Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pembroke — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa, anke jekk hemm bżonn permess ta' kordinazzjoni u konsultazzjoni mal-Korporazzjoni Enemalta, biex fuq barra ta' l-appartamenti tal-qasam tad-djar San Patrizju f'Pembroke jiġi mdawwal adegwatament peress li bid-dlam li qed ikun hemm bil-lejl qed ikun hemm il-biża' mir-residenti li dan id-dlam jiffaċilta xi atti kriminali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'hijiex il-funzjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar u lanqas ta' xi dipartiment ieħor tad-djar li jieħdu passi sabiex isir "street lighting" fl-oqsma tad-djar.
Leg 9 PQ #11189 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet; (b) min kienu l-uffiċjali jew impjegati fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta; u (ċ) f'kull każ min kien qiegħed isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Il-karozzi uffiċċjali fil-Ministeru tiegħi li kienu nvoluti f`kolliżjonijiet mill-5 ta` Settembru 1998 `l hawn huma dawn: Numru Spejjeż tal-Ħsara Uffiċċjal Responsabbli Sewwieq tal-Karozza mill-Vettura GVN 122 Lm188 (stima) Użu Ġenerali Membru tas-Segretarjat Privat ABB 494 Lm851 Direttur Direttur Ma kienx hemm karozzi tal-kiri nvoluti f`kolliżjonijiet f`dan il-perjodu.
Leg 9 PQ #11190 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet; (b) min kienu l-uffiċjali jew impjegati fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta; u (ċ) f'kull każ min kien qiegħed isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li f'Diċembru 1998 tħallas kont ta' Lm1,312.34 dwar kolliżjoni li kienet seħħet qabel il-5 ta' Settembru 1998 bil-vettura 'AAR 278' li hija l-'ispare car' tal-Ministru. Ninsab infurmat ukoll li mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn, l-karozza 'AAJ 084' kienet involuta f'kolliżjoni waħda. L-ispiża biex issewwiet il-karozza kienet ta' Lm25 li tħallset bħala 'excess' fuq l-'insurance' li tkopri l-vettura. L-uffiċjal li kien responsabbli mill-vettura u li kien ukoll qed isuq l-vettura fil-ħin tal-kolliżjoni kien wieħed mix-xufiera tal-Ministru.

Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet; (b) min kienu l-uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta; u (ċ) f'kull każ min kien qiegħed isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-perjodu msemmi mill-Onor.Interpellant ma kien hemm l-ebda vettura nvoluta f'kolliżżjoni.
Leg 9 PQ #11192 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonjiet; (b) min kienu l-uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta; u (ċ) f'kull każ min kien qiegħed isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: NUMRU TAL-VETTURA SPIŻA Lm UFFIĊJAL RESPONSABBLI MILL- VETTURA TFB 740 149 Segretarju Privat tal-Ministru IAK 221 100 Assistent Personali tas- Segretarju Parlamentari Dr. G. Hyzler IAK 221 100 Assistent Personali tas- Segretarju Parlamentari Dr. G. Hyzler GM 20 100 Xufier tas-Segretarju Parlamentari Dr. G. Hyzler GM 21 140 Xufier tas-Segretarju Parlamentari Sur. E. Vassallo F'kull każ ix-xufier tal-vettura kien l-uffiċjal responsabbli minnha.
Leg 9 PQ #11193 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjoniet; (b) min kienu l-uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta; u (ċ) f'kull każ min kien qiegħd isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?

Response (BORG, TONIO)

L-unika kolliżjoni kienet tinvolvi il-karozza uffiċjali tal-Ministru. Dan ġara meta f`Marzu, 1999, karozza privata ħarġet minn side-street minkejja 'stop sign' u ħabtet magħha. Is-sewwieq tal-karozza privata ammetta t-tort mill-ewwel. L-ispiża laħqet Lm802 u ġiet imħallsa mill-Insurance tal-parti l-oħra. Is-sewwieq tal-karozza ministerjali kien ix-xufier tal-Ministru.
Leg 9 PQ #11194 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozzi mikrija

