Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-borża ta' studju mill-Isvizzera dwar l-iżvilupp ta' l-istaff ta' l-għalliema ngħata lil għalliem taċ-Ċentru Fellenberg li ma jaħdimx fil-qasam indikat mill-kap tal-Fellenberg? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji għall-għażla fost dawk li japplikaw għall-boroż ta' studju tal-Kunsill ta' l-Ewropa? Għaliex ġew injorati l-fehmiet u x-xewqat tal-kapijiet ta' l-iskola? Jista' l-Ministru iserraħ moħħ l-għalliema li dawn il-boroż ta' studju m'humiex hemm biss għal dawk tal-qalba kif qed jgħidu ħafna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'din l-aħħar sena, ma kien hemm ebda borża ta' studju offerta mill-Isvizzera lil xi għalliema fiċ-Ċentru Fellenberg.
Dwar il-boroż ta' studju mogħtija mill-Kunsill ta' l-Ewropa (li m'għandhom x'jaqsmu xejn mal-boroż ta' studju li rrefera għalihom l-Onor. Membru fl-ewwel parti tal-mistoqsija) l-kriterju ta' l-għażla fost dawk li japplikaw għall-boroż ta' studju tal-Kunsill ta' l-Ewropa u jkunu fuq skala 6 jew anqas, jiġu msejħa għall-'interview' u l-għażla ssir fuq bażi ta':
a. relevanza għall-applikazzjoni
b. relevanza għas-servizzi edukattivi
c. kwalifiki
d. kemm il-persuna hi addatata għall-kors
F'każ li jkun hemm applikazzjoni fi skala 5 jew ogħla, l-għażla tista' ssir b'nomina diretta mid-Direttur Ġenerali.
Għaldaqstant, kif jafu l-għalliema nfushom, dawn il-boroż ta' studju jingħataw skond proċeduri stabbiliti, b'mod trasparenti u miftuħ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk waslu rapporti fid-Dipartimenti ta' l-Edukazzjoni dwar allegazzjonijiet li qed jagħmel watchman (li dettalji qed jintbagħtu separatament ) ta' l-iskola sekondarja li ex-surmast ta' l-istess skola ħa flus u rigali oħra għalih personali mingħand individwi bħal ħlas talli dawn l-individwi kienu jikru partijiet mill-proprjeta' ta' l-iskola għall-attivitajiet soċjali u sportivi?
Jekk waslu dawn ir-rapporti lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, jista' l-Ministru jgħid: (a) meta waslu dawn ir-rapporti; (b) minn meta waslu dawn ir-rapport x'investigazzjnijiet saru u minn min saru; (ċ) x'irriżulta mill-investigazzjonijiet li saru; u (d) jekk irriżulta li l-allegazzjonijiet kienu fattibbli, x'passi ttieħdu jew qed jittieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-predeċessur tiegħi kien waqqaf Bord ta' Inkjesta biex jistħarreġ l-allegazzjonijiet li kienu qegħdin isiru.
Il-Bord ippreżenta r-rapport tiegħu lill-Ministru wara li għamel stħarriġ bir-reqqa u intervista nies impjegati fl-iskola u studja d-dokumenti relevanti.
Informat ukoll li l-Bord ġibed il-konklużjonijiet skond iċ-ċirkostanzi u għamel il-proposti tiegħu. Ittieħdu l-passi neċessarji.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni ta' kif art esproprjata li qed tintbagħat separatament ma' din il-mistoqsija mmarkata bl-Ittra V, u li dikjarazzjoni datata 21 ta' Lulju, 1998, tal-President tar-Repubblika segwita mid-deskrizzjoni ta' l-art imsemmija koppja qed tintbagħat separatament immarkata W, tirriferi għal proprjeta' li tmiss mit-Tramuntana ma' art pubblika, minn Nofsinhar ma' proprjeta' ta' C. Attard u mill-Lvant ma' proprjeta' residwa werrieta ta' Angelo Attard Montalto u li tmiss ukoll mit-Tramuntana ma' proprjeta' ta' werrieta ta' Angelo Attard Montalto, mill-Punent ma' MS & Developments Ltd u mill-Lvant ma' proprjeta' residwa ta' Costantino Attard u ma tirriferix għal art murija bil-kulur blue kopja qed tintbagħat separatament diġa' mmarkata bl-Ittra V proprjeta', ta' Stella Agius u Gulliana Drew nee' Parnis, kif jidher ukoll mal-kuntratt anness ma' din il-mistoqsija, u għal art murija bil-kuluru aħmar, kopja qed tintbagħat separatament ma' din il-mistoqsija diġa' mmarkata bl-Ittra V proprjeta' ta' Pawlu Farrugia kif muri f'kuntratt tax-xiri u kuntratt tal-fidi li qiegħed jintbagħat separatament ukoll ma' din il-mistoqsija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-dikjarazzjoni tal-President datata 21 ta' Settembru 1998, isservi biex tiddeskrivi, bis-saħħa ta' tlett irjieħat, il-biċċtejn art f'San Ġiljan li l-Gvern qiegħed jiddikjara li huma meħtieġa għal skop pubbliku.
