Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9799 Sitting 197 1999-12-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Is-Sur Richard Cachia Caruana — Joseph Fenech - Laqgħat

Question

Jista'l-Prim Ministru jgħid jekk waqt il-laqgħat li kellu ma' Joseph Fenech, magħruf bħala Żeppi l-Ħafi, talabx jew ingħatax mingħand l-imsemmi Joseph Fenech ir-raġunijiet għaliex twettaq l-attakk fuq is-Sur Richard Cachia Caruana? Peress li l-Prim Ministru esklama diversi drabi li kien konvint li l-attakk twettaq minħabba xi deċiżjoni amministrattiva li ttieħdet, jista' l-Prim Ministru jgħid: (1) fuq liema deċiżjonijiet amministrattivi kellu suspett li setgħu wasslu għall-attakk fuq ħajjet l-assistent personali tiegħu; (2) jekk waqt il-laqgħat ma' Joseph Fenech intalbietx informazzjoni minnu lil Joseph Fenech f'dan is-sens; (3) jekk intalbet x'irriżulta; (4) jekk irriżultalu liema deċiżjoni amministrattiva wasslet għall-attakk, x'sehem verament kellu minn din id-deċiżjoni l-assistent personali tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif jaf ben tajjeb l-Onorevoli Nterpellant jiena tajt ix-xhieda tiegħi fit-tul aktar minn darba dwar dak kollu sa fejn kelli x'naqsam jien fil-każ li għalih qiegħed jagħmel riferenza fl-interpellanza tiegħu u għalhekk ma hemm xejn iżjed xi nżid ma dak li diġa għidt pubblikament.
Leg 9 PQ #9786 Sitting 196 1999-12-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

San Ġiljan — Telgħet San Ġiljan - Sleeping Policeman

Question

Jista'l-Ministru jgħid jekk is-sleeping policeman li saret f'Telgħet San Ġiljan, San Ġiljan, eżattament quddiem ir-residenza numru 26 għandhiex il-permessi meħtieġa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Qatt ma saret applikazzjoni għal xi 'Sleeping Policeman' fi Telgħet San Ġiljan, San Ġiljan. Jidher li l-Kunsill Lokali ma kienx konxju li t-triq tinsab f'Area ta' Konservazzjoni Urbana (U.C.A.). Sa issa sabiex tiġi nstallata anke sempliċi 'sleeping policeman' f'U.C.A., wieħed irid jagħmel 'Full Development Application'. Nittama li l-Onor. Membru jifhem li din is-'Sleeping Policeman'saret sabiex ikunu mħarrsa it-tfal u l-ġenituri li jidħlu u joħorġu minn 'nursery school' li hemm fl-istess triq.

San Ġiljan — Telgħet San Ġiljan - sleeping policeman

Question

Jista'l-Ministru jgħid jekk is-sleeping policeman li saret u li kienet (għax issa tneħħiet) f'Telgħet San Ġiljan, San Ġiljan, eżattament quddiem ir-residenza numru 7 kellhiex il-permessi meħtieġa tat-Traffic Control Board? Jekk kellha l-permessi meħtieġa, jista'l-Ministru jgħid jekk intalbux u jekk ingħatawx permess mit-Traffic Control Board biex titneħħa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-`sleeping policeman` inkwestjoni saret bil-permess tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, u l-esperjenza wriet li jekk tiġi `resited` iktar viċin ta` l-iskola li hemm f`Telgħet San Giljan tkun aktar effettiva.
Leg 9 PQ #9788 Sitting 196 1999-12-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — San Ġiljan - Telgħet San Ġiljan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sleeping policeman li saret u li kienet (għax issa tneħħiet) f'Telgħet San Ġiljan, San Ġiljan, eżattament quddiem ir-residenza numru 7 kellhiex il-permessi meħtieġa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jekk kellha l-permessi meħtieġa, jista'l-Ministru jgħid jekk intalbux u jekk ingħatawx il-permessi mill-Awtorita' ta'l-Ippjanar biex titneħħa?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9786 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #9789 Sitting 196 1999-12-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Konsulent

Question

Jista'l-Prim Ministru jgħid x'riżultat u x'efffett ħalliet fir-rigward tat-tarznari l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, bil-konsulenza matul iż-żmien li din għamlet bħala konsulent tiegħu dwar it-tarznari? Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena kemm damet fil-ħatra ta'konsulent dwar it-tarznari, din il-persuna xi ħlas jew rimunerazzjoni rċeviet u x'kundizzjonijiet oħra kienet tgawdi? Jista'l-Prim Ministru jgħid ukoll kemm-il darba siefret din il-persuna, fejn marret u kemm ġie jiswa dan is-safar kemm damet fil-ħatra ta' konsulent tiegħu dwar it-tarznari?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kemm damet konsulent dwar it-tarznari, il-persuna msemmija kienet, bħal kull konsulent ieħor, tagħti pariri lill-Gvern fil-qasam li għalih ġiet appuntata. Minbarra xogħol normali ta' konsulenza, dan il-konsulent kien involut mill-qrib fin-negozjar tal-ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u t-Tarzna ta' Malta fl-1989. Ninsab infurmat li l-persuna msemmija, mill-15 ta' Ġunju 1987 sal-31 ta' Diċembru 1990, irċeviet Lm5,000 lira fis-sena u bonus ta' nofs is-sena u tal-Milied flimkien ma żidiet ta' l-għoli tal-ħajja, filwaqt li mill-1 ta' Jannar 1991 sat-28 ta' Novembru 1996 irċeviet rimunerazzjoni ekwivalenti għall-Skala 2 tas-Servizz Pubbliku. Ma narax il-ħtiega li nagħti lista ta' safriet li saru aktar minn tmien snin ilu.
Leg 9 PQ #9790 Sitting 196 1999-12-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Ilmenti dwar ġrieden

