Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex issir manutenzjoni fis-switches u s-sistema tad-dawl ta' Blokk A, Triq Bertha KIIG, Ta' Giorni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jammontaw il-blokki residenzjali tal-Gvern f'dawn il-lokalitajiet: Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, il-Belt Valletta u l-Furjana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Din id-domanda l-aħjar ssir lil-Ministru responsabbli mid-Dipartiment ta' l-Artijiet peress li dan id-Dipartiment jamministra il-proprjeta' tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jinvestiga allegazzjonijiet rigward persuna li taħdem mas-sezzjoni tal-beach cleaners, li isimha qed jintbagħat separatament, peress li minn informazzjoni li għandi din il-persuni waqt il-ħin li suppost tkun fuq il-post tax-xogħol, minflok qiegħda tkun ta' kuljum taħdem ġewwa l-kċina ta' lukanda partikolari fil-Qawra, li isimha qiegħed nibgħatu wkoll separatament?
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul dawn l-aħħar sitt xhur din il-persuna kienx fuq unpaid leave jew sarlux tnaqqis mis-salarju tiegħu? Jekk sar tnaqqis mis-salarju tiegħu, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li minn stħarriġ li sar u mid-dikjarazzjonijiet miġbura ma jirriżultax li l-allegazzjonijiet fir-rigward tal-persuna konċernata ġew pruvati. Madankollu jekk l-Onor Membru jipprovdi l-ismijiet u l-indirizzi ta' xhieda li jsostnu l-allegazzjonijiet lest nagħti struzzjonijiet biex il-każ jiġi mistħarreġ mill-ġdid.
Ma jirriżultax li din il-persuna ħadet 'unpaid leave' tul il-perijodu msemmi u anqas ma sarilha tnaqqis mis-salarju tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tresqu l-qorti mill-pulizija akkużati bi stupru matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u ġew ikkunndannati priġunerija?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura.
20.10.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati bi traffikar tad-drogi matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u ġew ikkundannati priġunerija?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura.
20.10.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tresqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'attentat ta' qtil matil is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u ġew ikkundannati priġunerija?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura.
20.10.99 (p.m.)
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni barranin li nqabdu jaħdmu bla permess mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn Settembru 1998 sa Ġunju 1999, in-numru ta' barranin li nqabbdu jaħdmu Malta meta ma kellhomx la liċenzja ta' impjieg u lanqas 'engagement form' kien kif indikat fit-tabella hawn isfel:
Barranin li nqabbdu Barranin li nqabbdu
jaħdmu Malta mingħajr jaħdmu Malta mingħajr
'Engagement Form' u 'Engagement Form'
mingħajr liċenzja ta' iżda li kellhom
l-impieg liċenzja ta' l-impieg
Settembru 1998 05 01 6
Ottubru 1998 11 13 24
Novembru 1998 07 16 23
Diċembru 1998 01 09 10
Jannar 1999 02 05 7
Frar 1999 04 02 6
Marzu 1999 17 12 29
April 1999 14 14 28
Mejju 1999 12 04 16
Ġunju 1999 09 07 16
TOTALS 82 83 165
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema mertu u fuq liema kriterji nħatar id-Direttur ta' l-Informazzjoni? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet, is-salarju u benefiċċji oħra li ngħatawlu ma' din il-ħatra? Jista' jgħid jekk ingħatax l-użu ta' mobile phone li jħallas għalih il-Gvern kif ukoll karozza tal-Gvern?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-kriterji li ntużaw fl-għazla ta' Direttur ta' l-Informazzjoni huma dawk li huma fis-seħħ għal postijiet ta' dan il-livell.
Il-post imtela wara sejħa għall-applikazzjoni li saret permezz ta' Ċirkulari ta' l-OPM Nru 3/99. Il-mertu mistenni minn uffiċjali li jimlew dawn il-karigi għolja mhuwiex biss wieħed ta' kwalifiki fuq il-karta, imma wkoll ta' kompetenza biex wieħed jimla l-kariga li jkun applika għaliha.
Is-salarju, benefiċċji u kundizzjonijiet oħra huma dawk normalment marbuta ma' ħatra ta' Direttur fuq Skala 4 fuq performance agreement. Fost il-perkwiżiti hemm l-użu ta' karozza. Mobile phone li jħallas għalih il-Gvern jingħata fejn dan huwa neċessarju.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' impjieg ingħatat u x'xogħol qiegħda tagħmel Kastilja l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament? Jista' jgħid jekk għall-imsemmi mpjieg ħarġitx call for applications? Jista' jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet, is-salarju u l-benefiċċji l-oħra li ngħataw ma' dan l-impjieg? Tista' din il-persuna tagħmel użu minn mobile phone li jħallas għalih il-Gvern kif ukoll minn karozza tal-Gvern?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi l-Onorevoli membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 9064 fis-Seduta ta' nhar is-27 ta' Settembru 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'tip ta' ħsara ambjentali matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema ksur ta' liġi qed jirreferi.
20.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'tipjip fuq il-karozzi tal-linja matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura.
20.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'kontravenzjonijiet tat-traffiku matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura.
20.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'pussess ta' armi tan-nar bla permess matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura.
20.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'pussess tad-drogi matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u ġew ikkundannati priġunerija?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura.
20.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati bi prostituzzjoni matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u ġew ikkundannati priġunerija?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta` statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura.
20.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati bi frodi matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom inqatgħetilhom il-kawża u kemm minnhom instabu ħatja u x'ġew ikkundannati?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-informazzjoni li qed tintalab mhix miġbura f`forma ta' statistika komputerizzata, din l-informazzjoni tinħtieġ ċertu żmien biex tinġabar u għalhekk l-informazzjoni tingħata meta din tiġi miġbura.
19.10.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jammontaw il-persuni li tressqu l-qorti mill-pulizija akkużati b'disprezz jew theddid lejn uffiċjali pubbliċi matul is-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 sena b'sena?