Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru jew le li hu flimkien ma' nies oħra marru diversi drabi jieklu u jixorbu għand il-Lantern Bar & Restaurant fil-Belt Valletta u li għal dawn l-ikliet qiegħed iħallas il-minsiteru jew wieħed mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jekk jirriżulta li huwa veru, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba saru dawn l-ikliet u kemm laħqu fi spejjeż? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kontijiet kif ukoll l-irċevuti tal-ħlas ta' dawn l-ikliet peress li dan l-infieq jikkonċerna nfiq pubbliku? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk apparti l-ħlasijiet li saru fadalx ħlasijiet oħra xi jsiru u jekk fadal kemm jammontaw?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Forzi Armati mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi għaxar officer cadets ingaġġaw mal-Forzi Armati, li tlieta minnhom kienu diġa ilhom iservu bħala suldati għal xi snin.
Barra minn hekk, żewġ studenti universitarji kienu attached mal-Forzi Armati għall-perjodu tas-sajf jiġifieri bejn is-16 ta' Lulju u l-15 ta' Settembru 1999.
Jista' l-Prim Ministru, wara li deher l-avviż fil-gazzetta tal-Gvern, u wara li saru l-intervisti f'April ta' l-1999 sabiex l-Armata ddaħħal tabib ieħor, igħid kemm applikaw, min kienu u min intgħażel u meta ngħata l-ħatra ma' l-Armata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li kien hemm żewġ applikanti. Il-proċess ta' l-għażla għad mhux finaliżżat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid hux minnu li l-Armata qed tirrikmanda li jintbagħat fizzjal fi Brussels, bħala liaison ma' l-Unjoni Ewropea?
Jekk hu minnu, x'se jkunu t-terms of reference tiegħu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Armata għamlet rakkomandazzjonijiet dwar posting ta' fizzjal fl-Ambaxxata fi Brussels bħala liaison kemm fuq materji relevanti ta' l-Unjoni Ewropeja kif ukoll fuq xogħol ta' l-OSCE. Il-proposta għad trid tiġi kunsidrata. Ma kien hemm l-ebda nominazzjoni jew diskussjonijiet fuq terms of reference f'dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema labourers li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa li kienu jaħdmu mal-Bank of Valletta u li fl-1998 ġew maqlubin ma' l-awżiljarji, u li l-grad tagħhom minn dak inhar sal-lum kien u baqa' B (General Hand), jekk wara dan iż-żmien kollu humiex intitolati li jogħlew fil-grad tagħhom?
Jekk ir-risposta hija fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex jikkonsidra li dawn jingħataw promozzjonijiet sew bħala rikonoxximent wara dan iż-żmien kollu ta' servizz, u sew biex dawn sa fl-aħħar itejbu l-pożizzjoni tagħhom u tal-familja tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li jagħmel il-proposta lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex Triq il-Markiz J. Scicluna (triq ġdida fil-Madliena) isirilha t-tarmac peress li din qatt ma ġiet asfaltata u konsegwenza ta' hekk tinsab fi stat ħażin ħafna b'inkonvenjent kontinwu għar-residenti kif ukoll għal dawk kollha li jużaw din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat ikun jista` jsir wara li l-programm ta` xogħol ikun miftiehem mall-Kunsill ikkonċernat bħala parti mill-programm totali tax-xogħol, u wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha jkunu fil-post.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex triq ġdida fi Triq il-Ward, Madliena isirlha t-tarmak peress li din qatt ma ġiet asfaltata u konsegenza ta' hekk tinsab fi stat ħażin ħafna b'inkonvenjent kontinwu għar-residenti kif ukoll għal dawk kollha li jużaw din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat ikun jista` jsir wara li l-programm ta` xogħol ikun miftiehem mall-Kunsill ikkonċernat bħala parti mill-programm totali tax-xogħol, u wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha jkunu fil-post.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex triq ġdida fi Triq il-Ward, fil-Madliena isirilha d-dawl peress li din ma fiex lanqas bozza waħda u dan b'inkonvenjent u periklu kontinwu minħabba li din hija triq diżabitata għar-residenti kif ukoll għal dawk kollha li jużaw din it-triq?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li t-talba sabiex l-imsemmija triq tiddawwal qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' prodotti li se jorħsu bit-tneħħija tal-levies?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn il-prodotti u kemm huwa l-ammont f'perċentwali li mistennija jorħsu dawn il-prodotti, prodott bi prodott?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-tnaqqis u finalment it-tneħħija tal-levies, bħat-tneħħija jew ir-riduzzjoni ta' kwalunkwe taxxa, sservi biex jitnaqqsu l-ispejjeż u jitrażżan l-għoli tal-ħajja. Diġa poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra fid-dibattitu dwar il-levies, lista ta' diversi prodotti li għandhom jorħsu. Iżda hemm ħafna oħra li wkoll se jiġu affettwati b'mod li jorħos il-prezz. Fil-ħin opportun il-konsumatur jingħata iktar l-informazzjoni dwar dan it-tnaqqis fil-prezzijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8222?
