Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12545 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar Monte Carmeli mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwesjtoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 ġie mpjegat ħaddiem wieħed biss fl-Isptar Monte Carmeli. Dan ġie mpjegat fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal mili ta' postijiet fuq bażi permanenti, tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Fil-fatt is-sejħiet għall-applikazzjonijiet ħarġu mid-Diviżjoni tas-Saħħa fil-Gazzetta tal-Gvern indikat hawn taħt: Gazzetta tal-Gvern _______________________ Speech Therapist 1 23.07.99
Leg 9 PQ #12546 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Kultura — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Kultura mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ġie impjegat ebda ħaddiem ġdid mad-Dipartiment tal-Kultura bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000.
Leg 9 PQ #12535 Sitting 244 2000-02-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Mużewijiet mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ħadd ma ġie impjegat mad-dipartiment indikat fil-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #12536 Sitting 244 2000-02-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tad-Drenaġġ mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista'jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma daħal l-ebda impjegat ġdid mad-Dipartiment tad-Drenaġġ mis-16 ta' Settembru 1999 sa l-4 ta' Jannar 2000.
Leg 9 PQ #12537 Sitting 244 2000-02-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija ma ġew impjegati ebda ħaddiema ġodda mill-Korp tal-Pulizija bħala Uffiċjali ta` l-Immigrazzjoni.

Dipartiment ta' l-Anzjani — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Anzjani mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bejn is-16 ta' Settembru 1999 u l-4 ta' Jannar 2000, id-dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani impjega part time nurse waħda u casual enrolled nurse. Dan l-impjieg ma kellux bżonn ta' ħruġ ta' sejħa għall-applikazzjonijiet. Il-casual enrolled nurse ġiet impjegata wara li temmet b'suċċess kors ta' sentejn fin-nursing.

Dipartiment tad-Djar — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tad-Djar mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta'Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma ġew impjegati l-ebda persuni fid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali matul il-perjodu indikat.
Leg 9 PQ #12540 Sitting 244 2000-02-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Dipartiment tal-Beach Cleaners — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Beach Cleaners mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fis-sezzjoni tal-'Beach Cleaning' tad-Dipartiment tat-Turiżmu bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija.
Leg 9 PQ #12529 Sitting 243 2000-02-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment tal-Kompetizzjoni Ġusta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Kompetizzjoni Ġusta? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi kien hemm trasferiment ta` impjegati mill-Ufficcju tal-Kompetizzjoni Gusta. Dan sar minhabba l-esigenzi tas-servizz. Jekk fil-futur il-htigijiet ta` l-Ufficcju jitolbu li jkun hemm trasferimenti ta` haddiema, allura dawn isiru.
Leg 9 PQ #12530 Sitting 243 2000-02-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Karta ta' l-Identita' — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Karta ta' l-Identita'? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija, ma kienx hemm trasferimenti ta` Pulizija fl-Uffiċċju tal-Karti ta` l-Identita` fid-Depot tal-Pulizija.

PTA — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mis-16 ta` Settembru 1999 sa l-4 ta` Jannar 2000 ġie mpjegat persuna waħda bħala `Human Resources and Administration Manager` wara sejħa għal applikazzjonijiet mill-Awtorita' għall-Impjiegi u Taħriġ.

