Jista' l-Ministru jgħid kemm huma u liema huma t-tenders li ħarġu mid-Dipartiment tat-Toroq mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Jista'l-Ministru jgħid liema kienu l-kumpanniji, individwi jew kuntratturi li ttenderjaw u li eventwalment ġew awarded it-tender? Jista ' l-Ministru jgħid jekk minn dawk awarded it-tenders, irriżultax li kien hemm xi ħadd li ma kienx jikkwalifika minħabba li ma kienx mgħammar u m'għandux il-makkinarju meħtieġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mgħotija għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 10461 li magħha jien infurmat li jrid jiżdied:
TENDERS CONTRACTOR VALUE ACCEPTED
Construction of Roundabout
ta` Alla u Ommu Calex Cont. Lm9,196
Surfacing works fi Triq
Palazz l-Aħmar Roads Group Lm11,490
Land Surveying Services Planning Auth. Lm20,000
Surfacing works at Round-
about ta` Alla u Ommu Roads Group Lm18,306
Jien infurmat ukoll li mill-kuntratturi kollha, wieħed talab li jinħall miż-żewġ kuntratti li kellu peress li sab li ma setax jagħmel ix-xogħol. Id-Dipartiment sadanitant qiegħed jevalwa il-pożizzjoni fuq kull kuntratt li qiegħed jitwettaq biex ikun stabbilit jekk, fejn xogħol qed ikun ħażin u qed ikollu jerġa jinqala jew inkella x-xogħol waqa` lura sostanzjonalment, jiġi determinat jekk dan hux kawża ta` nuqqas ta` attrezzament tal-kuntrattur li lilu ngħata x-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema skop u raġuni sar l-akkwist ta' l-art mill-gvern f'Bormla kif jidher immarkat fuq pjanta L.D. 176/90/A/1 għand id-Dipartiment ta' l-Artijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-iskop li għalih sar l-akkwist ta` l-art f`Bormla, murija fuq il-pjanta L.D. 176/90/A/1, kien għal Slum Clearance.
Jista' l-Ministru jgħid għal-liema skop u raġuni sar l-akkwist ta' l-art mill-Gvern fil-Belt Valletta, kif jidher immarkat fuq pjanta L.D. 220 A/88 għand id-Dipartiment ta'l-Artijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-iskop li għalih sar l-akkwist ta` l-art fil-Belt Valletta, murija fuq il-pjanta L.D. 220A/88, kien għal Slum Clearance.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex kamra li nbniet bla permess fi Triq il-Mensija 'l fuq mill-Cart Ruts li dwarha l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ġiet informata mill-Kunsill Lokali ta' San Ġwann permess ta' ittra datata 11 ta' Frar, 1999 tiġi mneħħija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ġie nvestigat mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u rriżulta li s-sit huwa kopert mit-tiġdid tal-permess PA 1775/93 f`permess PA 5936/94 approvat fis-17 ta` Lulju 1996. Dan il-permess approva t-twaqqiegħ ta` kamra/garaxx imsemmija u minflok jittella` garaxx ieħor tul il-plot kollu. Irriżulta wkoll li minħabba li hemm xi kawżi privati fil-Qorti dan ix-xogħol ma jistax jinbeda. L-Awtorita` ser tibqa` ssegwi l-iżvilupp tal-każ u tirregola ruħha skond il-liġi u ċ-ċirkostanzi.
Il-Kunisll Lokali ġie nfurmat bir-riżultat ta` dan fil-laqgħa tat-8 ta` Lulju 1999.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal reserved parking bay ta' persuna b'diżabilita' li d-dettalji tagħha, flimkien ma' l-informazzjoni kollha relatata qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-servizz ta' "Reserved Parking" lill-persuna indikata għaddiet mill-proċess kollu biex tingħata. Biss, wara konsultazzjoni bejn il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u l-Kunsill Lokali tal-post konċernat, ġie deċiż li dan l-applikant jerġa jiġi eżaminat minn bord mediku. Diġa ttieħdu l-passi neċessarji biex din id-deċiżjoni tiġi implimentata.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra is-CV tas-Sur Walter Balzan, l-ambaxxatur ta' Malta fil-Ġnus Maqgħuda fi New York u jgħid b'mod speċjali x'inhuma l-kwalifiki universitarji u diplomatiċi li għandu?
