Legislature:
Category:
Reset
Active:

Biedja u Sajd — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 lill-ħaddiema kollha fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bejn is-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 saru tlett transfers mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd filwaqt li saru ħames transfers minn Ministeri oħra għad-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru. Saru wkoll għaxar transfers interni fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd. It-trasferimenti kollha saru minħabba l-esiġenzi tas-Servizz. Isiru trasferimenti fil-futur qarib jekk dan ikun ta' siwi għall-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #9521 Sitting 183 1999-11-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Tista' l-Ministru tgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, tista' tgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li n-numru ta' uffiċċjal pubbliċi li ġew impjegati mill-Ministeru għal Għawdex bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settembru 1999 kien tlieta. Dawn kienu Ward Clerical Assistants li s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili tal-postijiet relattivi kienet ħarġet fil-5 ta' April 1995.
Leg 9 PQ #9522 Sitting 183 1999-11-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-White Rocks Holiday Complex? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid ukoll huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bejn id-dati msemmija ma ġiet trasferita ebda persuna mill-'White Rocks Holiday Complex'.
Leg 9 PQ #9523 Sitting 183 1999-11-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tas-Sanita' mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, mis-27 t'April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 ġew impjegati 6 ħaddiema ġodda hemmhekk. Dawn huma Health Inspectors li ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm isiru fuq bażi permanenti wara li toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet. Fil-fatt is-sejħa għall-mili ta' postijiet ta' Health Inspectors ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta' Lulju 1999.
Leg 9 PQ #9524 Sitting 183 1999-11-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tas-Sanita'? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jekk l-Onor Interpellant qed jirreferi għad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, in-numru ta' trasferimenti li ngħataw mis-27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 lill-ħaddiem ta' l-imsemmi Dipartiment huwa 19. Minnhom 2 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru mingħabbu l-esiġenzi tas-Servizz.
Leg 9 PQ #9513 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

NTOM — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-NTOM mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda man-'National Tourism Organisation - Malta'.
Leg 9 PQ #9514 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-ITS? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bejn id-dati msemmija ma ġiet trasferita ebda persuna mill-'ITS'.
Leg 9 PQ #9515 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Dipartiment tat-Turiżmu — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Turiżmu? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li mis-27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 ingħata 'transfer' wieħed mid-Dipartiment tat-Turiżmu. Dan it-trasferiment sar fuq talba ta' l-individwu stess. Kif żgur jaf l-Onor Interpellant normalment it-trasferimenti jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz u nfurmat li fil-mument li qed tingħata din it-tweġiba m'hemmx ħsieb li jingħataw 'transfers'.
Leg 9 PQ #9516 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

NTOM — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-NTOM? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija ma sar l-ebda 'transfer' fin-'National Tourism Organisation - Malta'.
Leg 9 PQ #9517 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Dipartiment tat-Turiżmu — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tat-Turiżmu mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjnijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi ma ġie impjegat l-ebda uffiċjal ġdid mid-Dipartiment tat-Turiżmu.
Leg 9 PQ #9518 Sitting 182 1999-11-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Dipartiment tal-Beach Cleaners — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Beach Cleaners? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Minħabba li t-Taqsima tal-'Beach Cleaners' hija parti integrali mid-Dipartiment tat-Turiżmu, nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 9515.

Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bejn id-dati msemmija ġew impjegati: a) Temporary Operations Officer b`effett mit-30 t`Awissu, 1999 wara sejħa għall-applikazzjoni li dehret fil- gazzetta tal-Gvern fid-19 ta` Jannar, 1999. b) Air Worthiness Surveyor (bil-kuntratt) b`effett mill-1 ta` Settembru, 1999 wara sejħa għal applikazzjoni fil-gazzetta tal-Gvern tal-25 ta` Mejju, 1999 kif ukoll wara avviżi fil-media internazzjonali f`Mejju-Ġunju, 1999. Ma jirriżultax li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet.

Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bejn id-data msemmija saru dawn it-trasferimenti: Uffiċċjal fi Grad 5 - Wireless Telegraphy Senior Technical Officer - Works Division Clerk - Department of Corporate Services - Tal-Ministeru MT Driver - Care of the Elderly Operative - Management Efficiency Unit Dawn it-trasferimenti saru minħabba li d-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Ċivili naqaslu l-volum ta` xogħol wara li l-M.I.A. ħadet diversi funzjonijiet mingħand l-istess Dipartiment, u għalhekk qed isir użu aħjar mill-kapaċitajiet ta` dawn l-istess ħaddiema.
Leg 9 PQ #9509 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

White Rocks Holiday Complex — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-White Rocks Holiday Complex mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bejn id-dati msemmija ma ġiet impjegata ebda persuna fil-'White Rocks Holiday Complex'.
Leg 9 PQ #9510 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-ITS mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ħarġet sejħa pubblika mill-'N.T.O.M.' għal għalliema 'full time' u li l-kandidati prospettivi saritilhom intervista, ġew ingaġġati 'lecturer' fil-'Food Preparation and Production', 'assistant lecturer' fil-'Food Preparation and Production' u 'assistant lecturer' fil-'Food and Beverage Service'.
Leg 9 PQ #9511 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

HCEB — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-HCEB? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru iktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi ma sar l-ebda 'transfer' lill-ħaddiema fil-'Hotels and Catering Establishments Board'.
Leg 9 PQ #9512 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

HCEB — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-HCEB mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma ġie mpjegat ebda ħaddiem ġdid mal-'Hotels and Catering Establishments Board' bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settembru 1999.

Dipartiment tal-Wireless Telegraphy — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta'April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu 27 t'April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999, impjegat wieħed fil-grad ta' Health Attendant 'B' ġie trasferit għad-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika fuq talba tiegħu stess.

Dipartiment tal-Wireless Telegraphy — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa llum ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili.

MMA — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Awtorita' Marittima mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant ġew impjegati tmien impjegati ġodda ma l-Awtorita` Marittima ta` Malta. Dawn ġew impjegati wara sejħa għal applikazzjonijiet fil-gażżetti jew mill-E.T.C.