Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12213 Sitting 217 2000-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi? Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jiġbru l-informazzjoni mitluba.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi? Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-karozzi li nxtraw mill-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, Dipartimenti u Entitajiet li jaqghu tahtu kienu dawn:- Dipartiment- Marka Prezz Kummissjoni LM ---------------------------------------------- -------------- Ministeru - Head Office -- NIL -- ---- Dipartiment tal-Kunsilli Hyundai 4,000 Lokali Lantra `` `` `` Skoda Combi 3,091 Qrati ta` Malta Toyota Corolla 4,579 `` `` `` Alfa Saloon 164 6,400 `` `` `` Peugeot 8,500 `` `` `` Toyota Carina 7,030 Ufficcji tal-Avukat Alfa 33 4,800 Generali `` `` `` Alfa 33 4,800 `` `` `` Honda Accord 20EX 9,604 `` `` `` Hyundai Excel GLS 4,408 Kummissjoni Permanenti Fiat Punto 2,605 Kontra l-Korruzzjoni Kummissjoni Permanenti ghar-Riforma tal-Ligi -- NIL -- (giet xolta fil-31.3.99) Kummissjoni ghar-Revizjoni tal-Ligi -- NIL --
Leg 9 PQ #12203 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi? Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant jinsab fil-listi li qed inpoġġgi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12204 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi? Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba. Tajjeb jinghad li whud mill-vetturi murija fil-lista illum m`ghadhomx fil-pussess tad-Dipartiment jew Entita` peress li kienu nbieghu.
Leg 9 PQ #12206 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi? Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bejn l-1987 u l-1996 fil-Ministeru tas-Saħħa, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu nxtraw il-karozzi skond kif ġej: Ministeru tas-Saħħa _______________________ Marka Data tax-xiri Prezz _________________________________________ LM Volvo 1993 9,512 Mazda 626 1993 5,880 Hyundai Lantra 1994 4,000 _________________________________________ Diviżjoni tas-Saħħa _______________________ Isuzu 1988 1,997 Vauxhall 1988 3,008 Vauxhall 1988 3,008 Vauxhall 1988 3,008 Vauxhall 1988 3,008 Vauxhall 1988 3,008 Skoda 1991 2,462 Skoda 1991 2,462 Lantra 1994 4,000 Lantra 1994 4,000 Lantra 1994 4,000 Lantra 1994 4,000 Lantra 1994 4,000 Lantra 1994 4,000 Alfa Romeo 1995 8,200 Rover 1995 13,150 Kia 1996 3,312 Kia 1996 3,312 Kia 1996 3,312 -------------------------------------------- Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi -------------------------------- Toyota Carina 1993 6,269 Toyota Corolla 1993 6,042 ____________________________________________ Sptar Zammit Clapp ______________________ Skoda Favorit 1991 2,374 Skoda Favorit 1991 2,374 Skoda Favorit 1991 2,374 Toyota Cor.XL Diesel 1993 5,190 Seat Terra Combi 1995 3,200

Ministeru tal-Politika Soċjali — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi? Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #12208 Sitting 216 2000-01-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru għall-Intern — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista' l-Ministru jgħid x'marka jew ditta dawn il-karozzi kienu? Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

MMA — Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' karozzi uffiċjali qegħdin jintużaw mid-diretturi tal-MMA? Meta nxtraw u kemm kienet in-nefqa? Tħallas dazju jew VAT fuqhom? Kif qegħdin jintużaw u għal liema raġuni? Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-karozzi jistgħux jiġu wżati minn persuni oħrajn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-karozzi uffiċċjali li jintużaw mid-Diretturi ta` l-Awtorita` Marittima ta` Malta huma kif ġej: a) Lancia Dedra li nxtrat Lm6,110 fl-1993 b) Alfa Romeo 155 li nxtrat Lm6,398 fl-1993 c) Saab 9000 CDE li nxtrat Lm17,783 fl-1995 d) Volkswagen Passat li nxtrat Lm9,115 fl-1999 Fil-każ tal-Lancia Dedra u l-Alfa Romeo 155 ma tħallas l-ebda dazju jew VAT. Meta nxtrat is-Saab 9000 CDE tħallsu kemm id-dazju kif ukoll il-VAT. Fil-Każ tal-Volkswagen Passat tħallas biss il-VAT.
Leg 9 PQ #12177 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Karozzi mikrija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11184, jista' l-Ministru jwieġeb u jagħti d-dettalji ta' l-ewwel parti, it-tielet parti u r-raba' parti tal-mistoqsija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mil-5 ta' Settembru 1998 'il hawn kien hemm tliet kolliżjonijiet b'karozzi propjeta' tal-Gvern kif ġej: Karozza Numru GVN 307 misjuqa mis-Sur Vincent Conti STO Karozza Numru GVN 162 misjuqa mis-Sur Paul Formosa A.T.O. Karozza Numru DGC 001 misjuqa mis-Sur Paul Mifsud Segretarju Permanenti It-tliet każi għadhom pendenti u għalhekk s'issa għadu ma sar l-ebda ħlas.

