Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ lil min ingħataw dawn ir-rigali? Jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali lil dawn l-individwi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ma ngħataw ebda rigali minni lil xi individwi fl-okkażżjoni tal-Milied 1999 minħabba l-kariga tiegħi. Barra minhekk, ninsab infurmat li lanqas jirriżulta li ngħata xi rigal għall-istess okkażżjoni mill-Uffiċċju tiegħi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li ma rriżultawx problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku fid-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-deskasteru tiegħu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda problema assoċjata mal-'Y2K' f'dan il-Ministeru u fid-dikasteru li għalih jien responsabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba l-ħafna xogħol bi preparazzjoni li kien ilu jsir b'reqqa għal diversi xhur qabel, ma kien hemm l-ebda problema sinjifikattiva tal-Y2K fil-`computers' u t-tagħmir ieħor mediku/elettroniku fil-Ministeru tas-Saħħa.
Kien hemm 6 biċċiet ta' apparat/computers li filwaqt li baqgħu jaħdmu normali, ħtiġilhom resetting manwali fid-data jew aġġustament minimu tas-software. Dan ma effettwa bl-ebda mod il-kura tal-pazjenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq karozzi tal-linja u private coaches mill-1 ta' Jannar, 1999 'il hawn biex ikun magħruf jekk sarx xi taħlit ta' sustanzi oħra mad-diesel?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta ta` PQ Nru. 4027.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-membri tal-Forzi Armati li kienu bil-leave fl-24 u l-25 ta' Diċembru, 1999?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' membri tal-Forzi Armati li kienu bil-leave fl-24 u l-25 ta' Diċembru 1999 hu:
Leave ta' safar: 11
Leave ta' zwieg: 1
Leave ta' maternita': 1
Leave b'permess speċjali: 3 (24 Diċ), 2 (25 Diċ)
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-membri tal-Forzi Armati li kienu bil-leave fl-31 ta' Diċembru, 1999 u l-1 ta' Jannar, 2000?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li n-numru ta'membri tal-Forzi Armati li kienu bil-leave fil-31 ta' Diċembru 1999 u l-1 ta' Jannar 2000 hu:
Leave ta' safar: 11
Leave ta' żwieġ: 2
Leave ta' maternita' 1
Leave b'permess speċjali 4 (31 Diċ), 3 (1 Jan)
Il-Banek Kummerċjali ma fetħux fil-31 ta' Diċembru 1999. Għaldaqstant, il-membri tar-Revenue Security Corps (RSC) li jagħmlu għassa ma dawn il-banek ingħataw ġurnata leave annwali. Fil-fatt, membri ta' l-RSC li jagħmlu xogħol ta' sikurezza mal-Banek għamlu xogħol ta' skorta matul il-weekend ta' l-aħħar tas-sena u fit-3 ta' Jannar 2000.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-membri tal-Forzi Armati li kienu bis-sick leave fl-31 ta' Diċembru, 1999 u l-1 ta' Jannar, 2000?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' membri tal-Forzi Armati li kienu sick leave fil-31 ta' Diċembru 1999 u fl-1 ta' Jannar 2000 hu:
31 ta' Diċembru 1999 :30
1 ta' Jannar 2000 :25
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-membri tal-Forzi Armati li kienu bis-sick leave fl-24 u 25 ta' Diċembru, 1999?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' membri tal-Forzi Armati li kienu sick leave fl-24 u l-25 ta' Diċembru 1999 kien:
24 ta' Diċembru 1999: 21
25 ta' Diċembru 1999: 20
Jista' l-Ministru jgħid apparti fuq il-ħobż tal-Malti liema kienu dawk il-prodotti l-oħra li se jintlaqtu mill-miżura tat-tneħħija tas-sussidju fuq id-dqiq?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ebda prodott ma ghandu jintlaqat bit-tnehhija tas-sussidju fuq id-dqiq. Tajjeb infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-ghan wara l-issussidjar tad-dqiq kien li bih jinhadem il-hobz tal-Malti biss.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' jgħid f'kull każ lil min ingħataw dawn ir-rigali? Jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali lil dawn l-individwi?
Response (BORG, TONIO)
Ma ngħataw ebda rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħi u mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru ta` l-Intern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ lil min ingħataw dawn ir-rigali? Jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali lil dawn l-individwi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma ngħataw ebda rigali minni lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1999 minħabba l-kariga tiegħi. Barra minhekk, ninsab infurmat li l'anqas jirriżulta li ngħata xi rigal għall-istess okkażjoni mill-Uffiċċju tiegħi.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 11184 u 12177, jista' l-Ministru jgħid jekk karozza tal-marka Fiesta bil-kulur abjad mikrija mill-ministeru tiegħu mingħand is-Swift Garage bin-numru BAK 483, fis-6 ta' Novembru, 1999 għal ħabta tas-6.00 p.m. kenitx involuta f'kolliżjoni tat-traffiku ma' karozza tat-tip Pajero?
