Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Xogħol nutarili
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?
Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet maħtura l-Kummissjoni Nazzjonali tal-Films? Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tagħha? Jista' jgħid fuq liema kriterji ġew maħturin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Gvern ma ħatarx Kummissjoni Nazzjonali tal-Films.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu mal-MOBC u l-kumpanniji sussidjarji tagħha? Jista' l-Ministru jgħid meta dawn bdew jaħdmu hemm, x'salarju, allowances u kundizzjonijiet għandhom? Kemm huwa ż-żmien li jkopri l-kuntratt tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'inhi r-raġuni li x-xogħol li jagħmlu dawn il-barranin ma jsirx minn ħaddiema Maltin? Jista' jgħid jekk minn dawn il-ħaddiema barranin kienx hemm xi ħadd li kien involut f'xi inċidenti akkumpanjati bi vjolenza?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ma hemm l-ebda ħaddiem barrani impjegat ma' l-M.O.B.C.
Hemm erba` ħaddiema barranin jaħdmu mal-kumpanija Sant'Iermu shipping li hija kumpanija sussidjarja ta' l-M.O.B.C. Dawn huma
Superintendent/Chief Engineer li ġie mpjegat fuq bażi full time b'seħħ mill-1 ta' Settembru 1992 u jirċievi salarju ta' Lm746.58c fix-xahar
Chief Engineer li ġie impjegat fuq bażi full time b'effett mit-18 ta' Lulju 1994 u għandu salarju ta' Lm695 fix-xahar
Chief Engineer li ingħata kuntratt ta' xahrejn b'seħħ mill-1 ta' Ġunju 1999 u jirċievi salarju ta' 2600 Dollaru Amerikan fix-xahar.
Chief Officer li ingħata kuntratt ta' tlitt xhur b'effett mill-21 ta' Mejju 1999 u jirċievi salarju ta' 1900 Dollaru Amerikan fix-xahar.
Il-kumpanija ma sabitx uffiċjali Maltin bi kwalifiki u esperjenza fuq tankers u ta' xogħol ta' bunkering. Dawn il-barranin ġew ingaġġati wara li l-Kumpanija għa diversi drabi kitbet lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u anke ġabet avviżi fil-ġurnali sabiex timpjega Chief Engineer u Chief Officer mingħajr suċċess.
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, it-tweġiba hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema kundizzjonijiet jinsab il-vapur M.T. St. Elmo tal-kumpannija MOBC meta ipparagunat mal-kondizzjonijiet li kien jinsab fihom fl-1995? Jekk jinstab li l-imsemmi vapur jinsab f'kuodizzjonijiet ħżiena, jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet x'wassal għal dan?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-kundizzjoni li jinsab fiha l-vapur St. Elmo hija waħda normali meta wieħed jikkunsidra l-operat tiegħu u li dan jintuża għal operazzjonijiet ta' bunkering. F'dawn l-aħħar ftit xhur ċertu spejjeż ġew limitati peress li jekk ikun vijabbli qed jiġi kkunsidrat li jsirlu xi drydocking. Ta' min josserva li matul dawn l-aħħar erba' snin intefqet medja ta' Lm112,000 kull sena fuq drydocking, spare parts u manutenzjoni ta' dan il-vapur.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-grad tax-xogħol u x-xogħol li qiegħed jagħmel il-persuni li isimha qed jintbagħat separatament fl-MOBC? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex veru jew le li l-imsemmi ħaddiem qiegħed jagħmel xogħol ta' supretendent fuq il-vapuri meta dan suppost jagħmel xogħol ta' chief engineer?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-persuna li għaliha qed issir referenza tokupa l-grad ta' Supretendent/Chief Engineer mal-Kumpanija Sant'Iermu Shipping. Din il-persuna għandha l-permess tax-xogħol għal dan il-grad maħruġ mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u anke huwa reġistrat mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Din il-persuna hija wkoll responsabbli għall-management taż-żewġ vapuri li għandha l-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett kontra l-għargħar ta' Triq Birkirkara, San Ġiljan? Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jitlesta x-xogħol tal-culverts f'din it-triq? Jista' l-Ministru jgħid allura meta huwa maħsub li jsir ix-xogħol ta' tarmac ġdid f'din it-triq? Jista' l-Ministru jgħid min huwa maħsub li jħallas l-ispejjeż tat-tarmac f'din it-triq, jekk huwiex il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan jew inkella l-gvern ċentrali?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-kostruzzjoni ta' culvert biss fit-triq imsemmija ma jsolvix il-problema ta' l-għargħar f'dawn l-inħawi.