San Ġiljan — Sleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li ssir sleeping policeman f'Telgħet Birkirkara, San Ġiljan eżattament quddiem il-Club tal-football ta' Ta' Ġiorni Wolves peress li fl-imsemmija triq u fil-post fejn qiegħed nirriferi għalih qiegħed kontinwament isir sewqan b'veloċita' eċċessiva b'periklu kemm għar-residenti kif ukoll għan-nies li jużaw din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Huwa ssuġġerit li l-Kunsill Lokali tal-lokalita` konċernata jagħmel talba lit-Traffic Control Board biex jittieħdu passi neċessarji.
Leg 9 PQ #12179 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Ġiljan — Triq San Mark - Ħsara fid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u immedjati biex ħsara fil-wires tad-dawl ta' l-Enemalta li hemm imwaħħlin mal-fond numru 62 Triq San Mark, San Ġiljan u li qegħdin kontinwament jisparkjaw u li dwarhom saru diversi rapporti u li huma ta' periklu għar-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi ssirilhom il-manutenzjoni meħtieġa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għamlet il-manutenzjoni meħtieġa fil-fond imsemmi.

San Ġiljan — Triq Lapsi - Ħsara f'soqfa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa u immedjati biex ħsara li hemm fis-soqfa tal-Blokk tal-Mezzanini fi Triq Lapsi, San Ġiljan issirilhom it-tiswijiet meħtieġa peress li fihom ħsara li ilha tiġi rrapportata u li qatt ma' ttieħdu passi dwarha u peress li aktar ma' jgħaddi żmien biex din il-ħsara tiġi msewwija aktar il-ħsara qed tikber b'konsegwenza li jekk it-tiswijiet li hemm bżonn li jsiru ma jsirux immedjatament, ma jkunx fadal alternattiva oħra ħlief li dawk ikollhom jinbidlu bi spiża ferm akbar għall-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li hemm pendenti każ wieħed biss u dan ġie rappurtat fid-9 ta' Diċembru 1999, jiġifieri mhuwiex ħsara li "ilha tiġi rappurtata". Jien infumat li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ser jieħu l-azzjoni meħtieġa fil-ġranet li ġejjin.
Leg 9 PQ #12202 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'marka jew ditta dawn il-karozzi kienu? Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

San Ġiljan — Telgħet B'Kara - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li wara li jitlesta x-xogħol li qed isir bħalissa fi Telgħet B'Kara, San Ġiljan din it-triq terġa' tingħata t-tarmak mill-ġdid kollha kemm hi peress li tinstab fi stat xejn pjaċevoli?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed f`kuntatt mad-Dipartiment tad-Drenaġġ u l-kuntrattur li ħaffer it-triq dan l-aħħar sabiex ir-`reinstatement` tat-trinka isir sew, biex il-wiċċ tat-triq jerġa jiġi għall-istat li kien qabel sar ix-xogħol.
Leg 9 PQ #12147 Sitting 214 1999-12-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġiljan — Triq B'Kara - Għarar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender tas-Second Phase tal-proġett kontra l-għarar ta' Triq B'Kara, San Ġiljan inħariġx? Jekk inħareġ u ngħata, jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jiġi esegwit ix-xogħol? Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti ix-xogħol li se ssir fit-tieni fażi tal-proġett imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant jieħu pjaċir jinnota illi l-Ministeru għall-Ambjent ħa ħsieb sabiex it-tender in kwestjoni ġiet aġġudikata u mistennija tingħata fi żmien qasir. Ix-xogħol ta' din it-tender jikkonsisti fi tħaffir ta' mina għall-ilma tax-xita minn fejn it-traffic lights li tkompli ma' dik eżistenti li toħroġ għal ġol-wied.
Leg 9 PQ #11862 Sitting 212 1999-12-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu Pubbliku — Għoti lill-għaqdiet filantropiċi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9784, jista' l-Ministru jikkonsidra li s-Soċjeta' Mużikali San Girgor, Sliema tibda tgawdi hi wkoll bħal soċjetajiet oħra min income minn banka tal-lotto?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li wara qbil li kien intlaħaq fl-1995 bejn id-Dipartiment tal-Lottu u l-Għaqda tar-Riċevuti tal-Lottu dwar il-ħlas ta` kummissjoni lill-Riċevituri li kienu jmexxu Banek tal-Lottu assenjati lis-Soċjetajiet tal-Banda u Għaqdiet oħra, il-policy li jiġu assenjati Banek tal-Lottu ġodda lill-Soċjetajiet u Għaqdiet simili ġiet sospiżi.