L-irjieħat imsemmija huma bażati fuq informazzjoni li kellu f'idejh id-Dipartiment tal-Estate Management. Biex żgur ma jkunx hemm dubji dwar liema hi l-proprjeta` meħtieġa mill-Gvern, id-dikjarazzjoni tal-President tirreferi ukoll għall-pjanta LD 40/98.
L-artijiet murija bl-aħmar u bil-blu mill-Onor. Interpellant ser jintlaqtu fit-tarf tagħhom mill-Plot immarkata bin-numru wieħed, min-naħa tal-Punent, liema riħ ma kienx hemm il-ħtieġa li jingħata fid-deskrizzjoni.
06.10.99
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8170?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont li ntefaq fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija f`refurbishment u f`ghamara ġdida fl-uffiċini tal-Ministeru u f`uffiċini tad-Diretturi jew Chairmen li jaqghu taħt id-dekasteru tieghi, kien kif ġej:
Nefqa Settembru 1998 -
Gunju 1999
Ministeru Uffiċini - OPM LM 6,835.4
Head Office
Ministeru
Palazzo Verdelin
111 Archibishop Str
Valletta
Diretturi -
Direttur Generali
Qrati ta` Malta -
Attorney General`s Office LM 78
Malta Arbitration Centre
Chairman -
Law Commission
Chairman -
Permanent Commission Against Corruption
Chairman -
TOTAL LM6,913.4
Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant u li jkopri l-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998, u l-5 ta' Lulju, 1999, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
05.10.99
Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn, x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?
Response (DALLI, JOHN)
Ix-xogħol kollu nutarili li sar fid-dikasteru tiegħi sar min-nutar tal-Gvern.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Xogħol nutarili
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid ukol f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni minn kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li mill-5 ta' Settembru 1998 sal-5 ta' Lulju 1999 ma kienx hemm xogħol nutarili fid-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk struttura li qed tiġi mibnija fuq art li tinsab fuq ix-xelluġ fi triq bla isem li qegħda fil-ġenb tax-xelluġ ta' l-istabbilment Price Club fis-Swatar limiti ta' l-Imsida hijiex tinbena skond il-permessi meħtieġa? Jekk m'hemmx permessi se jittieħedu passi biex dan il-bni jinħatt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li kienet diġa` nbdiet mis-Sezzjoni ta' l-Infurzar ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, ġie stabbilit illi l-istruttura li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, tikkonsisti minn ħajt li nbena biex tingħalaq art li hija proprjeta` privata. Skond l-iskema uffiċjali tal-lokalita`, din l-art hija proġettata bħala ftuħ pubbliku u 'parking area'.
Peress li l-ħajt imsemmi nbena mingħajr il-permessi meħtieġa u mingħajr ma ġiet mogħtija l-linja uffiċjali, is-sid konċernat ġie notifikat permezz ta' Stop and Enforcement Notice (ECF 568/99) fejn dan ġie mitlub li jneħħi l-iżvilupp illegali u jreġġa` s-sit lura għall-istat oriġinali tiegħu fiż-żmien sittax-il ġurnata.
Ninsab infurmat ukoll li l-Bord ta' l-Appelli rċieva appell dwar l-iStop and Enforcement Notice u għaldaqstant l-Awtorita` ma tista` tieħu l-ebda passi sakemm l-appell (PAB 248/99E) jiġi deċiż.
05.10.99
Tista' l-Ministru tgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għal xogħol nutarili li sar mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex permezz ta' nutara privati. F'dan il-każ ma kien hemm l-ebda xogħol nutarili ta' din ix-xorta mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn.
Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?
Response (REFALO, MICHAEL)
Mill-5 ta' Settembru 'l hawn, ma sar l-ebda xogħol mill-Ministeru jew minn xi dipartiment jew enti parastatali li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi li kien jirrikjedi servizzi nutarili.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Xogħol nutarili
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?
