Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Beach Cleaners mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant ma ġie mpjegat l-ebda ħaddiem mat-Taqsima tal-'Beach Cleaners' tad-Dipartiment tat-Turiżmu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi, mis-27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999, ma kien hemm l-ebda mpjegati ġodda fis-Sezzjoni ta' l-Indafa Pubblika fid-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart u Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tat-Toroq mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li żewġ `Trainee Engineers` ġew impjegati s'issa fl-1999. Dawn ġew impjegati minn barra meta spiċċaw il-`course` ta' l-Universita' u kienu tnejn minn sitta li ġew mistiedna jaħdmu mad-Dipartiment peress li waqt l-istudji tagħhom segwew il-`course` tat-toroq taħt id-direzzjoni tal-konsulenti Ġermanizi.
Saret sejħa għal applikazzjonijiet biex jiġu mpjegati aktar periti mad-Dipartiment li għalqet fl-10 ta' Settembru u kien hemm tmien persuni li applikaw nkluzi ż-żewġ `Trainee Engineers` li diġa qed jaħdmu fid-Dipartiment. Diġa nbeda l-proċess mal-`Public Service Commission` sabiex ikun jista' jiġi appuntat is-`Selection Board`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Toroq? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li ma' kien hemm l-ebda trasferiment mid-Dipartiment tat-Toroq fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Djar ta' l-Anzjani mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet,jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani ma mpjega l-ebda ħaddiema ġodda fid-Djar ta' l-Anzjani fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Djar ta' l-Anzjani? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-perjodu msemmi saru 5 trasferimenti. Dawn kollha saru fuq talba ta' l-individwu nnifsu minnbarra każ wieħed fejn it-trasferiment sar minnħabba l-esiġenzi tas-servizz. Dwar trasferimenti fil-futur, dawn jekk isiru, isiru skond il-bżonn tad-Dipartiment.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar San Vincenz de Paule mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-perjodu msemmi, fir-Residenza San Vinċenz de Paule, ġew impjegati biss erbatax (14) "Enrolled Nurses" ġodda bħala "casuals". Dawn spiċċaw il-kors tagħhom reċentement wara li temmew b'suċċess l-istudji tagħhom fl-Institute of Health Care. Sejħa għall-applikazzjonijiet ta' "enrolled nurses" qegħda fil-proċess li tinħareġ hekk kif l-PSC tagħti l-approvazzjoni tagħha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Isptar San Vincenz de Paule? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-perjodu msemmi, 11-il ħaddiem fir-Residenza San Vinċenz ingħataw trasferiment. Dawn kollha saru fuq talba tagħhom stess. Tlieta telqu u tmienja daħlu jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-IPSE mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ġie mpjegat ħaddiem wieħed ġdid ma' l-IPSE. Din il-persuna ġiet impjegata fil-kariga ta' Service Manager (Finanzi) wara numru ta' avviżi li dehru fil-ġurnali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-IPSE? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi l-ebda ħaddiem ta' l-IPSE ma ġie trasferit. L-uniċi trasferimenti li saru matul dak il-perjodu kienu ta' erba' ħaddiema li rritornaw lura mal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta wara li għalqilhom il-kuntratt ma' l-IPSE. Jekk fil-futur ikun hemm ħtieġa ta' trasferimenti, dawn isiru skond il-ħtiġijiet ta' l-azjenda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Freeport mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu msemmi, ġew impjegati 18-il ħaddiem ġdid mal-Malta Freeport. Dawn l-impjegati saru skond il-proċeduri stabbiliti mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u wara diversi talbiet lil din il-Korporazzjoni u anke permezz ta' avviż fil-ġurnali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Malta Freeport? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fl-azjenda msemmija ma sarx trasferiment ta' ħaddiema bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settembru 1999. Trasferimenti fil-futur, jekk u meta jsiru, ikunu skond il-ħtieġa ta' l-azjenda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Liċenzji mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Liċenzji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Liċenzji? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mis-27 ta` April, 1999 sal-15 ta` Settembru, 1999, erba` impjegati fid-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet ġew trasferiti għal Dipartimenti oħra fuq talba tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Istatistika mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ġew impjegati żewġ ħaddiema ġodda fil-grad ta' 'statistician' ma' l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika. Dawn ġew impjegati wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-MSCL mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settembru 1999, ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Kumpanija Malta Shipbuilding.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mat-Tarzna mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi, it-Tarzna ma impjegatx ħaddiema ġodda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tat-Tarzna? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza, saru 42 trasferimenti fl-azjenda msemmija. Ir-raġuni għal dan iċ-ċaqlieq hija
35 riżultat ta' ristrutturar fl-azjenda
2 minħabba promozzjoni
2 minħabba stat ta' saħħa
2 biex imtlew vakanzi
1 ġie misluf lil kumpanija oħra
F'azjenda bħalma hija t-Tarzna, dejjem jista'jkun hemm lok għal trasferimenti jekk l-interess tal-kumpanija jkun jinħtieġ dan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Gozo Channel mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi, l-Kumpanija Gozo Channel impjegat ħames ħaddiema ġodda. Tlieta minn dawn l-impjegati ġodda ġew ingaġġati wara li saru l-proċeduri meħtieġa. It-tnejn l-oħra, li huma barranin, ingħataw kuntratt definit.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Gozo Channel? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza, ma sar ebda trasferiment ta' ħaddiema fil-kumpanija Gozo Channel. FIl-futur, trasferimenti jsiru skond l-esiġenzi tal-Kumpanija.