Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12497 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fiċ-ċentri tas-saħħa mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 ġew impjegati 5 ħaddiema ġodda fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Dawn ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal mili ta' postijiet fuq bażi permanenti, tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Fil-fatt is-sejħiet għall-applikazzjonijiet ħarġu mid-Diviżjoni tas-Saħħa fil-Gazzetta tal-Gvern indikat hawn taħt: Gazzetta tal-Gvern ____________________ Enrolled Nurse 1 28.09.99 Speech Therapist 4 23.07.99
Leg 9 PQ #12498 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mediterranean Conference Centre — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Mediterranean Conference Centre mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ġie impjegat ebda ħaddiem maċ-Ċentru fil-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #12499 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Infrastruttura — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Infrastruttura? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment ta' l-Infrastruttura ma jeżistix.
Leg 9 PQ #12500 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

DOI — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-DOI mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Matul il-perjodu msemmi, id-Dipartiment kellu żieda ta' impjegat wieħed mill-Maltapost plc wara li l-istess persuna xtaqet li tirritorna fis-Servizz Pubbliku skond ftehim applikabbli għall-istess ħaddiema.

Aġenzija Sedqa — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Aġenzija Sedqa mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonjiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn is-16 ta' Settembru u l-4 ta' Jannar, 2000, l-Aġenzija SEDQA impjegat ħaddiema ġodda, kif ġej: * Persuna waħda bħala Data Input Operator għaċ-Ċentru Detox; u * Persuna oħra bħala Counsellor mad-Diviżjoni tal-Kura. Dawn iż-żewġ persuni ġew impjegati wara li saret talba lil ETC u kienu reġistranti regolari ma' l-istess korporazzjoni. Dawn għaddew mill-proċess ta' l-impjieg, kif stabbilit mill-ETC.

Ċentru Ħidma Soċjali — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-Ċentru Ħidma Soċjali, mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fid-Dipartiment Ħarsien tal-Familja mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000, ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda.
Leg 9 PQ #12491 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Bank Ċentrali mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

1. Il-Bank Ċentrali impjega tliet ħaddiema ġodda mis-16 ta` Settembru 1999 sal-4 ta` Jannar 2000. Dawn kienu żewġ Research Officers u Micro Computer Technician. 2. L-applikazzjonijiet għal Research Officers ħarġu f`Awissu 1999 wara li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma setgħatx tissodisfa it-talba tal-Bank minn fost nies jirreġistraw għax-xogħol. Rigward l-ingaġġ tal-Micro Computer Technician, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ setgħet tissodisfa t-talba tal-bank minn fost nies jirreġistraw għax-xogħol u b`hekk ma kienx hemm il-ħtieġa li joħorġu applikazzjonijiet għal din il-vakanza. 3. Il-persuna impjegata mill-Bank Ċentrali bħala Micro Computer Technician qatt ma kienet applikat għal dan l-impjieg. 4. Il-kriterji li ntużaw għal mili ta` vakanza ta` Micro Computer Technician kienu: li l-kandidat jipposjedi l-Journeyman`s Certificate għal kors ta` Micro Computers Technician maħruġ mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ; u li l-kandidat għandu tal-anqas 3 snin esperjenza f`ambjent kompjuterizzat f`Bank.
Leg 9 PQ #12492 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Freeport — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Malta Freeport? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ma sarx trasferimenti ta` haddiema fil-Malta Freeport. Jekk fil-futur ikun hemm htiega li jsiru trasferimenti minhabba l-interessi ta` l-azjenda, allura dawn isiru.
Leg 9 PQ #12493 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tat-Tarzna? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol isemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi saru 14-il trasferiment fit-Tarzna ta` Malta. Dan ic-caqlieq sar minhabba struttura gdida fl-azjenda, promozzjonijiet, ragunijiet medici u mili ta` vakanzi. F`azjenda bhalma hija t-Tarzna ta` Malta dejjem jista` jkun hemm lok ghal trasferimenti ghar-ragunijiet li semmejt.
Leg 9 PQ #12494 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-pulizija? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar 2000, kien hemm 66 membru tal-Korp li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija. Kif diġa` kelli okkażżjoni li ngħid, dan it-tibdil fil-Korp tal-Pulizija jsir meta u kif ikun il-bżonn fl-aħjar interessi ta` l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Leg 9 PQ #12495 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Awtorita' ta' l-Ippjanar — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn is-16 ta` Settembru, 1999, u l-4 ta` Jannar, 2000, ingħataw 4 transfers fl-Awtorita` ta` l-Ippjanar fejn 4 persuni ġew trasferiti minn Unit għal ieħor. Bħal f`kull dipartiment ieħor, transfers isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.

Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li kien hemm zewġ impjegati fid-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Ċivili li ngħataw `transfer` bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar 2000. F`każ minnhom, l-impjegat konċernat m`għażilx li jmur ma` l-MIA u baqa` mad-Dipartiment fejn ix-xogħol tiegħu ma kienx aktar meħtieġ. Fil-każ l-ieħor, il-persuna konċernata ngħatat `transfer` għal mad-Direttur tal-`Corporate Services` fl-istess Ministeru.
Leg 9 PQ #12485 Sitting 239 2000-02-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000 sar dan it-trasferiment mid-Dipartiment tad-Drenaġġ: GRAD DATA TRASFERIT GĦAL RAĠUNI -------------------------------------------------- --------- Executive Officer 11.10.99 Education Division Talba personali

Qrati — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Qrati? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GATT, AUSTIN)

`B` referenza għall-mistoqsija ta` l-Onorevoli Interpellant, kien hemm ħames impjegati oltre t-tnejn ndikati fit-tweġiba għall-P.Q. 9498 li ġew trasferiti mill-Qrati tal-Ġustizzja għal xi Dipartiment ieħor mis-16 ta` Settembru 1999 sa l-4 ta` Jannar 2000. F`erba` mill-ħames każijiet it-trasferimenti saru wara talba ta` l-istess impjegati. Fil-każ l-iehor, l-impjegat ġie trasferit wara li kien għadda minn interview għal-post ta` Vat Inspector. Dwar l-aħħar parti ta` parlamentari, s`issa mhux previst li jsiru xi trasferimenti oħra għalkemm id-Dipartiment jikkonsidra kwalunkwe trasferiment skond l-esiġenzi tas-Servizz in ġenerali u ta` l-operat tal-Qrati b`mod partikolari.`
Leg 9 PQ #12487 Sitting 239 2000-02-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Trasferimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Forzi Armati ta' Malta? Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-postings fil-Forzi Armati jsiru skond il-Kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari. Ninsab infurmat li fil-perjodu bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000 kien hemm 9 postings bejn Reġiment u ieħor u 20 postings bejn Kumpaniji fl-istess Reġiment. Kien hemm ukoll trasferiment ta' żewġ ħaddiema pajżana, wieħed mill-Forzi Armati għal ma Dipartiment tal-Gvern u l-ieħor minn Dipartiment tal-Gvern għal mal-Forzi Armati. Peress li l-Forzi Armati jiffurmaw Korp Dixxiplinarju, mhux ikkunsidrat prinċipju korrett li jingħataw raġunijiet għaliex iseħħ kull posting individwali. Lanqas ma wieħed għandu jistenna li jorbot lill-Forzi Armati dwar postings li jingħataw fil-futur. Ċertament li dawn isiru dejjem skond il-kundizzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq u skond l-esigenzi tas-Servizz. Tajjeb li wieħed jiftakar ukoll li l-membri regulari kollha tal-Forzi Armati ingaġġaw volontarjament fis-servizz u r-Regolamenti dwar postings dejjem jiġu mgħarrfa lilhom minn qabel.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar 2000. Iżda f'Diċembru 1999, ġew trasferiti 21 skrivan minn dipartimenti oħra tal-Gvern biex ix-xogħol tal-'Staggers' jibda jsir Għawdex.

Djar — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Awtorita' tad-Djar mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wara talba lill-E.T.C. mill-Awtorita' tad-Djar għall-mili ta' żewġ postijiet ta' "Receptionist/Clerks", saru l-"interviews" minn "Selection Board" nominat għal ta' l-apposta lil dawk il-persuni mibgħuta mill-E.T.C. u fis-17 ta' Novembru 1999 ġew impjegati żewġ persuni.
Leg 9 PQ #12490 Sitting 239 2000-02-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

White Rocks Holiday Complex — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-White Rocks Holiday Complex mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fil-'White Rocks Holiday Complex' bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.
Leg 9 PQ #12414 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — OPU

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex l-OPU ta' l-Isptar San Luqa jkun aktar adegwat għall-pazjenti li jattendu fih u apparti minn hekk ikun aktar organizzat fil-ħidma tiegħu peress li meta jiġi l-ispeċjalista minn barra minn Malta jkun hemm kju kbir ta' pazjenti jistennew għal ħinjiet twal u dan b'detriment għall-istess pazjenti li fl-istat li jinsabu fih żgur mhux sew li jitħallew jistennew għal ħinjiet twal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Konsulent barrani jiġi Malta darba kull tmien ġimgħat u jagħmel biss jumejn. F'dawn il-jumejn ikollu lista ta' pazjenti twila x'jara. Minħabba n-natura tal-problemi fiżiċi tal-pazjenti meta wieħed jibgħat għall-appuntamenti ikun diffiċli wieħed jikkalkula kemm jalloka ħin għal kull pazjent u din hija r-raġuni prinċipali għaliex il-pazjenti jsofru ċertu dewmien. Barra minn hekk ċertu qisien iridu jittieħdu kemm jista' jkun malajr għaliex dawn jittieħdu taħt forom tal-ġibs liema ġibs irid ikun niexef sewwa biex jiġi trasportat. Għalhekk l-ewwel jittieħdu l-qisien ta' kulħadd imbagħad sussegwentament isiru l-visti fuq il-pazjenti. Minħabba li l-konsulent jagħmel żjara qasira ħafna ġieli jiġri li f'ġurnata waħda l-pazjenti jaqbżu l-ħamsa u tletin.
Leg 9 PQ #12479 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-IPSE? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li ghalih qed issir riferenza, ma sar ebda caqlieq ta` haddiema fi hdan l-I.P.S.E. Trasferimenti jsiru jekk l-esigenzi ta` l-azjenda jitolbu dan.