Response (BORG, JOE)
Mill-5 ta` Settembru 1998 `l hawn ix-xogħol nutarili li kien jirrikjedi l-Ministeru sar minn Nutar tal-Gvern u kien jikkonsisti f`Atti li jirrigwardjaw l-għoti ta` study leave bi ħlas mill-Ministeru lil-żewġ impjegati tiegħu. Il-ħlas relattiv li kien jimmonta għal LM91 sar lill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu dejjem użaw s-servizzi tan-Nutar tal-Gvern.
F'April 1999 id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura għamel kuntratt tat-Tonn. In-Nutar tal-Gvern kien Dott. F Pellegrini. Il-ħlas ta' Lm104.60 sar lid-Dipartiment tan-Nutar tal-Gvern.
Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura juża l-istess Nutar tal-Gvern fuq kuntratti konnessi ma l-għajnuna finanzjarja għall bdiewa u sajjieda. F'dan il-perjodu kien hemm pagament ta' Lm1 li tħallset lid-Dipartiment tan-Nutar tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998, 'il hawn x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-5 ta' Frar 1999 saru żewġ skritturi privati bejn individwi u t-Taqsima tax-Xogħlijiet quddiem in-Nutar Prinċipali tal-Gvern, dawn kienu s-segwenti.
1. Ftehim dwar Għar Lapsi Car Park ma' Mr Anthony Baldacchino li ħallas l-ispejjeż involuti ta' Lm20.00 lill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern.
2. Ftehim dwar ir-riabilitazzjoni ta' Fort Ricasoli in konnessjoni mal-ġbid tal-film 'Gladiator' ma' C & L Co. Ltd. liema kumpanija ħallset l-ispejjeż ta' Lm23.00 lill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern.
Naturalment, sar ukoll il-kuntratt dwar il-Proġett tal-Kottonera. Dan il-kuntratt kien pubblikat min-Nutar fid-Dipartiment ta' l-Artijiet tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?
Response (GALEA, LOUIS)
Fil-każijiet fejn sar xi xogħol ta' kuntratti pubbliċi it-tagħrif hu arkivjat u reġistrat fir-Reġistru Pubbliku li hu aċċessibbli għal kulħadd inkluż għall-Onor. Membru.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru roadblocks mill-Forzi Armati mill-5 ta' Settembru 1998, sat-30 ta' Ġunju, 1999 ġimgħa b'ġimgħa?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-perjodu bejn il-5 ta' Settembru 1998 u t-30 ta' Ġunju 1999, il-Forzi Armati għamlu b'kollox 396 roadblock. Ġimgħa b'ġimgħa dawn kienu mqassmin kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għal xogħol nutarili, id-Diviżjoni tas-Saħħa dejjem tinqeda bin-Nutar tal-Gvern. Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lil-Ministru konċernat.
Ma sar l-ebda xogħol nutarili minn entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istess nutar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, kif ukoll dipartimenti li jaqghu taħtu, l-uniku xoghol Nutarili li sar kien dak maghmul mill-Ufficcju tal-Avukat Generali.
Ix-xoghol nutarili li sar mill-Ufficcju ta` l-Avukat Generali kien bejn l-Avukat Generali li kien awtorizat li jirrapresenta lill-Gvern u Miss Roma D`Alessandro, Procuratur Legali fl-istess Ufficcju. Il-kuntratt rabat lill-Gvern li jħallas is-somma ta` LM12,784 lil l-istess Miss Roma D`Alessandro waqt kors ta` studju fl-Universita` ta` Malta li jwassal ghal grad ta` avukat filwaqt li Miss Roma D`Alessandro intrabtet li sservi lill-Gvern ghal ħames snin wara li jispiċċa l-kors.
In-nutar involut kien Dr F Pellegrini LL.D. ta` l-Ufficcju tan-Nutar tal-Gvern filwaqt li s-somma li tħallset lil dan id-dipartiment laħqet l-ammont ta` LM61.52.
Ministeru tat-Trasport u Komuikazzjoni — Xogħol nutarili
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn, x'kien ix-xogħol nutarili li sar mill-ministeru u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull okkażjoni min kien in-nutar li għamel ix-xogħol u xi ħlas sar għalih lill-istes nutar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mill-5 ta` Settembru 1998, `l hawn ma sar l-ebda xogħol nutarili għall-Ministeru u għad-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru ta` dan il-Ministeru.