli jibagħtu t-tfal jaraw il-kapulavur tal-Caravaggio meta ġie lura Malta wara daqs dak żmien Firenze?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirrefei lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8285 f'Seduta 133.
Leg 9 PQ #8452 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Gżira - Skola

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex kmamar tax-xjenza bħal dik li twaqqfet fl-iskola tal-Gżira ma jitwaqqfux ukoll fi skejjel oħra ta' l-istess kategorija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm ħsieb li fis-sena skolastika li ijmiss 1999-2000 jitwaqqfu aktar kmamar tax-xjenza fl-iskejjel primarji. L-għajnuna tingħata kull fejn it-talba għall-kamra tax-xjenza tkun riflessa fil-pjan ta' żvilupp imħejji mill-iskola kkonċernata. Iżda fejn mhux il-każ, xorta waħda tingħata l-għajnuna kollha biex it-tagħlim tax-xjenza ikun wieħed ta' kwalita`.
Leg 9 PQ #8472 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Skrivani

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7494, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet, skond l-ordni tar-risposta tiegħu, ta' l-iskrivani li saret il-mistoqsija dwarhom?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed ngħaddi l-informazzjoni mitluba lill-Onor. Membru privatament.
Leg 9 PQ #8474 Sitting 143 1999-07-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ta' Qali — Park nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'kemm inkera l-park nazzjonali ta' Ta' Qali għal attivita' li saret fis-6 ta' Ġunju, 1999?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kunsilli lokali — Għawdex - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7523 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u cioe': Barra mis-segretarji, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati oħra jaħdmu part-time jew full-time mal-kunsilli lokali f'Għawdex? Min huma? Kif ġew ingaġġati u meta? X'inhu s-salarju tagħhom kull sena? X'inhu xogħolhom fil-kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8387.
Leg 9 PQ #8289 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet id-differenza bejn il-kriterji wżati mill-Bord ta' l-Għażla fl-intervisti għall-għażla ta' l-assistenti kapijiet (primarji) u dawk li kienu wżati qabel fil-konfront ta' din il-ħatra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord tal-Għażla fl-intervisti għall-għażla ta' l-assistenti kapijiet (primarji) ikun maħtur mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku li tiddeċiedi hi l-kriterji. Inħalli f'idejn il-PSC tiddeċiedi tippubblikax il-kriterji jew le.
Leg 9 PQ #8290 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Edukazzjoni fiżika

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani speċifiċi għandu biex itejjeb il-livell tat-tagħlim ta' l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel primarji u sekondarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li huwa ppjanat: * Li jiżdiedu n-numru ta' għalliema tal-E.F. fl-iskejjel Primarji. * Inizjattivi ta' "awareness" u taħriġ fost l-għalliema ta' l-iskejjel primarji biex kull skola jkollha programm ta' kwalita` aħjar ta' tagħlim, u wkoll ta' attivitajiet extrakurrikulari sportivi. * Tixrid u prattika ta' sillabu u ta' skemi ta' tagħlim li joffru lill-għalliema tal-E.F. fil-Junior Lyceum u fl-Iskola Sekondarja sensiela ta' miri li għandhom jintlaħqu. * Li l-Edukazzjoni Fiżika barra li tibqa' kif inhi bil-ħin allokat għal "core subject" tkun offruta wkoll bħala suġġett "option" fil-Form 3 tal-Junior Lyceum u wkoll fil-Form 4 tal-Area Secondary u b'hekk ikun hemm żieda konsiderevoli fin-numru tal-lezzjonijiet tal-E.F. * Li jissokta programm ta' varjeta` wiesgħa ta' sports bħala attivitajiet extrakurrikulari għall-istudenti fl-iskejjel sekondarji. * Li nkomplu nagħtu l-appoġġ għal inizjattivi biex il-faċilitajiet fl-iskejjel jintużaw għall-attivitajiet sportivi wara l-ħin normali ta' l-iskola, u dan prinċipalment mill-istudenti ta' l-istess skola.
Leg 9 PQ #8291 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'kemm naqqas il-budget lill-iskejjel statali maħsub għal manutenzjoni tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-flus allokati għall-manutenzjoni fl-iskejjel huma maqsuma fi tnejn - dawk rikorrenti u dawk kapitali. Għas-sena 1999 ġiet allokata s-somma ta' LM184,834 għal infieq rikorrenti filwaqt li s-sena l-oħra ntefqet is-somma ta' Lm176,157. Fir-rigward tal-Vot Kapitali "Item 7 - Refurbishment and Maintenance of Government Schools", din is-sena ġiet approvata s-somma ta' nofs miljun lira u huwa maħsub li din is-somma tiżdied b'mitejn elf lira ohra minħabba xogħlijiet urġenti. Informat ukoll li s-sena l-oħra mill-istess Vot Kapitali oriġinarjament ġiet approvata s-somma ta nofs miljun u ħamsin elf lira, iżda ntefqet is-somma ta' LM938,108. Informat li jirriżulta li l-amministrazzjoni preċedenti ma żammitx mal-budget li vvotat hi stess u ftit ġimgħat biss qabel l-elezzjoni wettqet infieq li kellu jitħallas mill-flus ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #8292 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Maltafest