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' kunsilli lokali u individwi, b'mod separat, li matul l-1996, 1997 u 1998 ressqu lmenti lid-dipartiment tas-sanita' dwar problemi ta' ġrieden f'zoni u lokalitajiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont totali ta' lmenti mressqa mill-pubbliku u kunsilli lokali huwa kif indikat hawn taħt: 1996 - 1,969 ilment 1997 - 1,551 ilment 1998 - 1,730 ilment Fis-snin li għaddew l-ilment mill-pubbliku u mill-kunsilli lokali kienu jiġu rreġistrati bħala total wieħed. Minn din is-sena l-ilmenti qegħdin jiġu rreġistrati seperatament, għaldaqstant hawn taħt tidher statistika relatata għall-ewwel xhur ta' din is-sena: J F M A M Ġ L A S _______________________________________________ __________________ Ilmenti mill-pubbliku 71 62 77 111 183 170 228 132 215 ________________________________________________ __________________ Ilmenti mill- Kunsill Lokali 4 8 13 9 17 11 17 23 20
Leg 9 PQ #9791 Sitting 196 1999-12-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent — Problemi ta' ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' kunsilli lokali u individwi, b'mod separat, li matul l-1996, 1997 u 1998 ressqu lmenti fid-Dipartiment ta' l-Ambjent dwar problemi ta' ġrieden f'zoni u lokalitjiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Labour Office — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Labour Office mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Mnistru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Matul il-perjodu 27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999, l-ebda ħaddiem ġdid ma ġie impjegat mal-Labour Office li issa jissejjaħ Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-impieg.

CSAs — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda bħala CSAs mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mis-27 t'April sal-15 ta' Settembru, 1999 ġew impjegati 39 CSAs ġodda. F'dan il-perjodu, l-applikazzjonijiet dejjem kienu miftuħin. Fil-każ tas-CSAs, wieħed irid jirrimarka li biex xi ħadd jiġi mpjegat irid ikun hemm applikazzjoni.

CSAs — Trsferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lil CSAs? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferiemnti każ b'każ? Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mis-27 t'April sal-15 ta' Settembru, 1999 ġew trasferiti ħdax-il CSA. Seba' iċċaqalqu fuq talba tagħhom stess u erba' ġew trasferiti skond l-esiġenzi tas-servizz.

MSCL — Wing Cargo - Impjegati

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema tal-Wing Cargo li qegħdin assenjati ma' l-MSCL?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-secondment tal-ħaddiema tal-Malta Win Cargo mal-Malta Shipbuilding ġie estiż sal-31 ta' Marzu tas-sena 2000.
Leg 9 PQ #9784 Sitting 195 1999-12-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu Pubbliku — Għoti lill-għaqdiet filantropiċi

Question

Jista'l-Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet jew organizzazzjonijiet kulturali, mużikali u filantropiċi li jirċievu sehem finanzjarju mill-qliegħ tal-banka tal-lottu? Jista' l-Ministru jgħid kemm dawn ingħataw f'sehem finanzjarju matul l-1995, 1996, 1997 u l-1998, għaqda b'għaqda u organizzazzjoni b'organizzazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-informazzjoni skond kif mitluba.

San Ġiljan — Triq Birkirkara - Twaħħil ta' crash barrier

Question

Jista'l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u immedjati biex titwaħħal crash barrier fuq il-bankina minn quddiem bieb numru 16 sa bieb numru 25 fi Triq Birkirkara, San Ġiljan, peress li jeżisti perikolu tat-traffiku kontinwu għar-residenti, speċjalment it-tfal li joqogħdu fil-post imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-lokalita ġiet spezzjonata u jidher li hemm lok li jitwaħħal xi `railing` biex jidderiġi l-`pedestrians` fil-post. Peress li dan ix-xogħol normalment isir mill-Kunsill Lokali, id-Dipartiment qed jgħaddi s-suġġeriment lill-Kunsill Lokali biex jieħu l-passi li hemm bżonn.

Sedqa — Trasferimenti

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tas-Sedqa? Jista'jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999, ma ngħataw l-ebda trasferimenti lill-ħaddiema tas-Sedqa. Fl-istess waqt ta' min jinnota, li waħda mill-impjegati ta' l-Aġenzija talbet hi stess biex tmur taħdem mad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin.

Djar — Impjegati ġodda

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Awtorita' tad-Djar mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-14 ta' Lulju 1999 l-Awtorita' tad-Djar impjegat persuna waħda bħala "Research and Policy Development Officer" wara sejħa pubblika.

Djar — Trasferimenti

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' tad-Djar? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'dan il-perjodu ma saru ebda trasferimenti mill-Awtorita' tad-Djar.

Dipartiment ta'l-Anzjani — Trasferimenti

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Anzjani? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-perjodu msemmi, ingħataw għoxrin (20) trasferimenti lill-ħaddiema fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani. Dsatax (19) minnhom saru fuq talba ta' l-impjegat innifsu u każ wieħed sar skond l-esiġenzi tas-servizz. Jekk ikun hemm bżonn isiru xi trasferimenti fil-futur qarib, dawn isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Impjegati ġodda

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fil-perjodu msemmi fil-Mistoqsija.

Labour Office — Trasferimenti

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferiemnti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-Labour Office? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn il-perjodu 27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999, ma ngħata l-ebda trasferiment fil-Labour Office li issa jissejjaħ Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg. Kull trasferiment li jista' jsir ikun żgur minħabba l-esiġenzi tas-servizz.

Djar — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tad-Djar mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma ġew l-ebda impjegati ħaddiema fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fil-perjodu ndikat.