Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12448 Sitting 232 2000-02-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-VAT — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju tal-VAT? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-traferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn is-16 ta` Settembru 1999 sal-4 ta` Jannar 2000 kien hemm ħames (5) impjegati Għawdxin li fil-11 t`Ottubru 1999 ġew trasferiti mid-Dipartiment tal-VAT biex jaħdmu Għawdex. Għalkemm in-numru ta` trasferimenti jinżamm limitat kemm jista` jkun, dejjem jistgħu jinqalgħu ċirkustanzi fil-futur li jkunu jirrikjedu li jsir xi trasferiment.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?

Response (GATT, AUSTIN)

Rigward l-ispiza biex jittieħdu mizuri fil-Head Office tal-Ministeru, fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u fid-Dipartimenti`Kummissjonijiet li jaqghu taħt l-istess Ministeru, biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug) nixtieq nikkonferma li l-MITTS kienet ġiet inkarigata biex taghmel extensive testing b`Kuntratii specifici, sentejn wara xulxin. Il-valur tal-Kuntratt bejn il-MITTS u l-Ministeru tal-Gustizzja fl-1998 qam LM8960. Il-valur tal-Kuntratt li sar fl-1999 mill-Ufficcju tal-Prim Ministru u l-MITTS tinkludi l-ispiza kollha tad-Dipartimenti li kienu jaqghu taħt l-istess Uffiċċju, inkluz il-Ministeru tal-Gustizzja. Fl-Ufficcju tal-Avukat Generali - ġie ngaġġat skrivan biex jaħdem overtime ta` tlett (3) sieghat il-Ħadd 2 ta` Jannar, 2000 dwar Y2K testing fil-Criminal Registry Computersation System, bi spiza minima. Dwar Embedded Systems (eg. fax machine, photocopiers ecc.), is-Suppliers li kienu pprovdew diversi tipi t`equipment lill-Ministeru, Dipartimenti u Kummissjonijiet, ġew mitluba jaghmlu testijiet neċessarji. Billi m`hemmx ebda spiza nvoluta, ma rċevejna ebda kontijiet.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?

Response (BORG, JOE)

Il-Ministeru nefaq Lm 35,902, li minnhom Lm 10,586 u Lm 23,492 tħallsu lill-MITTS fis-snin 1998 u 1999 rispettivament, fil-waqt is-somma ta' Lm 1,824 tħallset lid-ditta Malpro. Ix-xogħol konness mal-problema 'Y2K' sar mid-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi tal-Ministeru b'koordinazzjoni sħiħa mall-MITTS u l-Ambaxxati Maltin. Fil-każ tal-Kummissjoni Għolja Maltija ġewwa Londra, ittieħdu wkoll miżuri mid-ditta Malpro li hija responsabbli mill-'management' tal-Malta House u li lilha tħallset is-somma ta' Lm 1,824 fuq imsemmija.

Ministeru tal-Politika Soċjali — Y2K

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Sabiex jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug), fl-1999 saru l-ispejjeż imsemmija kif jider fl-Appendiċi A mill-entitajiet konċernati. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' Appendiċi A. Minbarra dan, id-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi li jamministra il-Vot Kapitali ta' l-Informatika tal-Ministeru, ħallas lil MITTS is-somma ta' Lm46,278 b'kuntratti biex isiru it-testijiet fuq il-computers u s-sistemi ta' l-informatika. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #12440 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq fil-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12441 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammont ta` Lm61,781 tħallas lill-MITTS bħala l-Organizzazzjoni li kienet inkarigata mill-Gvern biex tieħu ħsieb il-problema tal-Y2K fil-Ministeru u fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru. Rigward is-sistemi l-oħra li ma kienux jaqgħu taħt ir-responsabbilita` tal-MITTS, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej : - Dipartiment Spiza Kumpanija Kriterji Lm Reġistrazzjoni Ċivili 69.00 Computer Aġenti tas- 24.50 Solutions Ltd sistema tal- (overtime) passaporti Awtorita` ta` l- * * * Ippjanar Faċilita` Korrettiva 854.00 Advanced Aġenti tas- ta` Kordin Tele- sistema tal- communications PABX Systems Taqsima tal-Proprjeta` tal-Gvern 468.00 - - (overtime) * Ma ntefqu l-ebda flus esklussivament u speċifikament sabiex tiġi evitata l-problema tal-Y2K. Kull xogħol ta` upgrades li sar kien fl-andament naturali tal-progress fit-teknoloġija u sar b`tender pubbliku.
Leg 9 PQ #12442 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' l-Ministru jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan x-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu tahtu għandhom software support mill-MITTS li għamlu x-xogħol meħtieġ għal din is-sitwazzjoni wkoll. L-ispiża għal dan is-servizz biex tigi evitata l-problema għalhekk hija nkorporata f'dik li l-ministeru jħallas kull sena biex jingħata s-support kollu li jkun meħtieg.

Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-Head Offices tal-Ministeru u tad-Dipartiment`Kummissjonijiet li jaqghu taħti, jiġifieri l-Uffiċċju tal-Avukat Generali, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, il-Kummissjoni tal-Liġi u l-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ma rrizultaw ebda problemi tal-Y2K fil-Computers u apparat ieħor elettroniku. Madankollu, Dipartiment li jaqa` wkoll taħt l-istess Minnisteru, jiġifieri l-Qrati ta` Malta, irrapporta problemi minimi li huma kollha kontrollabli.
Leg 9 PQ #12432 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minhabba l-problema tal-Y2K (Millenium Bug) ma rrizultaw ebda problemi fil-kompjuters u apparat elettroniku iehor li hemm fil-Ministeru, dipartiment, korporazzjonijiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tieghi.
Leg 9 PQ #12433 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Y2K

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għal dak li jirrigwarda l-problema tal-Y2K, fil-Ministeru u fid-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu kien hemm dawn il-ħsarat: 1. Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji: Tnax-il kompjuter ma qalbux id-data awtomatikament mal- qlib tas-sena. Madanakollu dawn id-dati ġew irranġati manwalment. 2. Universita` ta' Malta: Ġew irrappurtati żewġ każi, wieħed fuq kompjuter ta' lecturer fid-Dipartiment ta' l-Anatomija, u l-ieħor fuq 'scanning software' fl-Accademic Audit Unit. Dawn iż-żewġ każi ma kienux ta' natura kritika u s-sistemi setgħu jibqgħu joperaw.
Leg 9 PQ #12434 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Y2K