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew iffrankati spejjeż bit-tmiem tal-Maltafest?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskop li mhumiex sejrin jiġu organizzati l-attivitajiet kulturali mtella' mid-Dipartiment tal-Kultura fis-Sajf li konna nsibuhom bl-isem ta' Maltafest jew Malta International Arts Festival ma kienx biex jiġu ffrankati l-flus. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Membru għar-risposta li tajt għad-domanda numru 6404 tas-26 ta' April 1999.
Leg 9 PQ #8340 Sitting 142 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Karen Grech — Midwifery Team

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru li l-Midwifery Team ta' l-Isptar Karen Grech ġie xolt jew imwaqqaf minn ħidmietu? Jekk jirriżulta li l-Midwifery Team twaqqaf milli jkompli jopera, jista' l-Ministru jgħid: 1) min ħa din id-deċiżjoni; 2) fuq liema bażi ttieħdet; 3) x'wassal għal din id-deċiżjoni; 4) jekk id-deċiżjoni ma ttieħditx mill-Ministeru, jista' l-Ministru jgħid jekk ta' l-inqas ġiex ikkonsultat? U jekk ġie kkonsultat, x'kien il-parir tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nispjega fil-qosor x`kien ir-rwol tat-Team Midwifery. Dan inbeda bħala proġett pilota fejn numru ta` nisa tqal jiġu segwiti b`regolarita minn grupp ta` qwiebel wara li jiġu referuti mill-ispeċjlisti. Mill-bidu tal-proġett, id-Direttur ta` l-Ostetrija u Ġinekoloġija u żewġ konsulenti taw sapport lill-proġett filwaqt li tliet konsulenti ma aċċettawx din is-sistema. Għalhekk din is-sistema tiddependi fuq kemm il-konsulent ikun lest li jiddelega għaliex fl-aħħar mill-aħħar fl-ambitu tas-servizz pubbliku tas-saħħa ir-responsabbilta` hija tal-konsulent inkarigat. Il-qwiebel involuti kellhom l-obbligu li jippreżentaw evalwazzjoni regolari tas-sistema. Dan ma sarx. Bdew jirriżultaw lid-Dipartiment ta` l-Ostetrija każi fejn il-konsulent responsabbli ma kienx qed jiġi infurmat jew konsultat fuq pazjenti li kienu qed jiġu ammessi taħt il-kura tiegħu bir-riżultat li naqset ferm il-koordinazzjoni tas-servizz. Agħar minn hekk kien qed jiġri li ftit pazjenti kellhom l-attenzjoni kontinwa ta` qabla waqt il-ħlas, waqt li l-oħrajn ma kellhomx dan is-servizz. Irriżultat ukoll differenza fil-kwalita` tas-servizz li kien qed ikollhom l-ommijiet waqt il-ħlas, `high risk` cases li qatt ma ġew eżaminati minn speċjalista jew li ma ġewx eżaminati minn speċjalista bil-frekwenza li kien jitlob il-każ u pazjenti li minn għalihom li l-ispeċjalista jaf bihom u ma kien veru xejn. F`din is-sitwazzjoni d-direttur ta` l-Obstetrija deherlu li kien hemm problemi serji ta` natura klinika u għalhekk wasal għad-deċiżjoni li s-servizz jiġi sospiż b`effett mill-21 ta` Ġunju 1999. Wara li kkonsulta mad-Diviżjoni tas-Saħħa, s-servizz ġie sospiż. Nagħmilha ċara lli f`materja ta` natura klinika filwaqt li l-Ministeru jiddiskuti biex jara x`inhuma l-problemi u s-soluzzjonijiet possibli, joqgħod ferm attent illi jissalvagwarda l-aspett kliniku li fl-ahhar mill-aħħar huma taħt ir-responsabbilta` diretta tal-konsulent li qed jipprovdi s-servizz. Ser jittieħdu passi biex is-servizz jiġi ristruttat biex jinħolqu mudell li fih speċpjalisti-tobba-qwiebel jaħdmu tassew bħala team.
Leg 9 PQ #8227 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'refurbishment u f'għamara ġdida fl-uffiċċju tal-Ministeru u tad-diretturi jew chairmen li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet numru 546, 2311 u 2649. Minn dakinhar 'il hawn ma ntefqu ebda spejjeż oħra.
Leg 9 PQ #8228 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Liġi ta' l-edukazzjoni — Permanent warrant