L-estensjoni tal-mina minn fejn waslet l-ewwel fażi sa l-area tat-traffic lights hija wkoll neċessarja li ssir sabiex nirriżolvu din il-problema.
Tender għal dan ix-xogħol ġiet ippreparata u mistennija tiġi ppubblikata fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru roadblocks mill-Pulizija mill-5 ta' Settembru 1998 sat-30 ta' Ġunju 1999, ġimgħa b'ġimgħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li statistika tat-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant tinżamm fuq bażi ta' xahar b'xahar u li fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija dan kien kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
28.09.99
Jista' l-Ministru jieħu passi mmedjati biex karozza tal-pulizija tal-marka Ford Sierra bin-numru GVP 153 li tintuża mill-pulizija tal-għassa ta' San Ġiljan issirilha l-manutenzjoni kollha meħtieġa jew oltre minn hekk tinbidel peress li fil-kondizzjoni li tinsab m'hijiex ta' dehen u ġieħ li tintuża mill-korp tal-Pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-vettura li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet ġiet mogħtija general overhaul fl-M.T. Section tal-Pulizija f'Mejju tas-sena l-oħra.
Ninsab infurmat ukoll li f'Lulju ta' din is-sena reġgħu saru t-tiswijiet u l-manutenzjoni meħtieġa fuq il-vettura.
27.09.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet iż-żjara fl-Istati Uniti li għamel flimkien mas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo?
Response (BONNICI, JOSEF)
Iż-żjara li għamilt flimkien mas-Segretarju Parlamentari l-Onorevoli Edwin Vassallo kienet tikkomprendi wkoll lill-Assistent Personali tiegħi. L-ispiża ta' din iż-żjara kienet tammonta għal Lm5003.
Minn dan l-ammont iridu jitnaqqsu r-rebate mill-Air Malta fuq il-biljetti ta' l-ajru.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' persuni li matul l-1998 u l-ewwel sitt xhur ta' l-1999 irrikoverew b'xi mod għal għajnuna kontra l-vizzju tad-droga u alkoħol għand l-Aġenzija Sedqa?
Jista' jagħti l-etajiet tal-persuni nvoluti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
27.09.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7178 u b'riferenza għall-mistoqsija supplimentari tiegħi verbali li saret fis-Seduta Nru. 127 tat-22 ta' Ġunju, 1999 li l-Ministru rrisponda fis-sens li se jara x'jista' jsir biex il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ma joħroġx flus biex Triq Lapsi u Triq il-Kbira jingħataw it-tarmac mill-ġdid, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt x'kienet il-konklużjoni finali dwar min se jħallas l-ispejjeż biex it-toroq imsemmija jingħataw tarmac mill-ġdid?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol ta` asfaltar fi Triq Lapsi tlesta u ser jitħallas mid-Dipartiment tat-Toroq.
Jien infurmat ukoll li `l quddiem, il-Kunsill Lokali u d-Dipartiment jaraw x`jista` jsir dwar Triq il-Kbira.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6775, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' karti li ntużaw? Jista' jgħid jekk irriżultalux li ammont kbir minn dawn il-photocopies tqassmu għal propaganda fil-lokal ta' l-imsemmi kandidat?
Jirriżultalux ukoll il-Ministru li l-karti wżati m'humiex bojod kif irriżulta lil Ministru imma huma sofor mixtrija minn fondi pubbliċi?
Jista' l-Ministru jgħid min mexxa l-investigazzjonjiet li saru s'issa?
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux rapport tal-investizzajoni u jekk sar ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ir-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 6775 kienet ibbażata fuq statement bil-miktub li ttieħed mingħand il-persuna nvoluta. Il-każ kien waqaf hemmhekk peress li l-istatement u l-kontenut tiegħu kienu jidhru kredibbli.
Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi intenzjoniji ulterjuri, nitolbu jgħaddihieli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-billboards tal-Partit Nazzjonalista li ġew mpoġġija f'diversi postijiet f'Malta u li fuqhom twaħħal ir-reklam dwar l-aħbarijiet ta' Net TV għandhomx il-permessi meħtieġa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tad-Dipartiment tal-Artijiet? Jekk jirriżulta li għandhom il-permess meħtieġa, meta nħarġu? Jekk m'għandhomx permessi, x'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ħadet passi kontra l-billboards korrentament eżistenti madwar il-pajjiż u mhux limitatament dawk indikati fil-Mistoqsija. Sidien u/jew organizzazzjonijiet responsabbli ta' dawn il-billboards, inkluż dawk imsemmija ġew avżati sabiex ineħħu. Uħud diġa` neħħew, fosthom dawk indikati, u oħrajn għadhom qed jitneħħew. Fin-nuqqas, l-Awtorita` diġa` għamlet l-arranġamenti neċessarji biex tneħħi l-kumplament, liema azzjoni mistennija tittieħed minn ħin għall-ieħor.
Jista' l-Minsitru jgħid x'inhi r-raġuni li membri tar-Revenue Security Corps Għawdxin ġew trasferiti għal Malta?
Jista' jgħid kemm jammontaw dawn f'numru?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni b'pussess tad-droga fir-Rave Party li ġie organizzat nhar il-Ħadd 27 ta' Ġunju, 1999 fil-Kalkara?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' droga maqbuda u xi kwalita'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-party li rrefera għaliħ l-Onor. Interpellant 4 persuni ġew miżmuma mill-Pulizija li elevat wkoll 8 pilloli estacy, 2 biċċiet raża tal-cannabis u sachet bil-kokaina.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-organizzaturi tar-Rave Party li sar il-Ħadd 27 ta' Ġunju, 1999 fil-Kalkara?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-permess tal-Pulizija sabiex jinżamm party fid-data u l-post li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant inħareġ f'isem Massimo Lovegrove.
Kif diġa` għidt kemm -il darba ma jeżistix fil-liġi permess speċjali għal 'rave' party, u għalhekk din ir-risposta qed tingħata mingħajr ma qed jingħad li l-party in kwestjoni kienx 'rave' jew le.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Festa Nazzjonali ta' Jum il-Ħelsien jiġifieri il-31 ta' Marzu ma ġietx inkluża fil-Malta Calender of Events 1999 li nħareġ mill-NTOM?
Jista' l-Ministru jgħid: (a) min ħa din id-deċiżjoni; (b) x'kienet ir-raġuni li ttieħdet din id-deċiżjoni; (ċ) min kien/kienet il-persuna responsabbli mill-pubblikazzjoni ta' dan il-kalendarju; u (d) x'passi ttieħdu biex tkun magħrufa r-raġuni għal dan in-nuqqas?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ġejt infurmat li qatt ma ttieħdet deċiżjoni li l-festa nazzjonali ta' Jum il-Ħelsien m'għandhiex tiġi nkluża fil-pubblikazzjoni 'Malta Calendar of Events'.
L-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu ttenni li parti mill-aħħar tal-paġna li tkopri x-xahar ta' Marzu fil-'Malta Calendar of Events' ta' l-1999 ġiet imgħottija bi żball mid-disinn waqt l-istadju tas-'setting' finali ta' din il-pubblikazzjoni, jiġifieri eżatt qabel ma marret għall-istampar f'Settembru 1998. Minħabba f'hekk, minbarra l-Festa Nazzjonali tal-31 ta' Marzu, tgħattew ukoll tliet avvenimenti oħra li ġraw f'dak ix-xahar. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kif kellha tiġi ppubblikata din il-paġna qabel waslet għall-istadju msemmi.
Ta' min wieħed jinnota illi fil-verżjoni elettronika ta' dan il-kalendarju li tidher fuq l-'Internet', il-festa ta' Jum il-Ħelsien hi nkluża, flimkien ma' avvenimenti oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jiżviluppa cmaping sites ġodda kif kien oriġinarjment ippjanat li jsir taħt l-amministrazzjoni preċedenti Laburista?
Jekk huwa l-ħsieb jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern f'dan ir-rigward?
San Ġiljan — Triq Dragonara - Traffic Control Board
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7665, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ġiex konsultat dwar it-talba u d-deċiżjoni tal-pulizija u tad-Direttur tat-Toroq? Jekk il-kunsill lokali ġie konsultat, jista' l-Ministru jgħid x'kien il-parir jew ir-rakkomandazzjoni tal-kunsill lokali msemmi? U jekk il-kunsill ma' ġiex konsultat, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ta` tat-Toroq u kien qabel li l-`flow` tat-traffiku f`din it-triq isir `two way` bi prova.
Sa llum is-sistema għadha qegħda taħdem u d-Dipartiment ma` rċieva l-ebda talba biex is-sistema tinbidel.