Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ġie mpjegat 'Secretariat Officer' wieħed fis-Segretarjat tal-Ministru b'Kuntratt mill-1 ta' Jannar 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kienx ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni mis-16 ta` Settembru 1999 sal-4 ta` Jannar 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Water Services Corporation? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi sar caplieq ta` sitt impjegati tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma. Dan ic-caqlieq sar biex jimtlew vakanzi, fuq talba ta` l-impjegati u skond l-esigenzi tal-Korporazzjoni. Mhux eskluz li fil-futur isir trasferiment ta` haddiema, naturalment jekk il-htigijiet tal-Korporazzjoni jesigu li jsir dan.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' tad-Djar? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma kien hemm ebda trasferiment mill-Awtorita' tad-Djar. It-trasferimenti jsiru skond l-esiġenzi tax-xogħol.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Anzjani? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn is-16 ta' Settembru, 1999 u l-4 ta' Jannar 2000 ingħataw seba (7) transfers mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani. Dawn kollha ingħataw fuq talba tagħhom stess.
Trasferimenti fil-futur qarib isiru fuq talba ta' l-individwi meta dan ikun possibbli jew skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-garaxxijiet tal-Gvern? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-trasferimenti li ngħataw bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000 lill-ħaddiema tal-Garaxxijiet tal-Gvern (Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi) kienu jirrigwardaw sitt każijiet li saru kollha fuq talba personali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Tista' tgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet tista' l-Ministru tgħid kemm dawk impjegati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg tista' tgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000 ġew impjegati 4 ħaddiema ġodda fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Ilkoll kemm huma ġew impjegati mid-Dipartiment tal-Customer Services wara sejħa għall-applikazzjonijiet.
Ta' min jgħid li minn dan it-total, wieħed huwa Ward Clerical Assistant u tlieta huma Care Workers.
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-qrati mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk l-impjegati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar 2000 ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda fil-Qrati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema taċ-Ċivil? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li transfers fis-Servizz Pubbliku approvati mill-Management and Personnel Office bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000 u li jikkonċernaw ċaqliq ta' nies minn Ministeru għall-ieħor jammontaw għal 138.
Ir-raġunijiet għal dawn it-transfers kienu kif ġej:
59 fuq talba ta' l-impjegati stess
67 minħabba esiġenzi tas-Servizz
12 biex l-impjegati jaħdmu fis-Segretarjati Privati ta' Ministri jew Segretarji Parlamentari
Ma ngħata ebda transfer minn dipartiment għall-ieħor fil-Ministeru tiegħi tul l-istess perjodu.
Tagħrif dwar transfers li ngħataw minn dipartiment għal ieħor f'Ministeri oħra bl-approvazzjoni tas-Segretarji Permanenti rispettivi għandu jingħata mill-Ministri kkonċernati b'risposta għal mistoqsijiet simili li saru lilhom.
It-trasferimenti ta' ħaddiema fis-Servizz Pubbliku huwa proċess kontinwu u dan kemm għall-ġid tas-Servizz kif ukoll tal-ħaddiema nfushom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Malta Stock Exchange? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar 2000 saru żewġ trasferimenti minn uffiċċju għall-ieħor fi ħdan il-Borża. Dawn iż-żewġ trasferimenti ngħataw skond l-eżiġenzi tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-ETC? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 saru 6 transfers lill-ħaddiema ta' l-ETC.
4 fuq talba tagħhom stess
1 fuq raġunijiet amministrattivi
1 wara li l-individwu ngħata promozzjoni
Bħal ma sar dejjem, fl-ETC trasferimenti dejjem isiru skond l-esiġenzi tas-servizzi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema mal-Maintenance Section tad-Dipartiment tad-Djar? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant li ma saru ebda trasferimenti mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Djar? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul il-perjodu indikat sar trasferiment wieħed ta' skrivan li mar fis-segretarjat tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-Ħaddiema tac-Ċentru Ħidma Soċjali? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fid-Dipartiment Ħarsien tal-Familja, mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 ma ngħataw l-ebda trasferimenti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tas-Sedqa? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar, 2000, l-Aġenzija SEDQA ma għamlet l-ebda trasferiment ta' ħaddiema bejn diviżjoni u oħra jew dipartiment u ieħor.
Iżda, jista' jagħti l-kas, li fid-Diviżjoni tal-Kura, xi ħaddiema intalbu jagħmlu xogħol f'"Units" oħra skond il-ħtieġa, iżda baqgħu fl-istess Diviżjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' l-Ministru jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Jista' jgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li la l-Ministeru u l-anqas id-dipartiment u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi ma nefqu flus fuq il-'Y2K' minħabba li x-xogħol ta' verifika sar kollu mill-'M.I.T.T.S.' u mis-'Senior Manager (Information Technology)' ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus biex jittieħdu l-miżuri mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K (Millenium Bug)? Tista' tgħid min kien inkarigat li jagħmel dan ix-xogħol u fuq liema kriterji ntgħażel?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex nefaq is-somma ta' Lm10,399.78,0 b'kollox sabiex jieħu l-miżuri neċessarji biex tiġi evitata l-problema tal-Y2K.
Minn dan l-ammont is-somma ta' Lm7,702 kienet minfuqa mid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi sabiex il-kompjuters ikunu 'Y2K Compliant' u din is-somma kienet tikkonsisti fi spiża ta' Lm3,746 f'hardware u f'dik ta' Lm3,956 f'xogħol. Il-MITTS Ltd kienet inkarigata li tagħmel dan ix-xogħol a bażi tal-kuntratt iffirmat bejn il-MITTS Ltd u d-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi.
Barra minn dan, id-Dipartiment tal-Customer Services nefaq is-somma ta' Lm1,680.58,0 sabiex tiġi stallata sistema ta' 'emergency light points' f'kull sala ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Dan ix-xogħol sar mill-ħaddiema ta' l-Isptar stess. Id-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp nefaq is-somma ta' Lm1,017.20,0 sabiex jikri 'stand by vacuum bowsers' mingħand id-ditti Ganpet Ltd u G.E.S. Ltd wara li ħareġ sejħa għall-offerti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Mis-16 ta` Settembru 1999 sal-4 ta` Jannar 2000 ingħataw erbgħa (4) trasferimenti fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Tnejn ġew trasferiti fuq talba tal-MPO, oħra kienet fuq talba tal-impjegata nnifisha u ieħor skond l-eżiġenza tas-Servizz.
Jistgħu jsiru xi trasferimenti oħra fil-futur qarib, dejjem skond l-eżiġenza tas-Servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dwana? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar traferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar 2000 saru 23 trasferimenti interni li fosthom 19 kienu fil-Branka tal-Customs Class waqt li 4 kienu fost tal-General Service. Kien hemm żewġ trasferimenti barra d-Dwana fuq talba tagħhom u żewġ transfers għad-dipartiment, wieħed ġie mill-Posta u l-ieħor mid-Dipartiment of Civil Aviation.
Ir-raġunijiet għal trasferimenti li saru u li jibqgħu jsiru perjodikament fid-Dipartiment ingħataw lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija tiegħu numru 2673 fis-Seduta 38.