Djar — Kumpens minħabba l-maltemp

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jagħti xi kumpens, għajnuna jew għotjiet ta' flus lil persuni u individwi li ġratilhom ħsara f'darhom bil-maltemp li sar bejn it-28 ta' Novembru, 1999 u t-2 ta' Diċembru, 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-familji li d-djar tagħhom ġew affettwati mill-maltemp ta' dawn il-ġranet u ma setgħux jkomplu jgħixu fi djarhom ġew offruti akkomodazzjoni t'emerġenza ġewwa lukandi sakemm jiġi stabbilit in-numru eżatt ta' djar li ġarbu ħsarat. S'issa jidher li hemm madwar 25 familja li ġew affettwati, bl-ikbar numru mill-Belt Valletta. Il-Gvern, permezz tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jagħmel rapport tal-ħsarat li ġarbu d-djar kollha. Issa li dawn ir-rapporti huma kważi konklużi, d-Dipartimenti konċernati ser jaraw liema djar huma totalment inabitabbli sabiex, jekk ikunu każijiet soċjali jingħataw postijiet alternattivi u liema huma dawk id-djar li jistgħu jibbenefikaw minn xi skema tal-Awtorita' tad-Djar sabiex jirranġaw djarhom u jkomplu jgħixu fihom.

Dipartiment tat-Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li tintuża u x'regolamenti jew guidelines jeżistu biex kuntratturi, kumpanniji jew individwi jikkwalifikaw biex jittenderjaw u eventwalment jiġu awarded għal xogħol ta' tarmak ta' tenders maħruġa mid-Dipartiment tat-Toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-aġġudikazzjoni ta` kuntratti għal xogħol fit-toroq isir skond ir-regolamenti stabbiliti mill-Ministeru tal-Finanzi kif applikati mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Leg 9 PQ #11658 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema - Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm instructors mis-settur primarju kienu trasferiti għal Għawdex għas-sena skolastika 1999/2000? Kemm minnhom qegħdin jgħallmu fi klassi u kemm hemm minnhom bla klassi? X'inhu x-xogħol ta' dawk li hemm bla klassi? Jista' l-Ministru jgħid kemm gradwati fis-settur primarju din is-sena tħallew jaħdmu Malta u għaliex l-instructors ingħataw preċedent għal trasferiment f'Għawdex fuq dawk il-gradwati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fit-23 ta' Settembru 1999 ġiet trasferita għal Għawdex Instructress mis-settur primarju li kienet ħadet il-ħatra tagħha fl-4 ta' Marzu 1993. Ġew trasferiti ukoll 13-il Part-time Instructors fis-settur primarju li ħadu l-ħatra permanenti ta' Instructors fis-6 ta' Ottubru 1999. Għal 6 minn dawn hemm xogħol ta' tagħlim fil klassi, filwaqt li 8 oħra kienu bdew jagħmlu xogħol kif indikat lilhom mill-kap ta' l-iskola, bħal jgħinu waqt il-lezzjonijiet tal-qari, jagħmlu charts ta' teaching aids, eċċ. Dawn it-8 reġgħu intalbu jirritornaw Malta wara ftehim ma' l-MUT li dawn jieħdu posthom f'Għawdex fuq bażi ta' ritorn ta' instructor għal kull ritorn ta' għalliem gradwat B.Educ li skond il-ftehim oriġinali bejn il-Gvern u l-Unjon għandhom preċedenza fuq l-instructors. Informat ukoll li hemm 19-il gradwat Għawdxi jaħdmu fis-settur primarju f'Malta. Dawn il-gradwati għadhom qed jistennew il-ħatra tagħhom bħala għalliema regolari.
Leg 9 PQ #11760 Sitting 211 1999-12-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Delitti bl-armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul dawn l-aħħar ħames snin, kemm saru delitti bl-armi tan-nar? Jista' jgħid f'kull każ x'tip ta' arma ntużat? Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'kull każ kemm l-arma kienet miżmuma bil-permessi meħtieġa?

Response (BORG, TONIO)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal każi ta` omiċidji b`arma tan-nar, ninsab infurmat li mill-1995 sal-lum kien hemm 14-il każ. F`10 każi, l-arma tad-delitt kienet senter, li 6 kienu liċenzjati, 3 ma kienux liċenzjati, filwaqt li f`każ ieħor l-arma tad-delitt u min wettaq id-delitt għadhom ma nstabux. Fl-4 każi oħra, l-arma tad-delitt kienet pistola, li 2 irriżulta li ma kienux liċenzjati, filwaqt li fiż-żewġ każi l-oħra, la nstabet l-arma u lanqas min wettaq id-delitt u għaldaqstant ma jistax jingħad jekk dawn l-armi kienux liċenzjati jew le.