Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9564 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu Pubbliku — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu msemmi ebda mpjegat ġdid ma ġie mħaddem mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku.
Leg 9 PQ #9565 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu Pubbliku — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħataw ebda transfers mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku fil-perjodu ta` bejn is-27 ta`April, 1999 u l-15 ta` Settembru, 1999. Ma hemm ebda ħsieb li fil-futur qarib immedjat jsiru xi transfers minn dan id-Dipartiment.
Leg 9 PQ #9566 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Impjegati ġodda

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ma kien hemm l-ebda impjegati ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mis-27 ta` April sal-15 ta` Settembru 1999. Kien hemm transfer ta` uffiċċjal pubbliku wieħed minn Dipartiment ieħor f`dan il-perjodu.
Leg 9 PQ #9555 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bibjoteka — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Bibjoteka? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-perjodu msemmi ebda impjegat tal-Bibljoteka Nazzjonali ma ġie trasferit.
Leg 9 PQ #9556 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda nkluż għalliema fl-iskejjel kollha statali mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' ħaddiema li ġew impjegati mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni matul il-perjodu ndikat mill-Onor. Interpellant huwa kif se nsemmi: Supply Teacher - 7 Supply Kindergarten Assistant - 26 Skrivani Part-Time - 11 Casual Cleaners - 6 Dawn ġew impjegati b'riżultat ta' sejħiet għal applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #9557 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Impjegati ġodda

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpieg?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9556.
Leg 9 PQ #9558 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta'l-Edukazzjoni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond approvazzjonijiet uffiċjali maħruġa mill-M.P.O., bejn is-27 ta' April u l-15 ta' Settembru 1999 kien hemm 37 trasferiment minn u għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Informat ukoll li dawn it-trasferimenti saru fil-maġġor parti assoluta tagħhom fuq talba ta' l-istess individwi. Kien hemm ukoll ftit każijiet fejn ġew approvati trasferimenti ta' ħaddiema li diġa' kienu mislufin uffiċjalment ma' Dipartimenti, etc. oħra. (eż. Kunsilli Lokali). Kull talba li ssir minn individwi għal trasferiment tiġi kkunsidrata. Naturalment l-esiġenza tas-servizz tingħata l-prijorita` fejn tidħol din il-kunsiderazzjoni.
Leg 9 PQ #9559 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina nazzjonali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-pixxina nazzjonali mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-perjodu msemmi ma ġie impjegat ebda ħaddiem mal-Pixxina Nazzjonali.
Leg 9 PQ #9560 Sitting 189 1999-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-MFSC? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tweġiba hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #9549 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Trasferimenti

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-pixxina nazzjonali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-perjodu msemmi ma sar ebda trasferiment lill-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali.
Leg 9 PQ #9550 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mediterranean Conference Centre — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Mediterranean Conference Centre mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fil-perjodu imsemmi.
Leg 9 PQ #9551 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mediterranean Conference Centre — Trasferimenti

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Mediterranean Conference Centre? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ngħataw ebda trasferimenti fil-perjodu imsemmi.
Leg 9 PQ #9552 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-Budget — Impjegati ġodda

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Uffiċċju tal-Budget mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma` l-Uffiċċju tal-Budget fil-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #9553 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-Budget — Trasferimenti

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju tal-Budget? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ma ngħataw ebda trasferimenti mill-Uffiċċju tal-Budget fil-perjodu msemmi. Kif jaf l-Onorevoli Interpellant it-traserimenti fis-servizz pubbliku huma suġġetti għall-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #9554 Sitting 188 1999-11-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bibjoteka — Impjegati ġodda

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Bibjoteka mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-perjodu msemmi ma ġie impjegat ebda ħaddiem ġdid mal-Bibljoteka Nazzjonali.
Leg 9 PQ #9543 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Kultura — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Kultura mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ġie impjegat ebda ħaddiem ġdid mad-Dipartiment tal-Kultura bejn is-27 ta' April u l-15 ta' Settembru 1999. Ma ħarġet ebda applikazzjoni għall-impjiegi mad-Dipartiment tal-Kultura bejn id-dati msemmija.
Leg 9 PQ #9544 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Kultura — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Kultura? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn is-27 ta' April 1999 u l-15 ta' Settemru 1999, ingħataw erba' trasferimenti li jikkonċernaw impjegati fid-Dipartiment tal-Kultura. Tradesman (wieħed) ġie trasferit mill-Kultura għall- Works Dept General Hand (wieħed) ġie trasferit mill-Education Division għall-Kultura General Hands (tnejn) ġew trasferiti mill-Kultura għall- Education Division Fl-ewwel każ dan sar fuq talba ta' l-individwu u fil-każi l-oħra dawn it-trasferimenti saru skond l-esiġenza tas-servizz u skond il-bżonnijiet tas-Sections konċernati. Dawn isiru biss jew fuq talba ta' l-individwu stess fejn hu possibli mingħajr ma ssir ħsara lill-effiċjenza tad-Dipartiment jew fuq bżonnijiet u esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #9545 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Mużewijiet mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ebda ħaddiem ma kien impjegat bejn is-27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 fid-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Leg 9 PQ #9546 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Mużewijiet? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru iktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma saru ebda trasferimenti lill-ħaddiema fid-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Leg 9 PQ #9547 Sitting 187 1999-11-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Isports — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Isports mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-perjodu indikat ma kien hemm ebda impjieg ġdid fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport.