Legislature:
Category:
Reset
Active:

Maltacom — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Maltacom mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza ġew impjegti ħames ħaddiema ġodda mal-Maltacom. Erbgħa minn dawn il-ħaddiema ġew impjegati fuq bażi part-time għal perjodu ta' sena. L-impjiegi ġodda saru kollha wara li saret talba lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.

Maltacom — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Maltacom? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi sar ċaqliq ta' 34 impjegat tal-Maltacom. Dawn it-trasferimenti saru jew minn dipartiment għall-ieħor jew inkella minn sezzjoni għal oħra fl-istess dipartiment. Dan iċ-ċaqlieq sar jew bħal riżultat tal-Job Evaluation Exercise li għamlet il-Kumpanija inkella minħabba l-eżiġenzi tas-servizz. Jekk fil-futur ikun meħtieġ li jsir ċaqlieq ta' ħaddiema, dan isir skond il-ħtiġijiet tal-Kumpanija.

Airmalta — Impjegati ġodda

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Airmalta mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li, bħalma jiġri kull sajf matul il-perjodu msemmi, l-Air Malta impjegat 325 ħaddiem li ġew ipprovduti mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.

Air Malta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta'April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Air Malta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi l-Air Malta effettwat 45 trasferiment fost l-impjegati tagħha biex tilqa' għall-esiġenzi tas-servizzi tagħha stess. Trasferimenti fil-futur isiru skond ma jkun jidher xieraq u meħtieġ mill-amministrazzjoni tal-Kumpanija.

MDC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta'l-MDC? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ma ingħatawx trasferimenti fil-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta. Jekk fil-futur ikun hemm ħtieġa ta'trasferimenti, dawn isiru skond il-ħtiġijiet tal-Korporazzjoni.

MDC — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-MDC mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk mpjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Mata. Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni, matul ix-xhur tas-sajf, impjegat żewġ studenti għal dawk ix-xhur biss. Dan sar bil-permess tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.

Dipartiment ta' l-Industrija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Industrija? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ħaddiem intbagħat jaħdem fid-Dipartiment ta' l-Industrija minflok ħaddiem ieħor li mill-istess dipartiment ma jaħdem f'dipartiment ieħor. Dwar it-trasferimenti fil-futur, dawn isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.

Dipartiment ta' l-Industrija — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Industrija mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ma' ġie mpjegat ebda ħaddiem ġdid fid-Dipartiment ta' l-Industrija.

WSC — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Water Services Corporation mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru,1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza żewġ ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma. Dawn il-ħaddiema ġew impjegati fil-grad ta' draughtsman. Ma saritx sejħa għall-applikazzjonijiet peress li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kienet issottometiet lista ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għal dan it-tip ta' xogħol. L-għażla saret minn fost persuni li kienu f'din il-lista.

WSC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Water Services Corporation? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferiemnti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi, 17-il ħaddiem tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bidlu s-sezzjoni fejn jaħdmu. Ir-raġuni għal dan iċ-ċaqlieq kien dan: 4 fuq talba ta' l-impjegat inniffsu 1 għal raġunijiet ta' saħħa 1 għax kien hemm il-ħtieġa li jaħdem matul il-ġurnata biss 1 għax kien hemm ħtieġa li jimla' post vakant 10 wara ftehim li ntlaħaq mal-G.W.U. peress li x-xift tas-Sezzjoni tal-Bowsers tneħħa. Dwar ċaqlieq ta' ħaddiema fil-futur, dan isir skond il-ħtiġijiet tal-Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #9429 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

DOI — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-DOI mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmija mpjieg?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settembru 1999 kien hemm ħaddiem wieħed biss ġdid li beda jaħdem fid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni u dan kien id-Direttur. Id-Direttur ta' l-Informazzjoni nħatar wara sejħa għall-applikazzjoni li ħarġet fis-27 ta' Jannar 1999. Qed isiru interviews għall-post ta' Assistent Direttur wara sejħa għall-applikazzjoni li ħarġet fid-29 ta' Jannar 1999. Ma jirriżultax li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #9430 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

DOI — Trasferimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-DOI? Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fil-perjodu bejn is-27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 ma ngħataw l-ebda trasferimenti lill-ħaddiema tad-DOI. Bħalissa ma hemmx il-ħtieġa li jsiru trasferimenti ta' ħaddiema. Iżda t-trasferimenti jistgħu jsiru skond l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #9431 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni — Trasferimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Immigrazzjoni? Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob l-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #9432 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob l-Onorevoli Nterpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #9433 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċivil — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-Ċivil mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema ġodda li ġew impjegati fis-Servizz Pubbliku fil-perjodu msemmi huwa ta' 424. Minn dawn, 214 kienu diġa jaħdmu mal-Gvern fuq bażi każwali. Ma jirriżultax li ġew impjegati ħaddiema ġodda fis-Servizz Pubbliku mingħajr sejħa għall-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #9434 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Trasferimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema taċ-Ċivil? Jista'l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settembru 1999 ingħataw 178 transfer fis-Servizz Pubbliku. Ir-raġunijiet għal dawn it-transfers kienu kif ġej: 66 fuq talba ta' l-impjegati stess; 59 minħabba esiġenzi tas-Servizz; 29 biex l-impjegati jaħdmu fis-Segretarji Privati tal-Ministri jew Segretarji Parlamentari; 2 biex jaħdmu fl-Uffiċċju tal-President; 22 oħra bejn dipartimenti fl-istess Ministeru li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti rispettiv. It-trasferimenti ta' ħaddiema fis-Servizz Pubbliku huwa proċess kontinwu u dan kemm għall-ġid tas-Servizz kif ukoll tal-ħaddiema nfushom.

Crafts Village — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern preżenti li jwettaq il-proġett ta' Crafts Village li kien se jwettaq Gvern Laburista? Jekk m'huwiex il-ħsieb tal-gvern x'inhi r-raġuni? U jekk huwa l-ħsieb tal-gvern li jwettaq dan il-proġett, f'liema stadju wasal u meta huwa maħsub li jitlesta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 8102 dwar l-istess materja.

PTA — Rotta Nru. 671

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni biex ir-rotta tal-karozza tal-linja numru 671 issir aktar frekwenti peress li kif inhi fil-preżent qed toħloq inkonvenjent u tbatija żejda għar-residenti ta' Pembroke? Jaf il-Ministru li l-frekwenza ta' din ir-rotta għadha l-istess kif kienet għaxar snin ilu meta min dak iż-żmien 'il hawn ir-residenti f'Pembroke żdiedu bil-bosta u allura awtomatikament id-domanda għal użu ta' din ir-rotta żdied ukoll?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-frekwenza tar-rotta 671 tiżdied skond id-domanda għaliha. Fil-fatt, kemm filgħodu, mill-Belt, kif ukoll wara nofs in-nhar minn Pembroke, hemm vjaġġi żejda minħabba li tiżdied id-domanda. Għaxar snin ilu s-servizz kien jgħaddi mill-periferija, fuq in-naħa ta` barra ta` Pembroke. Madwar erba` snin ilu, is-servizz ġie estiż biex idur madwar Pembroke. Is-servizz issa qiegħed jingħata skond kif spjegat aktar `l fuq. Madanakollu, din ir-rotta hi waħda minn dawk li jista` jkollha tinbidel minħabba ż-żieda fl-attivita ta` l-inħawi.

Pembroke — Posta

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni biex tinfetaħ fergħa tal-Posta f'Pembroke peress li dik l-aktar viċin hija ta' Paceville li għar-residenti ta' dan il-lokal speċjalment għal anzjani u persuni b'diżabilita' tinsab 'il bogħod u awtomatikament toħloqilhom tbatija żejda?

Response (BONNICI, JOSEF)

Għalissa m'hemmx ħsieb li tinfetaħ fergħa tal-Posta f'Pembroke.
Leg 9 PQ #9384 Sitting 167 1999-10-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pembroke — Ftuħ ta' għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni biex tinfetaħ għassa tal-pulizija f'Pembroke peress li dik l-aktar viċin hija ta' San Ġiljan li għar-residenti ta' dan il-lokal speċjalment għal anzjani u persuni b'diżabilita' tinsab 'il bogħod u awtomatikament toħloqilhom tbatija żejda?

Response (BORG, TONIO)

Għaddejt din it-talba lill-awtoritajiet tal-Pulizija.