Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-Gwardjani tal-ħabs? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mis-16 ta` Settembru 1999, sa` l-4 ta` Jannar 2000, kien hemm żewġ gwardjani tal-Ħabs li tbiddlilhom xogħolhom.
Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid fit-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti dwar l-istess suġġett, hija prattika normali li minn żmien għal żmien il-gwardjani tinbidlilhom id-diviżjoni/sezzjoni fejn jaħdmu, u dan għal raġunijiet ta` sigurta`.
Bdil bħal dan isir meta jkun meħtieġ skond l-esiġenzi fiċ-ċirkostanzi prevalenti u fl-aħjar interess ta` l-amministrazzjoni tal-Ħabs.
Dipartiment tal-Wireless Telegraphy — Ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul il-perjodu 16 ta` Settembru 1999 sa l-4 ta`Jannar 2000 kien hemm tlett impjegati ġodda mad-Dipartiment.
Dawn kienu żewġ `Technicians` li qabel kienu studenti taħt l-iskema TAS u li ġew tal-post fil-25 ta` Novembru 1999 wara li saret sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern, datata 14 ta` Settembru 1999 għall-post ta` `Technician` fid-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy.
Impjegata oħra ġiet assenjata ma` dan id-Dipartiment fl-1 ta` Diċembru 1999 bħala `Casual Substitute Clerk` fuq kuntratt ta` sena bħala sostituta ta` `clerk` oħra li qiegħda fuq `parental leave`. Din ġiet impjegata wara intervista minn lista ta` nies mibgħuta mill-ETC.
Dipartiment tal-Avvjazzjoni Ċivili — Ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili mis-16 ta' Settembru, 1999 tal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Ċivili bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar Boffa? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 saru 2 trasferimenti lill-ħaddiema tal-isptar Boffa. Dawn intalbu mill-impjegati stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn jingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għadd ta' ħaddiema li ġew impjegati mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni matul il-perjodu ndikat mill-Onor. Membru huwa kif se nsemmi:
Teacher (Awaiting Appointment) - 231
Tempory Teacher - 10
Supply Teacher - 65
Supply Kindergarten Assistant - 174
Skrivani Part-Time - 17
Casual Cleaner - 43
Dawn ġew impjegati b'riżultat ta' sejħiet għal applikazzjonijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-DOI? Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu msemmi kien hemm trasferiment ta' uffiċjal wieħed għad-Direttorat għall-Unjoni Ewropea. Jekk fil-futur qarib ikun hemm bżonn ta' trasferimenti, kull każ jitqies fuq il-mertu tiegħu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda bħala CSAs mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mis-16 ta' Settembru 1999 sa l-4 ta' Jannar 2000, ġew impjegati 37 Assistenti Każwali Soċjali ġodda li minnhom 25 ħadu post dawk il-25 li rriżenjaw f'dan l-istess perjodu.
L-applikazzjonijiet baqgħu dejjem miftuħin u għaldaqstant dejjem ġew ikkunsidrati dawk li kienu applikaw.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-ITS mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet,jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn id-dati msemmija mill-Onor. Interpellant, ġew utilizzati s-servizzi ta' erba' 'visiting lecturers' fuq bażi 'part-time' b'kuntratt definit ta' sittax il-ġimgħa. Dawn kienu:
'Lecturer' fl-'Airline Law' li jgħallem sitt siegħat fil-ġimgħa;
'Lecturer' fi 'Cruise Line Operations' li jgħallem tliet siegħat fil-ġimgħa;
'Lecturer' fil-'Housekeeping' li tgħallem disa' siegħat fil-ġimgħa; u
'Assistant Lecturer' fil-'Hospitality Craft Skills' li jgħallem ħamsa u għoxrin siegħa fil-ġimgħa.
Fil-każ tal-'Hospitality Craft Skills' il-kuntratt huwa ta' 25 siegħa għaliex l-'Instructor' li kien jokkupa dan il-post ilu għal dawn l-aħħar 13 il-xahar fuq 'sick leave'. Ser toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il-postijiet ta' 'Lecturer'/'Assistant Lecturer' fil-'Housekeeping' u 'Lecturer'/'Assistant Lecturer' fil-'Hospitality Craft Skills'.