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (1) għamilx stħarriġ xieraq fuq il-konsegwenzi tal-Liġi ta' l-Edukazzjoni li biha se jingħataw permanent warrant għalliema barranin; (2) qiesx il-fatt li b'din il-mossa ħafna gradwati Maltin ikollhom xogħolhom mhedded; (3) jistax jgħid il-161 persuna li se jiggradwaw bħala għalliema din is-sena humiex se jsibu xogħol fl-iskejjel statali; (4) iddiskutiex il-prospetti kollha mdaħħlin f'din il-kwestjoni ma' l-MUT u jistax jgħid x'parir tagħtu l-MUT?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif diġa' għidt bi tweġiba għal PQ oħra, il-kwestjoni ta' Warrant permanenti għal għalliema b'ċittadinanza barranija tqanqlet minn tlitt għalliema barranin miżżewġin Maltin u li ilhom snin jgħallmu fi skejjel Maltin. Il-materja ġiet konsidrata u f'dan l-istadju m'hemm ebda ħsieb li tinbidel il-liġi f'dan ir-rigward. Jekk ikun hemm raġuni għal xi tibdil il-Kamra tiġi mgħarrfa. Informat ukoll li l-għalliema li ser jiġu ngaġġati f'Settembru 1999 sabiex jimtlew il-vakanzi eżistenti jridu jiġu magħżula minn fost gradwati li applikaw taħt is-sejħa għall-applikazzjonijiet li għalqet f'Mejju 1999.
Leg 9 PQ #8229 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sliema — Skola Alfons Maria Galea

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir it-tiswija fuq dik li kienet l-iskola Alfons Maria Galea ta' Ta' Sliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol ta' manutenzjoni jikkomprendi, tibdil ta' soqfa, tiswijiet tal-faċċata, installazzjoni ta' servizzi mekkaniċi u elettriċi ġodda u xogħlijiet ta' finitura. Informat ukoll li nbdew nhar it-Tnejn 3 ta' Mejju 1999 u huwa antiċipat li jitlestew sa Frar tas-sena 2000.
Leg 9 PQ #8230 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid iqisux bħala vot ta' sfiduċja fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, immexxija minnu, li l-ħatriet fid-diviżjoni jibqgħu battala u ma japplika ħadd għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Le.
Leg 9 PQ #8232 Sitting 141 1999-07-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7522?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8407.
Leg 9 PQ #8221 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar safar ta' Ministri u Segretarji Parlamentari nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għall-Mistoqsija Numru 8004. Fil-listi li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, qed nagħti nformazzjoni simili dwar id-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni - Dok. A Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji - Dok. B Dipartiment tal-Mużewijiet - Dok. C Dipartiment tal-Kultura - Dok. D Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport - Dok. E Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija - Dok. F Public Broadcasting Services - Dok. G Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet, il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali u l-Mediterranean Conference Centre ma nefqux flus f'safar mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999. L-informazzjoni mitluba mill-Universita` ta' Malta għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #8222 Sitting 140 1999-07-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda` tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safarmill-Ministeru tiegħu kif ukoll mid-dipartimenti, korporazzjonijiet jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-21 ta' Ġunju, 1999? Jista' jgħid: 1) x'kienet l-okkażjoni; 2) min kienu l-persuni li siefru f'kull okkażjoni; 3) mingħand min inxtraw il-biljetti tas-safar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (BORG, JOE)

Dwar safar ta` Ministri u Segretarji Parlamentari nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba li ta l-Ministru tal-Finanzi għall-mistoqsija numru 8004. Fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra qed nagħti nformazzjoni simili dwar il-Ministeru tiegħi.