Question

Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Tista' l-Ministru tgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet; (b) min kienu l-uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta; u (ċ) f'kull każ min kien qiegħed isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kollużjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill- 5 ta' Settembru 1998 'l hawn kien hemm 3 karozzi uffċċjali jew mikrija mill-Ministeru għal Għawdex li kienu involuti f'kolliżjonijiet. L-informazzjoni mitluba hija mogħtija hawn taħt: Nru tar-Reġistrazzjoni Posizzjoni/Grad ta' Posizzjoni/Grad Spejjez tal-Karozza l-Uffiċċjal ta' l-Uffiċċjal tal- responsabbli mill- li kien qed Ħsarat karozza issuq il-karozza Lm Hyundai Excel FAV 541 Assistent Personali Assistent Personali 209.65 Kia Mentor GVN 007 Direttur Customer Direttur Customer xejn Services Services Hyundai LDK 443 Technical Officer Technical Officer xejn
Leg 9 PQ #11127 Sitting 205 1999-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Sliema — Towing ta' karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-multa għat-towing ta' karozza tal-Ministeru li ġiet ittowjata minn Triq Viani, Sliema xi xhur ilu ġietx imħallsa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma ninsabx infurmat dwar il-każ allegat mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #11184 Sitting 205 1999-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet? Min kienu l-uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta? F'kull każ min kien qiegħed isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-karozzi kollha mikrija mill-Ministeru għall-Ambjent huma kollha koperti b'polza tas-sigurta' 'fully comprehensive' inkluż ukoll l-'excess' u għalhekk ma saru l-ebda spejjeż mill-Gvern fuq ħsarat minn kolliżjonijiet.
Leg 9 PQ #11185 Sitting 205 1999-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet? Min kienu l-uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta? F'kull każ min kien qiegħed isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ninsab infurmat li l-ispejjez li ammontaw għal Lm1749.60 għat-tiswija tal-Karrozza GAM824 (b'riżultat ta' inċident li seħħ nhar 24 ta' Mejju 1998) li għaliha kien responsabbli l-Assistant Personali tal-Prim Ministru preċedenti, tħallsu f'Ġunju ta'din sena.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet? Min kienu l-uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta? F'kull każ min kien qiegħed issuq il-vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?

Response (BORG, JOE)

Mill-5 ta' Settembru 1998 l'hawn, kien hemm karozza uffiċċjali waħda li kienet involuta f'kolliżżjoni. Il-karozza nvoluta kienet Mazda, numru GVN 317. L-ispejjeż tal-ħsarat kienu jammuntaw għal Lm235. Il-vettura kienet misjuqa mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru li huwa wkoll responsabbli minn din il-vettura.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet; (b) min kienu l-uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta; u (ċ) f'kull każ min kien qiegħed isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kollizjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ebda karozza uffiċċjali jew mikrija mill-Ministeru ma kienet involuta f'kolliżjoni mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn.
Leg 9 PQ #11188 Sitting 205 1999-12-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru u li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet; (b) min kienu l-uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta u (ċ) f'kull każ min kien qiegħed issuq il-vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-karozzi uffiċjali fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni involuti f'kolliżjonijiet mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn kienu dawn: 1. 18/11/98 - Peugeot GAN 453 li kienet fir-responsabilita` u misjuqa mix-xufier tal-Ministru u li l-ispejjeż tħallsu mill-Bus Pool Insurance. 2. 26/10/99 - Hyundai LAB 743 li kienet fir-responsabilita` tas-Segretarju Permanenti u misjuqa minn Motor Transport Driver u li l-ispejjeż tħallsu mill-Gen. Accidents Insurance. Informat ukoll li l-ispejjeż ta' kolliżjonijiet b'karozzi tal-kiri huma koperti minn polza ta' sigurta` skond it-termini tat-'tender' u għaldaqstant mhumiex fir-'records' tal-Ministeru.

San Pawl il-Baħar — Tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' tarmak fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar huwiex komplut? Jekk m'huwiex komplut, jista' l-Ministru jgħid: (1) Meta x-xogħol se jitkompla? (2) X'fadal xogħol xi jsir? (3) U meta se jitlesta? Jekk ix-xogħol huwa komplut, jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu biex ix-xogħol ħażin li sar jerġa' isir mill-ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol li għad irid isir fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar jikkonsisti fil-bdil ta` parti mill-`main` tad-dranaġġ u tqegħid ta` `wearing course`. Dan ix-xogħol ser isir wara li tiġi allokata t-tender għax-xogħol kif dehret fil-gazzetta tal-Gvern. Dan ix-xogħol mistenni li jibda wara l-festi tal-Milied u l-ewwel tas-sena.
Leg 9 PQ #11120 Sitting 204 1999-12-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Gżira — Bini forma ta' razzett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bini f'forma ta' razzett li jinsab fi Triq Sliema, Gżira kantuniera ma' Triq Reġjonali, eżattament quddiem ir-ristorant Papa Mario huwiex proprjeta' tal-Gvern? Jekk huwa proprjeta' tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid (1) Minn min huwa okkupat? (2) Kemm ilu okkupat u minn min qed jokkupaw preżentement? (3) B'liema mod il-proprjeta' msemmija għaddiet għand l-inkwilin preżenti? (4) Kemm qed titħallas kera kull sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li skond ir-'records' tad-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta` tal-Gvern, ir-razzett li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant mhux proprjeta` tal-Gvern.