PTA — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mis-16 ta` Settembru 1999 sa l-4 ta` Jannar 2000 ma ngħataw l-ebda trasferimenti lill-ħaddiema ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku.
Leg 9 PQ #12533 Sitting 243 2000-02-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar San Luqa mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 ġew impjegati 23 ħaddiema ġodda fl-isptar San Luqa. Minnhom 1 Dental Surgeon, 1 MIdwife, 1 Principal Medical Officer u 1 Senior House Officer ġew impjegati fuq bażi permanenti wara li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet mid-Diviżjoni tas-Saħħa. 4 Housemen ġew impjegati għal perjodu ta' sentejn skond ma tipprovdi l-liġi u l-bqija, li huma msemmija hawn taħt ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal mili ta' postijiet fuq bażi permanenti, tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Fil-fatt is-sejħiet għall-applikazzjonijiet ħarġu mid-Diviżjoni tas-Saħħa fil-Gazzetta tal-Gvern indikat hawn taħt: Gazzetta tal-Gvern _______________________ Enrolled Nurse 7 28.09.99 Medical Laboratory Technologist 1 23.07.99 Staff Nurse 7 23.07.99
Leg 9 PQ #12534 Sitting 243 2000-02-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar Boffa mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fl-isptar Boffa mis-16 ta' Settembru 1999 sa l-4 ta' Jannar 2000.
Leg 9 PQ #12503 Sitting 242 2000-02-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Dipartiment tat-Turiżmu — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartment tat-Turiżmu mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ġie mpjegat ħaddiem wieħed mad-Dipartiment tat-Turiżmu bejn id-dati msemmija fil-mistoqsija. Dan intagħżel wara li saru 'interviews' għall-post ta' 'Tradesman' (Mastrudaxxa) skond iċ-ċirkolari Nru. 40/99 maħruġa mill-'Management and Personnel Office' ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #12504 Sitting 242 2000-02-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-MFSC mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Fil-perjodu indikat fil-PQ ġew impjegati żewġ ħaddiema ġodda. It-tnejn ġew sottomessi mill-ETC wara talba bil-miktub miċ-Ċentru. L-ewwel impjegati irreżenjat wara biss ftit gimgħat u ġiet sostitwita mit-tieni impjegata. Għaldaqstant post wieħed biss effettivament intelgħa.
Leg 9 PQ #12505 Sitting 242 2000-02-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tal-Gozo Channel? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ma sar ebda trasferiment ta` haddiema fil-Kumpanija Gozo Channel. Fil-futur, trasferimenti jsiru jekk l-ezigenzi tal-Kumpanija jitolbu dan.
Leg 9 PQ #12525 Sitting 242 2000-02-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12213?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bejn is-sena 1987 u 1996 it-Taqsima tax-Xogħlijiet xtrat sitt karozzi kif ġej: Isuzu Gemini LT Lm 3,650.00 1988 Isuzu Gemini LT Lm 3,650.00 1988 Isuzu Gemini LT Lm 3,650.00 1988 Isuzu Gemini LT Lm 3,650.00 1988 Hyundai Lantra Lm 5,000.00 1996 Rover Lm 6,000.00 1996 Bejn is-sena 1987 u 1996 mill-Ministeru inxtraw erba' karozzi kif ġej: BMW 525 Lm15,927.50 1995 Volvo 460 Lm 8,500.00 1996 Renault Laguna Lm 6,900.00 1995 Skoda Felicia Lm 2,961.00 1995 Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent xtara dawn il-vetturi ta' hawn taħt bejn l-1987 u l-1996. 2 Mitsubishi Double Cab Pick up van Lm 3,909.00 each 3 Mitsubishi Double Cab Pick up van Lm 8,014.00 each 2 Mitsubishi Single Cab Pick up van Lm 3,300.00 each 1 Mitsubishi Single Cab Pick up van Lm 6,467.00 3 Mitsubishi Mini Buses Lm 9,591.00 each 1 Land Rover Lm 4,600.00 1 Land Rover Lm 3,105.00 1 Land Rover Lm 4,485.00 1 Van Piaggio Lm 4,735.00
Leg 9 PQ #12527 Sitting 242 2000-02-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Xiri ta' karozzi

Question

Jista'l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12210?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bejn l-1987 u l-1996 intnefqu Lm36,400 fuq karozzi ġodda f'dan il-Ministeru w d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu, jiġifieri medja ta' Lm 3831 fis-sena, kif jidher hawn taħt: Marka tal-Karozza Prezz 'Mercedes E 220' Lm 19,300 (dazju mħallas) 'Rover 820 SI' Lm 8,500 'Lantra Hyundai Saloon 1586 cc' Lm 4,000 'Lantra Hyundai' Lm 4,600 Ninsab infurmat ukoll li bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998 intnefqu Lm 21, 760 fuq karozzi ġodda f'dan il-Ministeru u d-Dipartimenti/Korpi li jaqgħu taħtu, jiġifieri medja ta' Lm 11,871 fis-sena kif jidher hawn taħt: Marka tal-Karozza Prezz 'Volkswagen Passat 1781 cc' Lm 7,760 'Alfa 164' (inxtrat mill-Air Malta) Lm14,000