Jista'l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' Marittima? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mis-27 t`April, 1999 sal-15 ta` Settembru, 1999 ma saru l-ebda trasferimenti ta` ħaddiema fl-Awtorita` Marittima.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta'April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-każ ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku ma saru l-ebda trasferimenti ta` ħaddiema fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fl-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku fil-perjodu msemmi kienu mpjegati tliet ħaddiema ġodda fil-kariga ta` `Assistant Clerk`. Dawn kienu mpjegati wara sejħiet għal applikazzjonijiet li saru rispettivament f`Marzu u f`Mejju ta` din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ġurijiet li saru fil-qrati Maltin mill-1987 sat-30 ta' Ġunju, 1999, sena b'sena? Jista' l-Ministru jagħti l-figuri sena b'sena dwar fuq xiex kienu l-atti ta' akkużi f'dawn il-ġurijiet? Jista' l-Ministru jagħti figuri wkoll sena b'sena kemm kienu minn dawk akkużati f'dawn il-ġurijiet: (1) li weħlu priġunerija li kellhom jiskontaw u x'kien il-każ tagħhom; (2) li weħlu priġunerija li kienu diġa' skontaw minħabba l-arrest preventiv qabel sar il-ġuri u x'kien il-każ tagħhom; (3) li ġew illiberati u x'kien il-każ tagħhom; (4) kemm minn dawk ikkundannati priġunerija f'dawn il-ġurijiet kienu Maltin u kemm minnhom kienu ta' nazzjonalita' barranija?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-mejda l-informazzjoni mitluba f`din id-domanda.
Ghar-rigward tad-domanda numru (2) l-informazzjoni tista` tinghata mill-Awtoritajiet tal-habs. Ghaldaqstant l-Onor. Interpellant jista`
jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministru koncernat.`
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-garaxxijiet tal-gvern? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-trasferimenti li ngħataw lill-ħaddiema tal-garaxxijiet tal-gvern (MSD) mis-27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 kienu dawn kif jidher hawn taħt:
I D No Isem Grad Trasferit Data Raġuni
------------------------------------------ -----------------------------
127273M Vella Tradesman Distr. 10 04/05/99 Fuq talba personali
Joseph
539365M Cutajar Senior
John Tradesman Distr. 10 04/05/99 ''
517156M Cassar '' VRP 11/05/99 ''
Mario
324447M Briffa '' Foreign 11/05/99 ''
Frank Affairs
152366M Galea '' CMD 26/05/99 ''
George Buġibba
662855M Vassallo Asst Distr. 5 05/07/99 ''
Emanuel Tech Off
431666M Tonna Senior CMD 05/07/99 ''
Silvio Trades. Buġibba
239783M Bartolo '' '' 05/07/99 ''
Louis
436074M Borg Clerk I T Unit 17/07/99 ''
Joanne
787549M Busuttil Asst Drainage 19/07/99 ''
Jerome Tech Off Dept
427866M Attard Senior CMD 04/08/99 ''
Mario Trades. Buġibba
124348M Sammut '' '' '' ''
Joseph
43766M Rotin '' Drainage '' ''
Christoper '' Dept
Ma hemm l-ebda pjan li jsiru xi trasferimenti imma dawn isiru skond il-bżonnijiet li jinqalgħu.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (BORG, JOE)
Matul il-perjodu msemmi ġew impjegati għoxrin (20) persuna li minnhom sebgħa (7) ġew nominati Ambaxxaturi bla ħtieġa ta` applikazzjoni, waħda ġiet impjegata mill-ġdid bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, tmienja (8) ġew impjegati b'kuntratt ma l-Malta - EU Information Centre wara sejħa għall-applikazzjonijiet, u erbgħa (4) oħra ġew impjegati b'kuntratt mad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropeja skond il-provvedimenti ta' Sezzjoni 110 (5) (b) tal-Kostituzzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema kollha fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xgħol imsemmi?
Response (BORG, JOE)
Fil-perjodu msemmi, kien hemm żewġ impjegati li ngħataw il-permess biex jiġu trasferiti fuq talba tagħhom stess. Wieħed ġie trasferit fis-Segretarjat Privat tal-Ministru għal Għawdex u l-ieħor ma' l-Education Division.