Santa Venera — Palazz l-Aħmar - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa u immedjati biex: (1) Isir tibjid fil-kommun; (2) issir il-manutenzjoni tal-bieb ta' barra; u (3) isir il-madum fl-entratura ta' Block B tal-Palazz l-Aħmar, Bini tal-Gvern, Santa Venera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #11122 Sitting 204 1999-12-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-1 ta' Jannar, 1999: (a) kemm saru spezzjonijiet minn spetturi tal-VAT għall-evażjoni ta' l-istess taxxa? (2) Kemm minnhom saru lill-professjonisti, kemm minnhom saru lill-ħwienet u kemm minnhom saru fuq konsumaturi? (3) Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ kemm inqabdu jabbużaw u f'kull każ kemm ittelgħu il-qorti jew ittieħdu xi forma oħra ta' passi kontrihom? (4) Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet saru dawn l-ispezzjonijiet lokalita' b'lokalita'?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta` Jannar sa` l-10 ta` Novembru 1999, saru 6,498 spezzjoni mill-Ispetturi tal-VAT, li minnhom 5,898 saru lil tal-ħwienet u 141 lill-professjonisti. L-ispetturi tal-VAT ma jagħmlux spezzjonijiet lill-konsumaturi għax dawn ta` l-aħħar ma jaqgħux fl-iskop tal-liġi tal-VAT f`dan ir-rigward. Fl-istess perjodu kien hemm 1,005 każ li ġew irrapportati b`abbuż tal-liġi, 4 minnhom ta` professjonisti. Minn dawn, 73 ittieħdu passi bil-Qorti kontra l-persuni reġistrati ikkonċernati, 546 ġew mitluba jħallsu compromise fine ta` Lm50, u 386 għad iridu jittieħdu passi kontrihom. Kien hemm ukoll 553 każ ieħor li qed jiġu investigati biex tinħarġilhom stima ta` taxxa, 94 minnhom professjonisti. Il-lokalitajiet f`Malta u f`Għawdex li fihom saru l-ispezzjonijiet jidhru fil-lista mehmuża u mmarkata `Dokument A`.

Qrati — Amnestiji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw amnestiji mit-12 ta' Mejju, 1987 'il hawn? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ: (1) X'kienet l-okkażjoni? (2) Kemm kien it-tnaqqis?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Interpellant hu mitlub li jaghmel id-domanda tieghu lill-Onor. Ministru tal-Intern peress illi jien infurmat li r-rekords relattivi jinżammu mill-awtoritajiet tal-Habs.
Leg 9 PQ #11124 Sitting 204 1999-12-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Priġunieri — Amenstiji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u min kienu l-priġunieri li gawdew min amnestiji mit-12 ta' Mejju, 1987 'l hawn? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ kemm tnaqqsu ġranet lil kull priġunier?

Response (BORG, TONIO)

Wieħed jifhem li mhux prudenti li jingħataw l-ismijiet ta` inidvidwi li huma fil-ħabs. Mhux prattikabbli li jiġu eżamati mat-8000 file sabiex jiġi stabbilit kemm-il ġranet ta` priġunerija inħafru b`kollox. Dwar il-bqija tad-domanda, nagħmel referenza għal informazzjoni simili li ngħatat fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 11774.
Leg 9 PQ #10842 Sitting 203 1999-12-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex — Skejjel Sekondarji - Eżamijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9331 jista' l-Ministru jgħid ta' min huwa r-rwol biex jinvestiga irregolaritajiet simili?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rwol sabiex ikunu investigati irregolaritajiet bħalma qed isemmi l-Onor. Membru huwa totalment f'idejn l-istess awtoritajiet li jmexxu l-Iskejjel tal-Knisja.