Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000, mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament? Jista' jgħid f'kull okkażjoni minn fejn ġie ordnat l-ikel u x-xorb u jekk f'kull każ intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid min ġie mistieden għal dawn ir-riċeveminti?
Response (REFALO, MICHAEL)
Bħala pajjiż ċivili hija użanza li jsiru riċevimenti fl-okkażjoni tal-Milied. Dan il-Gvern ma għandu ebda ħsieb jibdel din l-użanza. Jekk l-Onorevoli Interpellant jispjega sodisfaċentement għaliex qed jitlob l-informazzjoni dettaljata inkun f'pożizzjoni li nordna li tinġabar din l-informazzjoni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil minn intbagħtu dawn il-kartolini?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab din l-informazzjoni ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil min intbagħtu dawn il-kartolini?
Response (BORG, JOE)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Ministeru tat-Trasport u Kommunikazzjoni — Kartolini
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil min intbagħtu dawn il-kartolini?
Response (GALEA, ĊENSU)
Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Kartolini
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil min intbagħtu dawn il-kartolini?
Response (GATT, AUSTIN)
Sakemm ma ninghatax raguni `l ghala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil min intbagħtu dawn il-kartolini?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sakemm ma ninghatax raguni `l ghala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament? Jista'jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil min intbagħtu dawn il-kartolini?
Response (GALEA, LOUIS)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tagħha u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, separtament? Tista' tgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Tista' tgħid lil minn intbagħtu dawn il-kartolini?
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil min intbagħtu dawn il-kartolini?
Response (REFALO, MICHAEL)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara' l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista'l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil min intbagħtu dawn il-kartolini?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab din l-informazzjoni dettaljata ma nara l-ebda skop li din tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil minn intbagħtu dawn il-kartolini?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sakem ma tingħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista'l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil minn intbagħtu dawn il-kartolini?
Response (BORG, TONIO)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kartolini, f'envelopes u f'pustaġġ biex intbagħtu l-kartolini tal-Milied 1999 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, separatament? Jista' jgħid f'kull każ fejn ġew stampati dawn il-kartolini u jekk intalbux kwotazzjonijiet għal dan? Jista' jgħid lil minn intbagħtu dawn il-kartolini?
Response (DALLI, JOHN)
Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li fis-sixth form ta' Għawdex hemm studenti b'suġġett wieħed biss tal-Matsec?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-Mikelanġ Refalo Centre for Further Studies ta' Għawdex hemm xi studenti li qed isegwu l-Advanced/Ordinary Level Course bħalma hu indikat fil-"Post-Secondary Courses Prospectus 1999-2000", paġna 59, Kors numru 46.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex Triq il-Wejba, Swieqi ssirilha t-tarmac peress li din qatt ma saret u tinstab fi stat ħażin ħafna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li qed isiru diskussjonijiet bejn id-Dipartiment tat-Toroq u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex jiġu deċiżi il-prijoritajiet ta' xogħol ta' asfalt ta' toroq ġodda, u għalhekk l-informazzjoni tkun tista tingħata meta dawn il-prijoritajiet ikunu mifthema.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' l-infiq permezz ta' credit cards tal-Malta Maritime Authority tul dawn l-aħħar sena xahar b'xahar? Minn min saret n-nefqa u għaliex intnefqu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'infiq sar permezz ta' credit cards mid-Direttur tal-Port tal-Merchant Shipping u Yachting individwalment? Għal-liema raġuni sar u min jikkontrolla dan l-infiq u jekk huwiex fil-limiti tat-terms of reference tal-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tagħhom?
Jaħseb il-Ministru li dan l-infiq huwa esaġerat u jerfa' responsabbilta' ta' dan l-infiq minn fondi pubbliċi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li hu l-Bord tad-Direttturi li japprova każ ta` ħruġ ta` `credit card` lil xi uffiċċjali ta` l-Awtorita` Marittima.
Jien infurmat ukoll li l-użu ta` dawn il-`credit cards` huwa sistema ta` pagamenti bħal kull sistema oħra. Għalhekk, pagamenti li jsiru mill-Awotrita` Martittima kemm bis-sistema ta` `credit card` kif ukoll bis-sistema konvenzjonali huma suġġetti għal sistema ta` kontroll kemm fi ħdan l-istess Awtorita` kif ukol għal verifika mill-Awdituri esterni ta` l-Awotrita`.
Nemmen li kull infiq hu responsabli għalih min ikun qed iwettqu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtha?
Tista' l-Ministru tgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi?
Tista' tgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qegħda nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant rigward il-karozzi li nxtraw mid-dipartiment u s-sezzjonijiet tal-Ministeru għal Għawdex bejn l-1987 u l-1996.
Dipartiment/Sezzjoni Xahar li fiħ inxtrat Marka Prezz
il-karozza Lm
Segretarjat Privat Diċembru 1988 Mercedes Benz 8644
190
Di ċembru 1992 Hyundai Excel 4970
Segretarjat Permanenti Diċembru 1992 Hyundai Excel 4500
Dipartiment għas-
Servizzi Korporattivi Novembru 1995 Kia Mentor 4491
Dipartiment tal-
Customer Services Mejju 1996 Kia Mentor 4434
Dipartiment tal-
Proġetti u Żvilupp Marzu 1994 Skoda Foreman 3410
GLX 135
Novembru 1995 Kia Mentor 4491
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu?
Jista' jgħid x'marka jew ditta dawn il-karozzi kienu?
Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn 1987 u 1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu?
Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi?
Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi bejn l-1987 u l-1996 mill-Ministeru, dipartimenti u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu?
Jista' jgħid x'marka jew ditta kienu dawn il-karozzi?
Jista' jgħid kemm ġew jiswew fi flus il-karozzi b'mod separat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bejn l-1987 u l-1996 inxtraw 18-il karozza mill-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu.
Hawn taħt hawn il-lista ta' dawn il-karozzi flimkien mal-marka u kemm ġiet tiswa kull waħda:
Nru tar- Għamla Data tar- Prezz
Registrazzjoni Reġistrazzjoni Imħallas
tal-Vettura Lm
AAL809 Hyundai Lantra GLS 19 Oct 94 4000
ABD846 Nissan Sunny 2.0 LX 24 Oct 94 4000
GVN088 Dacia 1310 TLX 18 Apr 89 1461
GVN089 Dacia 1310 TLX 18 Apr 89 1461
GVN090 Dacia 1310 TLX 18 Apr 89 1461
GVN091 Dacia 1310 TLX 18 Apr 89 1461
GVN092 Dacia 1310 TLX 18 Apr 89 1461
GVN093 Dacia 1310 TLX 18 Apr 89 1461
GVN095 Skoda Foreman Special 11 Sep 94 3699
GVN096 Skoda Foreman 135 GLX 18 Feb 94 3510
GVN273 Dacia 1310 TLX 18 Apr 89 1461
GVN274 Dacia 1310 TLX 18 Apr 89 1461
GVN275 Skoda Felicia LX 26 Jan 96 3055
H-5053 Mercedes Benz 200 20 Jul 88 11700
HAD591 Hyundai Lantra 24 Oct 95 4800
KAC934 Audi A4 17 Dec 96 8450
M-0849 Skoda Foreman 135 GLX 01 Dec 93 3350
W-8992 Daewoo Racer 13 May 94 4000