Response (BORG, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra is-CV tas-Sur Walter Balzan l-Ambaxxatur u r-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għan-Nazzjonijiet Uniti.
Kif jirriżulta mill-istess CV is-Sur Balzan għandu esperjenza vasta fis-servizz ċivili li fih serva għal aktar minn ħamsa u tletin sena f'Ministeri differenti. Irid jingħad illi matul din il-karriera twila s-Sur Balzan mexa 'l quddiem progressivament, bis-saħħa ta' eżamijiet, fil-proċess ta' avvanzament applikabbli għas-servizz ċivili.
Jirriżulta wkoll mill-istess CV li s-Sur Balzan għandu esperjenza diplomatika ta' diversi snin, partikolarment fix-xogħol relatat man-Nazzjonijiet Uniti fejn diġa kien serva b'kompetenza għal-diversi snin kemm bħala Deputat Rappreżentant Permanenti u Charge d'Affaires fil-Missjoni Permanenti ta' Malta għan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll bħala Konslu Ġenerali fi New York. Matul il-karriera diplomatika tiegħu s-Sur Balzan assuma wkoll kariga fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti bħala Rapporteur tat-Tieni Kumitat li huwa kumitat prinċipali responsabbli għall-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji fi ħdan l-Assemblea Ġenerali. Irid jingħad inoltre li s-Sur Balzan serva, wkoll, fost oħrajn, bħala Rappreżentant Permanenti ta' Malta f'wieħed mill-Kumitati mportanti fi ħdan il-Kunsill ta'l-Ewropa.
Billi fl-estimi għas-sena korrenti 1999, f'paġna 100 - fost l-infiq stmat għal mission ta' Malta fi Strasbourg m'hemmx provvediment għas-salarju ta' ambaxxatur, jista' l-Ministru jikkonferma li ma kienx il-ħsieb li jiġi nominat ambaxxatur għal kunsill ta' l-Ewropa u jgħid skond liema liġi qed jitħallas is-salarju ta' Dr Joe Licari bħala fulltime ambassador bir-residenza b'kollox?
Response (BORG, JOE)
Ta' min ifakkar, li għalkemm lanqas biss kien jeżisti Cost Centre għall-Missjoni ta' Malta fi Strasbourg, il-Gvern preċedenti f'Lulju 1998 innomina uffiċċjal fil-livell ta' Counsellor bħala Deputat Rappreżentant Permanenti għall-Kunsill ta' l-Ewropa fuq bażi residenzjali fi Strasbourg. Dan il-Gvern ħass illi wasal iż-żmien li għal istituzzjoni importanti bħall-Kunsill ta' l-Ewropa kien jixraq illi l-livell ta' rappreżentanza fuq bażi residenzjali għandu jkun fil-livell ta' Ambaxxatur u ħa l-passi meħtieġa biex iwettaq dan il-għan.
Fiż-żewġ każi s-salarji u spejjeż oħra tħallsu mill-budget tal-Ministeru kif approvat taħt l-ATT XXVII ta' l-1997 għal dak li jirrigwarda l-ispejjeż tal-1998 u taħt l-ATT XXI ta' l-1998 għal dak li jirrigwarda l-ispejjeż tal-1999.
Billi hemm diskrepanza bejn ir-risposta mogħtija mill-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 7314, ta' l-Onor.Evarist Bartolo, Seduta Nru.116, fejn qal li l-Ambaxxatur Salvinu Busuttil wasal Malta u għadda mill-VIP fis-27 ta' Frar u fl-1 ta' April ta' din is-sena telaq u għadda mill-VIP fis-7 ta' Jannar u fis-7 ta' Marzu; u r-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6104 ta' l-Onor.Chris Cardona - Seduta Nru. 83, fejn qal li l-istess ambaxxatur ġie Malta mill-1 sal-5 ta' Marzu, mill-5 sad-9 ta' April u mis-27 sat-30 ta' Jannar, 1999, jista' l-Ministru jgħid eżatt f'liema dati bejn il-ħatra tiegħu fit-22 ta' Jannar u l-15 ta' Novembru l-istess ambaxxatur kien hawn Malta u f'kull każ jgħid għal liema raġuni? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min ħallas għall-vjaġġi?
Response (BORG, JOE)
B'risposta għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant qed nagħti d-dettalji rikjesti:-
ŻJARA RAĠUNI
27-30 ta' Jannar 1999 Laqgħat mal-Ministeri u
entitajiet pubbliċi u
privati li għandhom
x'jaqsmu ma' Franza.