Peress li l-kuntratti tal-'visiting lecturers' huwa fuq bażi każwali għal siegħat limitati u għal perijodu ta' sittax il-ġimgħa mhux prattika li ssir sejħa u l-'I.T.S.' jimpjega nies professjonali mill-industrija tat-turiżmu.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Trasferimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema kollha fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, JOE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija numru 12460.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema kollha fid-dipartiment jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bejn is-16 ta` Settembru 1999 sal-4 ta` Jannar 2000 saru disa` transfers mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd filwaqt li saru tlett transfers minn Ministeri oħra għad-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru. Saru wkoll tnejn u għoxrin transfers interni fi-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd.
It-transferimenti kollha saru minħabba l-esiġenzi tas-Servizz.
Isiru tranferimenti fil-futur qarib jekk dan ikun ta` siwi għall-Ministeru ta` l-Agrikoltura u Sajd u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-impjiegi mal-Gvern ir-risposta hija fin-negattiv.
Jekk mill-banda l-oħra qiegħed jirreferi għall-ingaġġ ta` Riċevituri tal-Lottu bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar, 2000 ġiet ingaġġata persuna waħda bħala Riċevitur tal-Lottu.
Wara sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta` vakanzi ta` Riċevituri tal-Lottu li deheret fil-Gazetta tal-Gvern ta` 17 ta` Lulju, 1998 ġew ingaġġati seba` persuni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn is-16 ta` Settembru 1999, u l-4 ta` Jannar 2000, kien hemm 3 membri tal-Korp li ġew trasferiti mit-Taqsima ta` l-Immigrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija. Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid, it-trasferimenti fil-Korp tal-Pulizija jsiru meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interessi ta` l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Awtorita' Marittima mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kienx ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bejn is-16 ta` Settembru 1999 sa l-4 ta`
Jannar 2000 daħlu żewġ impjegati ġodda ma` l-Awtorita`
Marittima wara sejħa għall-applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar Monte Carmeli? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 saru 33 trasferimenti lill-ħaddiema tal-isptar Monte Carmeli. Minnhom 11 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Pixxina Nazzjonali mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imesmmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-perjodu msemmi fil-Pixxina Nazzjonali ġiet impjegata persuna waħda bħala Aquatic Facility Operator wara li ġiet riferita mill-ETC u b'hekk ġew segwiti l-proċeduri normali ta' ingaġġ. It-talba lill-ETC għall-mili tal-post kienet saret mill-Amministrazzjoni tal-Pixxina fit-22 ta' Settembru 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi, mis-16 ta' Settembru 1999 sa l-4 ta' Jannar 2000, ingħataw tlieta u għoxrin (23) trasferiment. Persuna ġiet ittrasferita mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fuq it-talba tal-ħaddiem stess. Tnejn u għoxrin (22) oħra ġew ittrasferiti għall-'Unit għal Ambjent Nadif' fl-istess Ministeru għall-Ambjent. Dawn saru skond il-ħtieġa tad-Dipartiment. Jekk fil-futur isiru xi trasferimenti, dawn isiru skond in-neċessita' tad-Dipartiment jew ta' l-individwu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn is-16 ta` Settembru 1999 sal-4 ta` Jannar 2000 ma ġie impjegat l-ebda ħaddiem ġdid fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Labour Office mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonjiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ebda impjegat ġdid ma ġie ingaġġat mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg (Ex-Dipartiment tax-Xogħol).
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-HCEB mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ma ġie mpjegat ebda ħaddiem mal-'H.C.E.B.' bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dan l-impjieg? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (BORG, JOE)
Matul il-perjodu msemmi għaxar (10) persuni ġew impjegati wara sejħa għall-applikazzjonijiet, tnejn (2) ġew nominati bħala Ambaxxaturi mhux residenti u tlieta (3) ġew impjegati b'kuntratt definit bħala Advisors.