Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Djar? Jista jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-perjodu ndikat, sar trasferiment wieħed mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Dan sar għax l-impjegat konċernat inħatar V.A.T. Inspector. It-trasferimenti minn u għal Dipartimenti isiru skond l-esiġenzi tas-Servizz.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Anzjani mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-perjodu imsemmi, d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani impjega biss 14 "enrolled nurses" ġodda (ara Tweġiba ta' Mistoqsija Parlamentari Nru. 9481).
Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-Ċentru Ħidma Soċjali mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għall-perjodu mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999, ma ġewx impjegati nies ġodda mad-Dipartiment Ħarsien tal-Familja, fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali.
Pero' għall-istess perjodu, d-dipartiment għamel użu mis-servizzi ta' żewġ psikologi fuq bażi kontrattwali part-time għal numru ta' sigħat fix-xahar rivedibbli kull sitt xhur.
Dwar it-tieni u t-tielet partijiet tal-mistoqsija, t-Tweġiba hija nil.
Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema taċ-Ċentru Ħidma Soċjali? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fid-Dipartiment Ħarsien tal-Familja għall-perjodu 27 t'April sal-15 ta' Settembru, 1999 saru żewġ trasferimenti; wiehed mit-trasferimenti sar minħabba promozzjoni, filwaqt li trasferiment ieħor sar fuq talba tal-impjegat konċernat. It-trasferimenti kollha jsiru minħabba esiġenzi tas-servizz.
Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mas-Sedqa mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999, sar reklutaġġ ta' impjegati mas-Sedqa, kif ġej:
1. Tlieta (3) "full time" u waħda (1) "part time;
2. Dawn ġew impjegati kollha, wara li ħarġu l-applikazzjonijiet permezz
ta' sejħa pubblika fil-gazzetti;
3. Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda, mingħajr applikazzjonijiet.
Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Uffiċċju tal-VAT mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-27 t`April 1999 sal-15 ta` Settembru 1999 ma kien hemm ebda ħaddiema ġodda li ġew mad-Dipartiment tal-VAT.
Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Stock Exchange mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DALLI, JOHN)
Jiena nformat li f kaz ta rekruti ġodda, l-Borża tipproċedi skond proċeduri stabbiliti mill-ETC. Madanakollu l-Borża ma mpjegat lill-ħadd fil-perjodu ndikat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Malta Stock Exchange? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Jiena nfurmat li l-ebda mpjegat ma ġie trasferit fil-perjodu ndikat. Madanakollu wieħed jifhem li f organizazjoni tad-daqs tal-Borża hu neċessarju li jkun hemm fl essinilita fil-moviment ta mpjegati biex ikun hemm inqas ħela ta riżorsi u iktar effiċjenza.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta'l-ETC? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn id-dati ndikati saru 7 bidliet fix-xogħol ta' ħaddiema mal-Korporazzjoni. Dawn kienu:
27 ta' April
Executive mill-Employment Services għall-Cospicua Job Centre - meta fetaħ il-Job Centre Senior Clerk mill-Employment Services għall-Cospicua Job Centre - meta fetaħ il-Job Centre.
10 ta' Mejju
Executive mill-Employment Services Division għall-Marketing/P.R. - biex jibda jsir il-marketing.
9 ta' Lulju
Senior Clerk mit-Training Division għall-Research Department
12 ta' Lulju
Senior Executive mit-Training Division għall-Chairman's Office - fuq bażi temporanja
2 ta' Awissu
2 Senior Executives
(1) Law Enforcement Division għat-Training Division - fejn naqas Senior Executive;
(1) Customer Care Services għall-Law Enforcement - fejn naqas Senior Executive.
Kull trasferiment li sar jew li jista' jsir ikun dejjem skond l-eżiġenza tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mas-Sezzjoni tal-Manutenzjoni tad-Dipartiment tad-Djar mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li ma sar ebda ingaġġ ġdid mad-Dipartiment tal-Bini u Tiwsija ta' Djar fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema mal-Maintenance Section tad-Dipartiment tad-Djar? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li fid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ma ngħataw ebda trasferimenti fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Kien hemm tmien (8) transfers ta` impjegati mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għal dipartimenti oħra mis-27 ta` April 1999 sal-15 ta` Settembru 1999.
Ir-raġuni tat-transfer f`kull każ kienu ħatrijiet ta` impjegati għal pożizzjonijiet barra d-dipartiment, u reallokazzjoni ta` riżorsi skond l-esiġenzi tad-Dipartiment.
Trasferimenti fid-Dipartiment jistgħu isiru aktar `l quddiem skond il-bżonn.
Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Konsumatur mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Konsumatur? Jista'l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dwana mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dwana? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Bejn is-27 ta` April 1999 u l-15 ta` Settembru 1999 saru 61 trasferimenti interni li fosthom 15 kienu fil-Branka tal-Customs Class waqt li 46 kienu fost tal-General Service. Ma kien hemm l-ebda trasferimenti għal barra d-Dwana.
Ir-raġunijiet għal trasferimenti li saru u li jibqgħu jsiru perjodikament fid-Dipartiment ingħataw lill-Onorevoli Membru għall-mistoqsija tiegħu Numru 2673 fis-Seduta 38.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju tal-VAT? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-27 t April 1999 sal-15 ta Settembru 1999 kien hemm impjegat wieħed biss li fis-17 ta Mejju 1999 ġie trasferit mid-Dipartiment tal-VAT għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. It-trasferiment sar fuq talba ta l-uffiċċjal.
Għalkemm in-numru ta trasferimenti jigżamm limitat kemm jista jkun, dejjem jistgħu jinqalgħu ċirkustanzi fil-futur li jkunu jirrikjedu li jsir xi trasferiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-MFSC mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk mpjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DALLI, JOHN)
Hemm żewġ ħaddiema ġodda fid-Dipartiment. L-applikazzjonijiet ħarġu f`Marzu u April 1999. It-tielet parti tal-Mistoqsija mhiex applikabli.
Jista'l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Bank Ċentrali mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DALLI, JOHN)
a. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-27 t April 1999
sal-15 ta Settembru 1999, ma ġew imjegati l-ebda persuni ġodda mal-Bank Ċentrali.
b. Xejn.
c. Xejn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Bank Ċentrali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu bejn is-27 t April 1999 sal-15 ta Settembru 1999, ingħataw sittax-il trasferiment lill-ħaddiema tal-Bank Ċentrli.
Dawn it-trasferimenti li saru għal raġunijiet konnessi ma esiġenzi tax-xogħol, laħqu wkoll l-iskop li l-impjegati jingħataw ċans jaħdmu xogħol differenti biex jiżviluppaw il-karriera tagħhom. Dawn it-trasferimenti minn dejjem kienu jsiru fil-Bank u jibqgħu jsiru anke fil-futur.