27 ta' Frar - 7 ta' Marzu 1999 Euro-Med Forum
1-9 ta' April 1999 Tkomplija ta' laqgħat kif
indikat fiż-żjara ta'
Jannar.
29 ta' April - 4 ta' Mejju 1999 Żjara privata.
15-20 ta' Ġunju 1999 Aktar laqgħat mal-
Ministeri, kif indikat
aktar 'l fuq.
22 ta' Lulju - 1 ta' Awissu 1999 Tħejjija tal-mitt laqgħa
taċ-CIHEAM (Ċentru
Internazzjonali ta' Studju
Avvanzat fuq l-Agronomija
Mediterranja [entita
intergovernattiva]) li
fil-fatt saret f'Malta
xi jiem ilu u li
tagħha l-Ambaxxatur huwa
President.
22 ta' Awissu - 2 ta' Settembru 1999 Vakanza annwali.
10-14 ta' Ottubru 1999 Żjara oħra dwar CIHEAM.
30 ta' Ottubru - 4 ta' Novembru 1999 Żjara privata.
Dawn iż-żjarat kollha tħallsu mill-fondi personali tal-Ambaxxatur.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa u immedjati biex il-playingfield u l-football pitch li hemm fi Triq il-Knisja, San Ġiljan, quddiem fejn qed tinbena l-Hilton Hotel isirilha d-dawl meħtieġ peress li din hi hija mudlama u minħabba f'hekk ma tistax titgawda filgħaxijiet mit-tfal li jgħixu fl-akwati?
Jista' l-Ministru jikkonsidra din it-talba bħala waħda urġenti u bżonnjuża peress li kif l-imsemmija playingfield tinsab preżentement tista' tintuża għal diversi abbużi, speċjalment meta wieħed jikkonsidra li din tinsab ftit passi 'l bogħod minn Paceville?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li meta l-Enemalta ssirilha talba formali biex jiddawwal il-grawnd tal-futbol f`San Giljan, din tigi kkunsidrata taht il-policy tal-Korporazzjoni li tipprovdi biss il-materjal mehtieg.
Fir-rigward tal-playing field, l-Enemalta lesta tikkunsidra li taghti servizz ta` l-elettriku jekk issirilha talba f`dan is-sens.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex informat li fl-iskola Sacred Heart, f'San Ġiljan qed isiru dimostrazzjonijiet pubbliċitarji minn rappreżentanti tal-Mid-Med Bank biex iħajru lill-istudenti japplikaw għall-Quickcash Card? Jista'l-Ministru jgħid jekk dimostrazzjonijiet pubbliċitarji bħal dawn humiex permessi fl-iskejjel governattivi u anke dawk non-governattivi? Jista'l-Ministru jgħid jekk attivitajiet bħal dawn jenħtieġux il-permess tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u jekk jenħtieġu permess, jista' l-Ministru jgħid jekk f'dan il-każ intalabx il-permess meħtieġ u eventwalment dan il-permess ingħatax?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma għandhiex il-kompitu li tiddeċiedi hi min jidħol fl-iskejjel biex jagħmel attivita` bħal dik imsemmija fil-mistoqsija. F'dawn il-każi d-deċiżjoni hi dik tal-kap ta' l-iskola konċernata.
