Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9459 Sitting 173 1999-11-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Gwardjani - Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-gwardjani tal-ħabs? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant, kien hemm supervisor u għaxar gwardjani li tbiddlilhom xogħolhom. Ninsab infurmat ukoll li hija prattika normali li minn żmien għal żmien il-gwardjani tinbidlilhom id-diviżjoni fejn jaħdmu u dan għal raġunijiet ta` sigurta`. Bdil bħal dan isir meta jkun meħtieġ skond l-esiġenzi fiċ-ċirkostanzi u prevalenti fl-aħjar interess ta` l-amministrazzjoni tal-Ħabs.
Leg 9 PQ #9460 Sitting 173 1999-11-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-pulizija? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10193, ninsab infurmat li sad-data speċifikati fil-Mistoqsija, kien hemm 4 membri oħra tal-Korp li tbiddlilhom xogħolhom. Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid, dan it-tibdil fil-Korp tal-Pulizija jsir meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interess ta` l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.

Dipartiment għall-Kompetizzjoni Ġusta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment għall-Kompetizzjoni Ġusta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issri riferenza, ma sar ebda trasferiment ta' ħaddiema fid-Dipartiment tal-Kompetizzjoni Ġusta. Fil-futur, trasferimenti jsiru jekk ikunu fl-interess tad-Dipartiment li jsir dan.

Dipartiment tal-Kummerċ — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Kummerċ mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Kummerċ.

Dipartiment tal-Kummerċ — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Kummerċ? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi ma sarx trasferiment ta' ħaddiema fid-Dipartiment tal-Kummerċ. FIl-futur, trasferimenti jsiru jekk ikun fl-interess tad-Dipartiment li jsir dan.

Dipartiment ta'l-Istatistika — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Istatistika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi saru ħames trasferimenti fl-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika. Ir-raġuni għaliex saru hija: Wieħed għaliex ħa l-grad ta' Immigration Officer u għalhekk ma setax jibqa' f'dan l-Uffiċju. Waħda marret isservi bħala segretarja f'kunsill lokali. Tnejn marru jaħdmu f'Ministeru. Waħda fuq talba tagħha stess. Fil-futur, trasferimenti jsiru jekk l-interessi ta' dan l-Uffiċċju ikunu jitolbu li jsir dan.
Leg 9 PQ #9453 Sitting 172 1999-11-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Karti ta' l-Identita' — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Karti ta' l-Identita' mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant, ma kienx hemm impjiegi ġodda fl-Uffiċċju tal-Karti ta` l-Identita` fid-Depot tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #9454 Sitting 172 1999-11-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Passaporti — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Passaporti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant ma ġie mpjegat l-ebda ħaddiem ġdid mas-Sezzjoni Passaporti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili.
Leg 9 PQ #9455 Sitting 172 1999-11-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor Interpellant, ma ngħata l-ebda trasferiment lill-ħaddiema ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #9456 Sitting 172 1999-11-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Karta ta' l-Identita' — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Karta ta' l-Identita'? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija, fl-Uffiċċju tal-karti ta` l-identita` fid-Depot tal-Pulizija reġgħet daħlet għax-xogħol Pulizija mara, li kienet taħdem f`din it-taqsima qabel ħarġet bil-Parental Leave. Dwar transfers fil-futur dawn isiru, kif dejjem saru, skond il-ħtieġa u l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #9457 Sitting 172 1999-11-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Passaporti — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Passaporti? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ebda ħaddiem ma ġie trasferit mis-Sezzjoni tal-Passaporti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili. Bħal f`kull dipartiment ieħor, transfers minn u lejn dan l-uffiċċju jsiru skond l-eżiġenzi tas-Servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
Leg 9 PQ #9458 Sitting 172 1999-11-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Gwardjani ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati gwardjani ġodda fil-Ħabs Ċivili mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant ma ġewx impjegati gwardjani ġodda fil-Ħabs Ċivili.

Enemalta — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Enemalta mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżuta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza, l-Enemalta impjegat ħames persuni. L-ingaġġ tagħhom sar wara li kienet saret talba lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.

Enemalta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Enemalta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settembru 1999, saru 46 trasferiment fil-Korporazzjoni Enemalta. Dawn it-trasferimenti saru minħabba l-esiġenzi tax-xogħol. Trasferimenti fil-futur isiru jekk il-ħtiġijiet tal-Korporazzjoni jkunu jitolbu dan.
Leg 9 PQ #9449 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Trasferimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Forzi Armati ta' Malta? Jista'l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-postings fil-Forzi Armati jsiru skond il-Kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari. Ninsab infurmat li fil-perjodu bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settembru 1999 kien hemm 8 postings bejn Reġiment u ieħor u 35 postings bejn Kumpaniji fl-istess Reġiment. Kien hemm ukoll trasferiment ta' ħaddiem pajżan mill-Forzi Armati għall-Ministeru tat-Turiżmu fuq it-talba tiegħu stess. Peress li l-Forzi Armati jiffurmaw Korp Dixxiplinarju, mhux ikkunsidrat prinċipju korrett li jingħataw raġunijiet għaliex iseħħ kull posting individwali. Lanqas ma wieħed għandu jistenna li jorbot lill-Forzi Armati dwar postings li jingħataw fil-futur. Ċertament li dawn isiru dejjem skond il-kundizzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq u skond l-esiġenzi tas-Servizz. Tajjeb li wieħed jiftakar ukoll li l-membri kollha tal-Forzi Armati ingaġġaw volontarjament fis-Servizz u r-Regolamenti dwar postings dejjem jiġu mgħarrfa lilhom minn qabel.
Leg 9 PQ #9450 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-aplikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn is-27 ta` April 1999, u l-15 ta` Settembru 1999 ġew impjegati 10 persuni ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Ninsab infurmat ukoll li fl-istess perijodu, l-impjieg dejjem sar wara sejħa għall-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #9451 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta'l-Uffiċċju Konġunt? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija, id-Direttur ta` l-Uffiċċju Konġunt inħatar Direttur tar-Reġistrazzjoni Ċivili u għalhekk kellu jħalli l-kariga tiegħu fl-Uffiċċju Konġunt. Fl-istess perijodu, fuq talba tagħhom stess, skrivana waħda u uffiċjal eżekuttiv waħda ġew trasferiti f`Dipartimenti oħrajn. Bħal f`kull dipartiment ieħor, transfers minn u lejn dan id-dipartiment isiru skond l-esiġenzi tas-Servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
Leg 9 PQ #9452 Sitting 171 1999-11-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Artijiet? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija ma ngħata l-ebda transfer mid-Dipartiment ta` l-Artijiet. Bħal f`kull dipartiment ieħor, transfers minn u lejn dan id-dipartiment isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.

MIA — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-MIA mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ġew impjegati 20 ħaddiem ġdid mal-Malta International Airport. Tmintax minnhom intagħżlu wara intervista minn lista mibgħuta lill-Kumpanija mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. It-tnejn l-oħra ġew impjegati wara li saret sejħa pubblika skond il-provvedimenti tal-liġi.

MIA — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta'April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-MIA? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir referenza ma saru l-ebda traferimenti fl-M.I.A. Ċaqlieq ta' nies fil-futur isir jekk il-ħtiġijiet tal-Kumpanija jkunu jitolbu dan.