Jista' l-Ministru jgħid minn min dakinhar tal-kollużjoni din il-karozza suppost kienet qed tintuża u fil-fatt waqt li saret il-kollużjoni msemmija hawn fuq minn min kienet qed tintuża?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li saru fuq dan l-inċident mill-pulizija, mill-insurance u mill-ministeru lil Swift Garage?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Bħalma diġa' infurmajt lill-Onorevoli Membru fil-Mistoqsija numru 11184, il-karozzi mikrija lid-Dipartiment huma kollha koperti b'polza ta' sikurezza "fully comprehensive" inkluż ukoll l-"excess" u kull kolliżjoni tiġi rranġata bejn il-Garage li jikri l-karozza, f'dan il-każ Swift Garage u bejn it-terza persuna li miegħu tkun saret il-kolliżjoni.
Għaldaqstant ir-rapporti ta' dawn l-inċidenti, kemm tal-Pulizija u kemm ta' l-Insurance jintalbu mill-garage propjetarju tal-karozza dirett, u l-Ministeru jew id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi li miegħu sar il-kuntratt tal-kiri, ma jidħol xejn f'dawn il-kwestjonijiet jew rapporti li huma meqjusa propjeta' tal-garage imsemmi u għalhekk privati u kunfidenzjali.
Kummissjoni Elettorali — Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11920, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-formola ta' nomina msemmija fl-istess mistoqsija?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-liġi dwar il-Kunsilli Lokali ma tagħtix il-fakulta' li nomina ta' kandidat tkun ippubblikata, iżda skond Regolament 22 (6) tat-Tielet Skeda ta' l-imsemmija liġi kull elettur jista jitlob lill-Kummissjonarji li jara u jeżamina kull formula ta' nomina aċċettata minnhom.
Għalhekk, l-Onorevoli Nterpellant huwa mistieden imur għand il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali sabiex, jekk jixtieq, jeżerċita' dan id-dritt.
Kumitat għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millenju — Membri
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri li ffurmaw il-Kumitat għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millenju?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Membri li jiffurmaw il-Kumitat Nazzjonali għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju huma:
President Ministru Louis Galea
Membri Ministru Francis Zammit Dimech
Ministru Michael Refalo
Is-Sur Richard Cachia Caruana
Is-Sur Richard Muscat
Is-Sur Joseph J. Mifsud
Is-Sur Anthony Attard
Is-Sur Anton Attard
Dr Vicki Ann Cremona
Is-Sur Wilfred Kennely
Is-Sur Charles Micallef St John
Is-Sur John Schranz
Is-Sur Charles Stroud
Is-Sur Kevin Sciberras
Kap Eżekuttiv Is-Sur Piju Spiteri
Segretarju Is-Sur Albert Callus
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ lil min ingħataw dawn ir-rigali? Jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali lil dawn l-individwi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma nghataw ebda rigali minni lil xi individwi fl-okkazjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 minhabba l-kariga tieghi. Barra minn hekk, ninsab infurmat li lanqas jirrizulta li nghata xi rigal ghall-istess okkazjonijiet mill-Ufficcju tieghi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ lil min ingħataw dawn ir-rigali? Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali lil dawn l-individwi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-Segretarjat Parlamentari qassam fliexken tax-xorb (wieħed f'kull każ) lit-Taqsimiet ta' l-Aħbarijiet, tal-Mezzi ta' l-Istampa u x-Xandir rispettivament bħala rikonoxximent għas-servizzi tagħhom matul is-sena li għaddiet (1999).
L-uniku rigal li nxtara mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija fl-okkażjoni tal-Milied 1999 kien ktieb dwar il-fidda antika ta' Malta li jiswa Lm25 li ingħata lil Mrs Maria Luisa Vitobello, ta' nazzjonalita` Taljana, bħala rikonoxximent talli, f'kooperazzjoni mal-Kap Eżekuttiv ta' l-MCST, irnexxielhom iġibu 65,000 EURO minn wieħed mill-programmi ta' riċerka ta' l-Unjoni Ewropeja, lill-Mużew ta' l-Arkeoloġija sabiex tkun tista' ssir riċerka fuq oġġetti arkeoloġiċi Maltin. Mrs Vitobello kienet Malta f'dawk iż-żminijiet f'konnessjoni ta' xogħol fuq l-istess proġett.
Informat ukoll li t-Teatru Manoel nefaq mhux aktar minn Lm30 f'CDs ta' Miriam Gauci għall-Ambaxxaturi li jgħinu lit-Teatru, filwaqt li l-Mediterranean Conference Centre nefqet Lm570 fi 38 rigal identiku li ġew mogħtija lill-impjegati li jaħdmu f'Dar il-Mediterran.
Ħlief għall-kalendarju tal-Millennju, li kopja tiegħu ingħatat ukoll lill-Onor. Membri, kemm il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni kif ukoll id-Dipartimenti u l-entitajiet l-oħra li minnu jagħmlu parti, fil-perjodu msemmi ma nefqu xejn f'rigali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'rigali fl-okkażjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 mill-uffiċċju tiegħu u mid-dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament? Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ lil min ingħataw dawn ir-rigali? Jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex ingħataw dawn ir-rigali lil dawn l-individwi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nghataw ebda rigali minni lil xi individwi fl-okkazjoni tal-Milied 1999 u l-bidu tas-sena 2000 minħabba l-kariga tieghi. Barra minn hekk, ninsab infurmat li l-anqas jirrizulta li nghata xi rigal ghall-istess okkazjonijiet mill-ufficcju tieghi.