Informat ukoll li l-Kapijiet ta' l-Iskejjel ta' l-istat kienu ġew infurmati li jistgħu jaċċettaw talbiet minn banek differenti biex uffiċjali tagħhom iżuru l-iskola u jkellmu lill-istudenti ta' Form 5.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex kull darba li l-Forzi Armati jkunu se jagħmlu eżerċizzju militari f'Pembroke r-residenti ta' Pembroke jiġu nfurmati u avżati minn qabel, permess ta' ittra u mhux sempliċement b'avviżi fil-ġurnali? Jaqbel il-Prim Ministru li b'hekk tkun assigurata kull prekawzjoni minn kull periklu li eżerċizzji bħal dawn iġibu magħhom, u dan dejjem fl-interess ta' l-istess residenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li kull programm ta' sparar fir-ranges ta' Pembroke jiġi avżat minn qabel fuq il-media kollha. Il-Kunsill Lokali ta' Pembroke wkoll jiġi avżat minn qabel meta l-Forzi Armati jkunu se jagħmlu eżerċizzju militari f'dan il-lokal. Kull meta jsir taħriġ jittellgħu sinjali apposta kif ukoll ikun hemm suldati għassa f'postijiet strateġiċi għal raġunijiet ta' sikurezza. Meta t-taħriġ ikun tat-tip seaward, ikun hemm patrol boats 'l barra mil-kosta sabiex iżommu opri tal-baħar 'l barra mir-range tal-kanuni. Ma naħsibx li hu wkoll meħtieġ li r-residenti kollha jiġu avżati permezz ta' ittra ndividwalment.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa u immedjati biex main ta' l-ilma fi Triq Ignazio Gavino Bonavita f'Pembroke jiġi mibdul u cioe' jsir wieħed ġdid minflok dak li hemm peress li jirriżulta li għal dawn l-aħħar xhur dan kellu diversi ħsarat u riżutat ta' hekk it-triq imsemmija saritilha diversi ħsarat?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma sabiex jigi mistharreg u jekk ikun il-kaz jittiehdu l-passi mehtiega.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal, meta se jkun finalizzat u eventwalment ippubblikat il-pjan ta' azzjoni għall-Pembroke?
Response (BORG, TONIO)
Il-Pjan għall-Portijiet tat-Tramuntana jinkludi 'policies' għal Pembroke li eventwalment joħorġu għall-konsultazzjoni pubblika f`xhur li ġejjin. Dan il-Pjan ikun jinkludi l-area ta` Pembroke li qabel kienet sejra tkun koperta bil-Pjan ta` Azzjoni. Marbut ma` dan, l-Awtorita` qed tħejji pjan ta` żvilupp għal żona partikolari f`dan il-lokal.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li studenti tal-Year I li jattendu l-iskola primarja Alfons Maria Galea, f'Tas-Sliema, m'humiex jiġu mgħallma is-suġġett tal-lingwa Ingliża?
Response (GALEA, LOUIS)
Skond il-kurrikulu ta' l-ewwel klassi ta' l-iskejjel Primarji, it-tagħlim formali tal-lingwa Ingliża għandu jibda wara l-Milied. Għaldaqstant kull tagħlim f'din il-lingwa fl-ewwel term ta' l-ewwel klassi huwa inċidentali u mhux formali jew obbligatorju.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji liema kienu l-karozzi uffiċjali u mikrija mill-ministeru li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet mill-5 ta'Settembru, 1998 'il hawn?
Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm ġew jiswew l-ispejjeż tal-ħsarat ta' dawn il-kolliżjonijiet; (b) min kienu l-uffiċjali jew impjegati li fi żmien li saret il-kolliżjoni kienu responsabbli mill-vettura nvoluta; u (ċ) f'kull każ min kien qiegħed isuq il-vettura fil-ħin li saret il-kolliżjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ebda karozza uffiċjali jew mikrija mill-Ministeru ma kienet involuta f'kolliżjoni mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex Normandy Road, Misraħ il-Fortizza u Triq il-Mediterran f'Pembroke isirilhom id-dawl meħtieġ peress li minkejja li dawn it-toroq huma użati ħafna minn nies ta' Pembroke, mit-turisti u anki mit-traffiku imma m'għandhomx dawl adegwat?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba biex jiżdied id-dawl fit-toroq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista'l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex triq bla isem li minn Medjez Road tagħti għal ħdejn Juno Flats, f'Pembroke, isirilha d-dawl meħtieġ peress li din it-triq hija wżata ħafna minn nies ta' Pembroke, imma m'għandhiex id-dawl adegwat?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba biex jiżdied id-dawl fit-triq li għaliha qed issir riferenza qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex fi Triq il-Kurunell Lorenzo Manche' bejn Triq Dun Ammabile Sisner u Triq Mikielanġ Grima f'Pembroke isir id-dawl meħtieġ peress li din it-triq hija wżata ħafna minn nies ta' Pembroke, imma m'għandhiex id-dawl adegwat?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba biex jiżdied id-dawl fit-triq li għaliha qed issir riferenza qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex fl-ewwel parti ta' Tuneż Road, min-naħa ta' Medjez Road, f'Pembroke isir id-dawl meħtieġ peress li din it-triq hija wżata ħafna minn nies ta' Pembroke, imma m'għandhiex id-dawl adegwat?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba biex jiżdied id-dawl fit-triq li għaliha qed issir riferenza qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.