Hemm pendenti xi talbiet oħra għal transfer magħmula mill-impjegati nfushom li għadhom qed jiġu kkunsidrati. Deċiżjoni aħħarija tittieħed fl-interess ta' l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta'April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-qrati? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GATT, AUSTIN)
B`referenza ghall-mistoqsija ta` l-Onorevoli Interpellant, kien hemm sitt impjegati li ġew trasferiti mill-Qrati tal-Ġustizzja ghal xi Dipartiment ieħor mis-27 ta` April sal-15 ta` Settembru 1999. Minn dawn, tnejn ġew uffiċjalment ittrasferiti mill-Management & Personnel Office filwaqt li fl-erba` każijiet l-oħra, id-Dipartiment diġa ġie nnotifikat mill-istess uffiċċju dwar it-trasferiment taghhom. F`erba` każijiet, it-trasferimenti saru wara talba ta` l-istess impjegati, f`kaz ieħor l-impjegat ġie trasferit wara talba mid-Dipartiment stess filwaqt li kaz ieħor kien jirrigwarda impjegat li ghadda minn interview ghal post ta` Immigration Officer.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ngharraf lill-Onor. Interpellant li kwalukwe trasferiment isir skond l-esiġenzi tas-Servizz in generali u f`dal-każ ta` l-operat tal-Qrati in partikolari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GATT, AUSTIN)
Bejn is-27 t`April u l-15 ta` Settembru 1999 la ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u lanqas ħarġu applikazzjonijiet ghal xi impjiegi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-qrati mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant la kien hemm impiegi ġodda u l-anqas sejħiet ghall-impieg.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi, mis-27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 ma ngħataw l-ebda trasferimenti mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika għal Dipartimenti oħrajn. Jekk fil-futur isiru xi trasferimenti, dawn isiru skond in-neċessita' tad-Dipartiment jew ta' l-individwu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tad-Drenaġġ mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li mad-Dipartiment tad-Drenaġġ ġiet impjegata persuna waħda. Din il-persuna hija s-Sur Konrad Galea (313584M) li ġie mpjegat bħala Mechanical Engineer fid-Dipartiment tad-Drenaġġ b'seħħ mis-06.07.99 wara sejħa għall-applikazzjonijiet li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern numru 16,696 bid-data tas-27.10.98.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-trasferimenti li ngħataw lill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ mis-27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 kienu dawn kif jidher hawn taħt:
I.D. No. Isem Grad Trasferit Data
------------------------------------------------ -----------------
465555M Carmel Dimech Sen. Tradesman Vat Dept. 01/07/99
Raġuni
------
Appuntat Vat Inspector
Dipartiment ta' l-Infrastruttura — Impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta' l-Infrastruttura mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk mpjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 451 (Seduta 11).
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Infrastruttura? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 451 (Seduta 11).
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-garaxxijiet tal-gvern mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fil-garaxxijiet tal-Gvern matul il-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fiċ-ċentri tas-Saħħa mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mis-27 t`April 1999 sal-15 ta` Settembru 1999 ġew impjegati tmienja (8) ħaddiema ġodda fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Dawn huma Speech Therapists li ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm isiru fuq bażi permanenti wara li toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet. Fil-fatt is-sejħa għall-mili ta` postijiet ta` Speech Therapist ħarġet mid-Diviżjoni tas-Saħħa fil-Gażżetta tal-Gvern tat-23 ta` Lulju 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-polikliniċi? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mis-27 t'April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 saru 9 trasferimenti lill-ħaddiema tal-polikliniċi. Minnhom 6 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-Servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Isptar San Luqa? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mis-27 t'April 1999 sal-15 ta` Settembru 1999 saru 32 trasferiment lill-ħaddiema ta` l-Isptar San Luqa. Minnhom 25 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar San Luqa mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mis-27 t`April 1999 sal-15 ta` Settembru 1999 ġew imjegati 137 ħaddiema ġodda fl-isptar San Luqa. Minnhom 1 Consultant Anaesthetist. 1 Medical Officer, 1 Nursing Aide u 1 Senior Registrar (Dentistry) ġew impjegati fuq bażi permanenti wara li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet mid-Diviżjoni tas-Saħħa. 50 Houseman ġew impjegati għal perjodu ta` sentejn skond ma tipprovdi l-liġi u l-bqija, li huma msemmija hawn taħt ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal mili ta` postijiet fuq bażi permanenti, tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Fil-fatt is-sejħiet għall-applikazzjonijiet ħarġu mid-Diviżjoni tas-Saħħa fil-Gażżetti tal-Gvern indikata hawn taħt:
Gażżetta tal-Gvern
Enrolled Nurse 23 28.09.99
Medical laboratory Technologist 15 23.07.99
Speech Therapist 1 23.07.99
Staff Nurse 44 13.07.99