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju tiegħi kellu kuntratt mal-MITTS biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K. Matul l-1998 u l-1999 intefqu Lm158,412 fuq dan il-kuntratt. Id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni kellu jagħmel xi upgrades ta' Hardware li swew Lm1245. Ix-xogħol ta' dawn l-upgrades ġie assenjat lid-ditta Compuline Ent Ltd li magħha d-DOI għandu Maintenance Agreement. L-Uffiċċju Elettorali nefaq Lm14,000 biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K. Ġiet inkarigata l-kumpanija Megabyte Ltd biex tagħmel dan ix-xogħol peress illi s-sistema tal-komputer hija ddisinjata, żviluppata u mantenuta mill-imsemmija kumpanija. F'dawn l-aħħar tlett snin il-MITTS nefqet Lm140,000 biex tagħmel is-sistemi u apparat elettroniku ieħor tagħha Y2K compliant. Dan l-ammont jinkludi wkoll ir-riċerka li għamlet fuq Y2K speċjalment fl-ewwel sena ta' dan il-proġett. Il-MITTS użat l-impjegati tagħha biex għamlet dan ix-xogħol. Fejn kien meħtieġ ikkuntatjat is-suppliers ta' l-apparat biex jagħmlu huma x-xogħol meħtieġ.
Leg 9 PQ #12435 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u d-Dipartimenti u Entitajiet oħra li jaqgħu taħtu ittieħdu dawn il-miżuri sabiex tiġi evitata l-problema tal-Y2K: 1. Fejn għandu x'jaqsam il-Minsteru u d-Dipartimenti l-oħra li jaqgħu taħtu, din il-ħidma saret mill-M.I.T.T.S. taħt il-kuntratt li kien iffirmat għas-snin 1998 u 1999 mid-Direttur tas-Servizzi Korporattivi u li jaħseb sabiex ikun eżaminat l-istat tas-Software u l-Hardware kollu. Dawn kienu tħallsu Lm15,000 fl-1998 u Lm67,000 fl-1999. 2. Id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport ħa wkoll passi preventivi sabiex il- programm Youth Exchanges installat fl-istess Dipartiment ikun jista' jilqa' kontra kull eventwalita`. L-ispiża tiegħu kienet ta' Lm34.50. 3. Il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali ħadet il-prekawzjonijiet neċessarji permezz ta' l-istaff stess u għaldaqstant ma ntefqux flus biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K. 4. Il-PBS nefaq total ta' Lm12,135 u l-kirterji ta' l-għażla ta' min għamel dan ix-xogħol kien dak ta' x'kien l-aktar vantaġġjuż għall-kumpannija. Il-flus intefqu kif ġej: Min għamel ix-xogħol Kemm sewa Lm Computer Engineering Associates 2,403 Gloria Cassar 1,600 MCS 638 Data General SRL 2,802 ICL (M) Ltd 4,692 Total mingħajr VAT 12,135 5. L-Universita` ħatret Bord magħmul minn Dr J. Micallef, Dr Victor Buttiġieġ u Mr Robert Sultana biex jinvestigaw u jirrapportaw dwar kif il-Y2K Bug setgħet tolqot l-Universita` u x'miżuri kellhom jittieħdu. Dawn intagħżlu għax huma esperti fil-materja. In-nefqa totali ta' l-Universita` speċifikament fuq din il-problema kienet ta' Lm350. 6. Il-Mediterranean Conference Centre nefqu Lm92+VAT sabiex jinbidel is-software tal-PABX. Dan ix-xogħol sar mill-Maltacom bħala l-aġenti ta' l-apparat.
Leg 9 PQ #12436 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #12420 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sal-ġurnata ta' llum ma kien hemm l-ebda problema marbuta mal-Y2K fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu. Jidher li l-miżuri li ttiehdu bl-għajnuna tal-MITTS kienu effettivi.
Leg 9 PQ #12421 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` rapporti dwar problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku li saru lill-Ministeru, jew f`xi dipartiment jew entita` li taqa` taħt id-dekasteru ta` l-Intern, kien ta` 2.
Leg 9 PQ #12422 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computer u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda problema konnessa mal-Y2K fil-computers jew apparat ieħor elettroniku fid-dekasteru tiegħi.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Y2K

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-ebda dipartiment, entita' jew korporazzjoni li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Politika Soċjali ma rriżultaw problemi tal-Y2K fil-'computers' u apparat ieħor elettroniku.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BORG, JOE)

Ma jirriżultax li kien hemm problemi konnessi mal-kwestjoni tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku tal-Ministeru tiegħi, Direttorati u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma rriżultawx problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku, la fil-Ministeru tiegħi u lanqas fid-Dipartimenti u entitajiet oħra.
Leg 9 PQ #12414 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Interim From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — OPU

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex l-OPU ta' l-Isptar San Luqa jkun aktar adegwat għall-pazjenti li jattendu fih u apparti minn hekk ikun aktar organizzat fil-ħidma tiegħu peress li meta jiġi l-ispeċjalista minn barra minn Malta jkun hemm kju kbir ta' pazjenti jistennew għal ħinjiet twal u dan b'detriment għall-istess pazjenti li fl-istat li jinsabu fih żgur mhux sew li jitħallew jistennew għal ħinjiet twal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.