Response (DALLI, JOHN)
Dwar safar tiegħi nirreferi l-onorevoli membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 8004.
Fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, qed nagħti nformazzjoni simili dwar id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni, fi trasport ta' raġel mejjet mill-Isptar t'Għawdex għaċ-ċimiterju ta' Santa Marija tar-Rabat, nhar il-ġimgħa, 25 ta' Ġunju 1999, il-kadavru ma kienx akkumpanjat uffiċjalment minn saċerdot?
Jaf il-Ministru li din mhix l-ewwel darba li ġara hekk? Jista' l-Ministru jiżgura l-Kamra li ma jseħħux aktar inċidenti bħal dawn li la jagħmlu ġieħ lill-Gvern la lill-Knisja u lanqas lil pajjiż nisrani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil-Ministru jew lill-Awtoritajiet ikkonċernati.
Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm xi irregolaritajiet waqt l-inviġilanza fl-eżamijiet għad-dħul fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja f'Għawdex? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, x'passi ttieħdu kontra l-abbużi mwettqa?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni m'għandu ebda rwol għall-inviġilanza fl-eżamijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5207, jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset xahar b'xahr il-kumpannija li rrifera għaliha mill-5 ta' Settembru 1998 sal-21 ta' Ġunju 1999?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li fil-Mistoqsija msemmija ma jirriżultali l-isem ta' ebda kumpannija, nitlob li din il-Mistoqsija tiġi rikonsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba ta' adozzjoni ġiet milqugħa mis-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? X'kienet il-perċentwali ta' adozzjonijiet ta' tfal barranin sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba ta' adozzjoni ma nltaqgħetx mis-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Matul dawn l-ahhar ghaxar snin intlaqghu 520 talba ghal adozzjonijiet imqassmin kif gej sena b`sena.
SENA ADOZZJONIJIET ADOZZJONIJIET PERCENTWALI
MILQUGHA BARRANIN
1989 18 8 44.44%
1990 14 6 42.86%
1991 104 91 87.50%
1992 86 75 87.21%
1993 40 25 62.50%
1994 32 19 59.37%
1995 27 16 59.26%
1996 44 29 65.91%
1997 59 47 79.66%
1998 57 38 66.67%
1999 39 30 76.92%
TOTAL 520 384 AVERAGE 73.84%
Applizzajonijiet li ma gewx milqugha jammontaw ghal tlieta (3) li kienu kollha fl-1986.
Balluta — Coaches li jgħabbu t-turisti mill-pjazza
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u mmedjati sabiex il-pulizija toħroġ ordni biex il-coaches li jgħabbu t-turisti mill-pjazza tal-Balluta f'diversi ħinijiet tal-ġurnata ma jibqgħux jieqfu biswit l-istage tal-karozzi tal-linja u biswit il-pjazza tal-Balluta?
Jista' l-Ministru jikkonsidra s-suġġerimenti li diġa' ġew mgħoddija lill-kummissarju tal-pulizija permezz ta' ittra tar-residenti, li kopja tagħha qed tintbagħat separatament, biex il-coaches imsemmija minflok jibdew jieqfu biswit Villa Cassar Torregiani, peress li apparti li fil-preżent qed joħolqu konġestjoni tat-traffiku u apparti li qed jokkupaw l-ispazju riservat għall-istage tal-karozzi tal-linja, bid-dħaħen tagħhom qed joħolqu wkoll inkonvenjent kbir għas-saħħa tar-residenti li jgħixu fl-inħawi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija qed tieħu passi sabiex ma jkunx hemm abbużi mix-xufiera ta` coaches fil-lokalita` li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant. Dwar il-proposta għal sit riservat għall-parkeġġ tal-coaches, nissġġuerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru konċernat.
26.10.99 (a.m.)
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8220?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dwar safar ta' Ministri u Segretarji Parlamentari nirreferi l-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8004.
Fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, qed nagħti informazzjoni simili dwar id-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.